Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizzi mogħtija mill-Gvern biex jitnaqqsu l-waiting lists

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma s-servizzi li l-Gvern qed jingħata mill-privat biex inaqqas il-waiting lists? Jista' jgħid ukoll kemm u liema minn dawn ingħataw b'direct orders u kemm minnhom alternattivament qed toħroġ sejħa għall-offerti tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizzi li l-Gvern qed jingħata bħalissa mill-privat wara sejħa pubblika, biex jitnaqqsu l-waiting lists huma: Da Vinci Healthcare - Proviżjoni ta' faċilitajiet u servizzi relatati ma' teatru tal-operazzjonijiet għal interventi minuri u intermedjarji 2021-2023 – Dan il-kuntratt jiskadi f’Lulju 2023​. u St Thomas Hospital Proviżjoni ta' faċilitajiet u servizzi relatati ma' teatru tal-operazzjoniet u sala bi 15-il sodda 2022-2024​.

Sptar Mater Dei – nurse-to-patient ratio

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi n-nurse-to-patient ratio fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-nurse-to-patient ratio fl-Isptar Mater Dei jinbidel skont is-sala u s-servizz mogħti.

Settur tal-Onkoloġija – pazjenti li kellhom bżonn jingħataw trattament barra minn Malta

Question

Jista' d-Deputat Prim Minsitru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il pazjent kellu bżonn jingħata trattament barra minn Malta fis-Settur tal-Onkoloġija fl-2022 u x'kienet l-ispiża tal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi 495 pazjent ingħata trattament barra minn Malta fis-Settur tal-Onkoloġija fl-2022.

Mtarfa – Binja Qlejgħa – xogħol fil-parkeġġ

Question

Peress illi l-garaxxijiet ta' taħt il-parkeġġ ta' Binja Qlejgħa fl-Imtarfa ġew ċertifikati bħala ' dangerous structure' xhur ilu, jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fil-parkeġġ? Jista’ jgħid għaliex ix-xogħol ma bediex wara li fl-2021 kien intlaħaq ftehim bejn Infrastructure Malta u l-Awtorità tad-Djar, anke kif kien komunikat mill-Kunsill Lokali tal-Imtarfa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament Infrastructure Malta għaddejja b'diskussjonijiet dwar dan il-każ flimkien mal-Awtorità tad-Djar u l-Kunsill Lokali tal-Imtarfa.

Imtarfa – Binja Qlejgħa – xogħol fil-parkeġġ

Question

Peress illi l-garaxxijiet ta' taħt il-parkeġġ ta' Binja Qlejgħa fl-Imtarfa ġew ċertifikati bħala ' dangerous structure' xhur ilu, jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fil-parkeġġ? Jista’ jgħid għaliex ix-xogħol ma bediex wara li fl-2021 kien intlaħaq ftehim bejn Infrastructure Malta u l-Awtorità tad-Djar, anke kif kien komunikat mill-Kunsill Lokali tal-Imtarfa?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentement l-Awtorità tad-Djar, il-Kunsill Lokali tal-Imtarfa flimkien ma’ Infrastructure Malta għaddejjin b’diskussjonijiet dwar dan il-każ.

Mediċini out of stock – Ocrevus

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex il-mediċina Ocrevus, li tingħata b'injezzjoni lill-pazjenti tal-Multiple Sclerosis, kienet out of stock?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 13-il pazjent li qiegħed jieħu l- Ocrelizumab (Ocrevus) mingħajr ħlas waqt li hemm 10 oħra li issa huma approvati mill-kumitat tekniku biex jibdew joħduha.

Pazjenti tal-Multiple Sclerosis – għoti ta’ mediċina

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il pazjent huwa mniżżel li għandu bżonn jieħu l-mediċina Ocrevus li tingħata b'injezzjoni lill-pazjenti tal-Multiple Sclerosis?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 7909.

