Sptar Mount Carmel – ħaddiema fuq teleworking jew remote working
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm ħaddiema fl-Isptar Mount Carmel li għandhom teleworking jew remote working, x'inhu l-grad/xogħol tagħhom u kemm ilhom f'din l-iskema?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 38 ħaddiema fl-Isptar Mount Carmel li għandhom teleworking jew remote working. It-tabella t'hawn taħt tindika l-grad/xogħol tagħhom.
NO
GRADE
1
Administrative officer
3
Allied Health Practitioners O.T
1
Allied Health Professional O.T
1
Assistant Principal
1
Clinical Psychologist Practitioner
1
Executive Practitioner O.T
1
Managing Allied Health
1
Managing Psychologist
4
Principals
3
Principal Psychologists
1
Principal Social Worker
6
Psychologists
3
Psychology Assistants
7
Psychology Practitioners
3
Senior Social Workers
1
Social Worker
Ir-Rabat — Triq tal-Imtaħleb - traffic calming measures
Question
Jista’ l-Ministru jgħid hux ser isiru xi traffic calming measures fit-triq tal-Imtaħleb, ir-Rabat Malta, wara li ripetutament qed isiru inċidenti fiha?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fi snin li għaddew Transport Malta kienet ħarġet struzzjonijiet għal speed limit signs ta’ 40kph f’din it-triq. Fil-mument Transport Malta m’għandhiex talbiet pendenti għal traffic calming measures f’din it-triq.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma ċ-ċentri ta' testjar għall-COVID-19 li huma preżentement miftuħa? Jista' jgħid min qed jagħti dan is-servizz u kienx hemm sejħa ta' interess biex jingħata dan is-servizz? Jista' jippubblika xi kuntratt/i li juri/u dan?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm tliet ċentri tat-testjar għall-COVID-19. Dawn jinsabu Pembroke, Boffa u Gozo swabbing hub waqt li jsir ittestjar tal-COVID-19 ukoll fl-Isptar Mater Dei u fil-Gozo General Hospital. Dawn ic-ċentri jitmexxew mill-professjonisti u ħaddiema tad-dipartiment tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-katusi fin-niżla tas-Saqqajja baqgħu mikxufa wara li spiċċa x-xogħol fuq il-proġett, minkejja li ġie mwiegħed diversi drabi, f'mistoqsijiet parlamentari preċedenti, li dawn ser jiġu mgħottija biex ma jkunux ta' 'eyesore'?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-katusi għall-ħruġ tal-ilma tax-xita ġew installati skont struzzjonijiet ċari dwar kif għandna nipproċedu mis-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali. Ġie wkoll indikat li l-pajpijiet tal-plastik jinżebgħu kulur il-ġebla u hekk sar fuq il post.
Ir-Rabat — Triq Borg Olivier - kontroll tat-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiż-żmien li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari kienx hemm aħbarijiet u fiex waslu d-diskussjonijiet rigward kif ser jiġi kontrollat aħjar it-traffiku fi Triq Borg Olivier, fir-Rabat?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 5274.
Residenza San Vinċenz de Paul – nurse-to-patient ratio
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi n-nurse-to-patient ratio fir-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nurse-to-patient ratio jiddependi mill-bżonnijiet u l-funzjonijiet partikulari ta’ kull sala, għaldaqstant ir-ratio jvarja minn sala għal sala. L-ebda sala ta’ madwar 32 sodda ma jkollha inqas minn charge nurse wieħed, 2 infermiera u sitt carers matul il-ġurnata u infermier u tliet carers matul il-lejl.
Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – pazjenti fi kriżi ta’ saħħa mentali
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pathway ta' kif pazjent jiġi trattat meta jkun fi kriżi ta' saħħa mentali u jippreżenta ruħu fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 7148.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn infermiera speċjalizzati fil-kura tas-saħħa mentali ingaġġati mas-Settur Pubbliku u fejn jaħdmu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 124 infermiera speċjalizzati fil-kura tas-saħħa mentali ingaġġati mas-Settur Pubbliku li jaħdmu fil-Gozo General Hospital, fl-Isptar Mount Carmel u fil-komunità.