Sptar Mater Dei – MITU Ward

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex is-sala MITU se tiċċaqlaq mill-Isptar Mater Dei? X'inhu l-pjan għal dan iċ-ċaqliq u kif ser ikunu affettwati l-kondizzjonijiet ta’ xogħol tal-istaff, inkluż tal-infermiera u tal-istaff klerikali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pjan hu li din is-sala se tiċċaqlaq mill-Isptar Mater Dei għall-Isptar Sir Anthony Mamo biex tkun tista’ tilqa b’mod aħjar mad-domanda għas-servizzi li jingħataw fiha peress li d-domanda żdiedet. Il-kundizzjoni tax-xogħol tal-istaff mhux ser jiġi impattat.

Sptar Mater Dei, ċentri tas-saħħa u bereġ — infermiera

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il infermier huwa ingaġġat f'kull sala fl-Isptar Mater Dei (sala b'sala), ċentri tas-saħħa u bereġ, u jindika f'liema skali jaħdmu u jekk humiex ingaġġati fuq bażi full-time jew part-time?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ħad-Dingli – qtugħ fil-provvista tal-elettriku

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba ma kienx hemm provvista tal-elettriku f’Ħad-Dingli minn Jannar 2023 sal-lum? Tista’ tgħid x’tip ta’ maintenance tifhem biha eżatt l-Enemalta meta kull darba tibgħat lid-Dinglin reġistrati magħha “Electricity supply may be interrupted due to maintenance at part of Ħad-Dingli. Please call us on 80002224 in case of difficulty. Enemalta plc Customer Care.”?

Response (DALLI, MIRIAM)

L-Enemalta qed twettaq pjan ta’ azzjoni li ser jammonta għal investiment ta’ €90 miljun fuq medda ta’ sitt snin, investiment medju ta' €15-il miljun kull sena, biex issaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku madwar il-pajjiż. Fost proġetti oħrajn, dan il-pjan jinkludi 250 substation ġdida u modernizzar ta’ oħrajn eżistenti, bini ta’ ċentru ġdid ta’ distribuzzjoni fin-Naxxar u tkabbir ta’ tlieta oħra, tibdil ta’ linji u l-istallazzjoni ta’ regolaturi tal-vultaġġi f’diversi lokalitajiet. Dan jinkludi xogħlijiet li saru f’Ħad-Dingli fost diversi lokalitajiet oħrajn. Ninsab infurmata li fil-perjodu inkwistjoni l-Enemalta ħtiġilha tagħmel għaxar interventi ta’ manutenzjoni li kienu ppjanati fuq is-sistema tad-distribuzzjoni fil-lokalità indikata. Interventi simili jirrikjedu li l-provvista tal-elettriku tkun interrotta fil-partijiet milquta biex ma jkunx hemm periklu u jiġu mħarsa s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema waqt li jkunu qed isiru x-xogħlijiet. Fl-istess perjodu kien hemm tliet ħsarat fuq is-sistema tal-vultaġġ għoli, inkluż il-qtugħ ikkaġunat mill-interruzzjoni li kien hemm fi Frar fil-provvista tal-interconnector. Kull meta tkun ser issir manutenzjoni ppjanata, l-Enemalta mhux biss tinforma lill-pubbliku billi tavża minn qabel dwar tali interventi fuq is-sit elettroniku tagħha, imma anke tibgħat SMS lill-klijenti reġistrati li jkunu ser jintlaqtu direttament mill-interruzzjoni fil-provvista tal-elettriku. Ix-xogħol ta’ manutenzjoni huwa varju u jinkludi xogħlijiet fuq it-tagħmir bħal bdil ta’ żjut fit-transformers, xogħlijiet fuq switchgear fis-substations u xogħlijiet oħra fuq il-linji tal-elettriku.

Scabies — trattament

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7553, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għal kemm-il ġurnata ma kienx available t-trattament tal-iscabies tul dawn l-aħħar sitt xhur?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-trattament tal-Iscabies kien nieqes għal għaxart ijiem. Issa qiegħed in stock.

Scabies — Każijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7554, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mill-64 każ ta' scabies irrapportati fl-2023 kienu trattati b'mediċini min-naħa tal-Gvern u kemm sar contact tracing u kemm ġew trattati persuni bħala kuntatt?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s'issa l-każijiet sintomatiċi identifikati kollha ngħataw trattament. 51 ġew fornuti bil-kura tal-iscabies mill-Gvern u dawk li kien fadal sa meta ġew ikkunttattjati kienu diġà xtraw it-trattament tagħhom.