Sptar Mount Carmel – spiża f’investiment strutturali
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'kienet l-ispiża, sena b'sena, f'dawn l-aħħar għaxar snin, f'investiment strutturali fl-Isptar Mount Carmel?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispiża tal-investiment strutturali fl-Isptar Mount Carmel fil-perjodu li talab hu tinsab fit-tabella t'hawn taħt:
Sena
Ewro
2014
93,403.24
2015
52,996.27
2016
13,242.81
2017
15,524.53
2017
15,524.53
2018
34,423.63
2019
231,523.81
2020
1,282,785.53
2021
1,129,963.73
2022
278,271.72
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, sena b'sena, kemm kienet il-popolazzjoni tal-Isptar Mount Carmel bħala inpatients tul dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ inpatients fl-Isptar Mount Carmel fil-perjodu li talab hu tinsab fit-tabella t'hawn taħt:
SENA
IRĠIEL
NISA
2013
281
279
2014
267
251
2015
234
253
2016
263
265
2017
274
257
2018
286
159
2019
178
172
2020
148
125
2021
111
74
2022
128
111
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi tip ta' internal audits f'dawn l-aħħar tliet snin fir-Residenza San Vinċenz de Paul u fuq liema raġuni/materja saru?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid preżentement kemm-il sodda hemm fir-Residenza San Vinċenz de Paul u kemm minnhom huma okkupati sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa f'SVP b'kollox hemm madwar 1,400 sodda. Minnhom, 1,330 huma okkupati. L-oħrajn jinsabu fi swali li bħalissa qed jiġu rinovati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sodda għall-kura tal-anzjani hemm fi djar tal-anzjani privati fil-komunità li tagħhom hu responsabbli l-Gvern? Jista’ l-Ministru jgħid f'liema djar qegħdin u kemm-il sodda hemm, dar b'dar?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandha total ta’ 2,565 sodda għall-kura tal-anzjani fi djar tal-anzjani privati fil-komunità li tagħhom hu responsabbli l-Gvern. L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid meta sar l-aħħar arranġament ma’ dar tal-anzjani fil-privat bħala Public Private Partnership, ma’ liema dar u x’kienet ir-rata li ngħatat?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar ftehim sar fit-30 ta’ Novembru 2022 mad-dar tal-anzjani privata The Imperial. L-informazzjoni l-oħra ma tistax tingħata minħabba li hija kummerċjalment sensittiva.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhu l-futur tal-ħaddiema li jaħdmu fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid u jekk dan hux se jingħalaq ladarba jinfetaħ iċ-Ċentru Vincent Moran?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-impjegati li bħalissa qed jaħdmu fiċ-ċentru tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid se jimxu għac-Ċentru Reġjonali Vincent Moran ladarba jiftaħ.
Ċentri tas-saħħa, bereġ u ċentri tal-komunità – perjodu ta’ stennija għal diversi servizzi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu twil il-perjodu ta' stennija bejn appunatament u ieħor f'kull ċentru tas-saħħa/berġa/ċentru tal-komunità għal servizzi ta’ podjatrija, fiżjoterapija u speech therapy?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-perjodu ta' stennija bejn appunatament u ieħor f'kull ċentru tas-saħħa/berġa/ċentru tal-komunità għal servizzi ta’ podjatrija, fiżjoterapija u speech therapy huwa skont it-tabella t'hawn taħt.
Ċentru tas-Saħħa/
Klinika tal-Komunita’
Podjatrija
Fiżjoterapija
Speech Therapy
B’Kara HC
12-il ġimgħa
n/a
3 ġimgħat
Floriana HC
8 ġimgħat
0
ġimgħa
Pietà CC
7 ġimgħat
n/a
ġimgħa
Cospicua HC
9 ġimgħat
0
ġimgħa
Zejtun CC
12-il ġimgħa
3 ġimgħat
ġimgħa
Mosta HC
10 ġimgħat
ġimgħatejn
4 ġimgħat
Mellieħa CC
10 ġimgħat
ġimgħatejn
3 ġimgħat
Qormi HC
14-il ġimgħa
ġimgħa
ġimgħatejn
Kirkop HC
1-il ġimgħa
0
3 ġimgħat
Ghaxaq CC
16-il ġimgħa
0
ġimgħatejn
Paola HC
9 ġimgħat
0
4 ġimgħat
Tarxien CC
16-il ġimgħa
ġimgħa
ġimgħa
Rabat HC
11-il ġimgħa
n/a
ġimgħatejn
Attard CC
11-il ġimgħa
4 ġimgħat
ġimgħatejn
Gzira HC
10 ġimgħat
ġimgħatejn
ġimgħa
M'Xlokk CC
16-il ġimgħa
0
ġimgħa
Fgura CC
14-il ġimgħa
ġimgħatejn
4 ġimgħat
Żurrieq CC
16-il ġimgħa
ġimgħa
4 ġimgħat
Valletta CC
21-il ġimgħa
n/a
ġimgħa
Ta’ Xbiex CC
10 ġimgħat
n/a
n/a
Kalkara CC
14 -il ġimgħa
ġimgħatejn
ġimgħa
Ħamrun CC
17 -il ġimgħa
3 ġimgħat
ġimgħa
St. Lucija CC
13 -il ġimgħa
ġimgħa
ġimgħatejn
Gudja CC
8 ġimgħat
3 ġimgħat
ġimgħatejn
M’Scala CC
16-il ġimgħa
ġimgħa
ġimgħatejn
Żabbar CC
n/a
3 ġimgħat
n/a
Mġarr CC
n/a
-
ġimgħa
Msida CC
n/a
-
3 ġimgħat
Dingli CC
n/a
-
ġimgħa
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 6485 u 6828, jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm żviluppi fuq l-investigazzjonijiet li saru fuq il-kwalità ta' materjal u xogħol li sar fi Triq it-Tiġrija, ir-Rabat, u meta se tibda l-manutenzjoni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Infrastructure Malta fi ħdan il-Ministeru ġa wieġbet illi l-ħsarat jidhru li huma relatati ma’ nixxiegħa naturali, liema ħsarat ġew aċċellerati bil-maltemp. Għaldaqstant Infrastructure Malta ħadet il-passi neċessarji biex tassigura li t-triq għadha sigura għall-użu, u fejn ikun hemm bżonn tmantni b’interventi lokalizzati. Meta x-xogħlijiet f’toroq li jaffettaw din ir-rotta jitlestew (bħal dawk għaddejjin f’tas-Sejba), l-Aġenzija tkun tista' tagħmel l-intervent neċessarju.