Scabies — Każijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7554, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hawn każijiet ta’ scabies mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2022?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2022 kienu rraportati 137 każ ta' scabies.

Sussidju fuq il-Kont tad-Dawl għal persuni li jużaw il-magna tal-Isleep Apneoa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7557 u allura jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7368, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hemm nies li jużaw il-magna tal-isleep apneoa d-dar bħala kura u jieħdu sussidju fuq il-kont tad-dawl? Jista' jgħid ukoll liema huma l-kriterji biex wieħed jieħu dan is-sussidju?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Benefiċċju tal-Enerġija jitħallas lil min għandu dħul ta’ anqas minn €10,871 fis-sena, kif ukoll lil min jagħmel użu minn makkinarju mediku illi minħabba f’hekk jaħli ammont eċċessiv ta’ dawl jew ilma. Dan tal-aħħar jissejjaħ 'Humanitarian Energy Benefit' u f’dan il-każ il-familja kkonċernata jista’ jkollha dħul annwali sa €30,911 fis-sena. Każi ta’ Energy Benefit Humanitarian iridu jissottomettu prova tal-makkinarju li jintuża kif ukoll il-kont tad-dawl sabiex jiġi stabbilit minn Bord imwaqqaf apposta jekk persuna ikunx ħaqqha jew le. Jekk makkinarju użat ma jkunx jikkonsma ammont eċċessiv ta’ enerġija jew ikun jintuża ftit drabi kuljum, ikun rifless fil-konsum tad-dawl kif ikun indikat fil-kont. Ma tinżammx statistika dwar kemm hemm persuni li jużaw il-magna ta l-Isleep Apneoa, la fl-ewwel kategorija u lanqas fit-tieni kategorija. Fil-fatt fl-ewwel kategorija ma tintalabx dettalji tali imma dettalji dwar il-mezzi.

Infermiera, allied health professionals u tobba li rriżenjaw minn xogħolhom

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5283, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm irriżenjaw infermiera, Allied Health Professionals u tobba minn xogħolhom mas-Servizz Pubbliku fis-snin 2021 u 2022? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm minnhom ma kinux? Jista' jgħid kienx hemm raġuni għaliex ingħatat ir-riżenja?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 5283, waqt li nfakkar lill-Onor. Interpellant illi impjegati mhux obbligati jagħtu raġuni għar-riżenja.

Scabies — trattament

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi pjan hemm dwar it-trattament tal-iscabies peress li l-Permethrin Cream u oral Ivermectin jinsabu out of stock/very limited stock u bħalissa mhux qed jingħata trattament lil kull pazjent jew il-kuntatti tiegħu kollha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mediċina li tintuża għat-trattament tal-iscabies qiegħda Malta u l-approvazzjoni għall-użu tagħha qed tiġi proċessata mill-Medicines Authority.

Scabies — Każijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hawn każijiet ta’ scabies mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2022 u mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-lum?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-bidu ta’ din is-sena sa issa kienu rraportati 64 kazi ta’ scabies.

Sussidju fuq il-Kont tad-Dawl għal persuni li jużaw il-magna tal-Isleep Apneoa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7368 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm nies li jużaw il-magna tal-isleep apneoa d-dar bħala kura u jieħdu sussidju fuq il-kont tad-dawl? Jista' jgħid ukoll liema huma l-kriterji biex wieħed jieħu dan is-sussidju?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Imġarr – Triq Sir Harry Luke — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6771, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5905, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fi Triq Sir Harry Luke, fl-Imġarr, u x'timeframes hemm?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fit-triq imsemmieha huwa propost li jibda fil-ġimgħat li ġejjin. Dewmien fuq dan il-progett gie ikkawzat peress li kellhom isiru arranġamenti sabiex jinteħħew pajpijiet tal-asbestos mill-entita’ rispettiva.

Sussidju fuq il-kont tad-dawl għal persuni li jużaw il-magna tal-isleep apneoa

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nies li jużaw il-magna tal-isleep apneoa d-dar bħala kura u jieħdu sussidju fuq il-kont tad-dawl? Tista' tgħid ukoll liema huma l-kriterji biex wieħed jieħu dan is-sussidju?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.