Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei — kontenituri tal-iskart riċiklat

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il kontenitur tal-iskart riċiklat jinsab fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-Isptar Mater Dei hemm 237 Recyclable Trible bag holders mifruxin madwar l-isptar.

Kimoterapija Fluorouracil out of stock

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex il-kimoterapija Fluorouracil qiegħda out of stock u jagħti l-ġranet li kienet out of stock? Jista’ jgħid ukoll jekk għadhiex out of stock u meta ser tiġi lura in stock?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mediċina 5 Fluorouracil qiegħda in stock.

Trattamenti għal pazjenti li kellhom bżonn il-kimoterapija Fluorouracil

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew affettwati trattamenti u x’se jsir mit-trattamenti mitlufa, f’pazjenti li kellhom bżonn il-kimoterapija Fluorouracil?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 8800.

Permessi ta’ parkeġġ riservat (kaxxa blu)

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm permessi ġodda għal post ta' parkeġġ riservat (kaxxa blu) maħruġa sena b'sena fl-aħħar għaxar snin u maqsuma lokalità b'lokalità?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ta’ Ġiorni – berġa tas-saħħa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se tkun qed topera l-Berġa tas-Saħħa f'Ta’ Ġiorni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għaddejjin taħdidiet mal-Kunsill Lokali sabiex jinstab sit adegwat għal ċentru kominitarju għas-saħħa viċin ta’ Giorni.

Settur pubbliku — infermiera, allied health professionals u tobba li rriżenjaw

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il professjonist fil-qasam tas-saħħa (tobba, infermiera u allied health professionals) irriżenjaw mis-settur pubbliku fis-snin 2021 u 2022 u jgħid x'nazzjonalità kienu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 5283 li għamel hu stess.

Sptar Mater Dei, ċentri tas-saħħa u bereġ — infermiera

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7912 u jgħid kemm-il infermier huwa ingaġġat f'kull sala fl-Isptar Mater Dei (sala b'sala), ċentri tas-saħħa u bereġ, u jindika f'liema skali jaħdmu u jekk humiex ingaġġati fuq bażi full-time jew part-time?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba minnu.

Servizzi ta' radjoloġija fi sptarijiet privati

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7973, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk jingħatawx servizzi ta' radjoloġija fi sptarijiet privati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 8056.

Nurse-to-patient ratio fis-swali tal-Isptar Mater Dei

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7974, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhu n-nurse-to-patient ratio ta' dawn is-swali ta' kirurġija u mediċina fl-Isptar Mater Dei: S1, S2, S3, M1, M2, M3, M4, M5, M6, M7, MAU1, MAU2, MAU3, Diabetic Foot Ward, Cardiac Medical Ward u l-Cardiac Surgical Ward?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 7974.

Settur tal-Onkoloġija – pazjenti li kellhom bżonn jingħataw trattament barra minn Malta

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7975 dwar pazjenti li ngħataw trattament barra minn Malta fis-settur tal-onkoloġija, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'kienet l-ispiża tal-Gvern għal dawn it-trattamenti barra minn Malta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema kura qiegħed jirreferi.

Ħlas għall-kiri ta' sodod fi djar tal-anzjani privati

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7980, jista' l-Ministru jgħid jekk kull sodda illi qed tiġi mikrija mill-privat hux tingħata għall-istess prezz jew inkella l-prezz ivarjax bejn dar tal-anzjani u oħra?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata minħabba li din hija kummerċjalment sensittiva.

Kura tas-Saħħa Mentali -infermiera speċjalizzati

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7985, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f'liema kliniċi jaħdmu dawn l-infermiera speċjalizzati fil-kura tas-saħħa mentali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi 82 infermiera speċjalizzati fil-kura tas-saħħa mentali jaħdmu Mount Carmel, 5 jaħdmu Gozo General Hospital u 37 jaħdmu fil-komunità.

L-Imtarfa — Triq tat-Tabija - kontroll tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiż-żmien li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari kienx hemm aħbarijiet u fiex waslu d-diskussjonijiet fuq kif se jiġi kkontrollat aħjar it-traffiku fit-Triq it-Tabija kantuniera ma’ Triq il-Maltin Internati u Eżiljati, fl-Imtarfa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta ppreżentat disinn għal roundabout junction bejn Triq it-Tabija u Triq Għajn Qajjet (li tgħaqqad ma’ Triq il-Maltin Internati u Eziljati). Saret ukoll konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali u Transport Malta. Bħalissa qed isiru modifiċi minuri sabiex ikun ffinalizzat id-disinn wara dawn il-konsultazzjonijiet.

Effett tal-istrike tan-nurses f'April 2023

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif affettwa l-istrike li sar min-nurses f'April 2023 u kemm tħassru appuntamenti tal-outpatients fl-Isptar Mater Dei, f'bereġ, f'ċentri tas-saħħa u operazzjonijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-azzjonijiet industrijali ordnati mill-MUMN f'April 2023 wassal sabiex 503 operazzjoni ġiet posposta. Ġew imħassra ukoll numru ta’ appuntamenti tal-flebotomija u ta’ kura ta’ feriti fiċ-ċentri tas-saħħa.

Sptar Mount Carmel — xogħlijiet

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhuma x-xogħlijiet ta' rinovar li qed isiru matul dan ix-xahar ta' April fl-Isptar Mount Carmel u f'liema parti tal-isptar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħlijiet ta' rinnovar li saru matul ix-xahar ta' April fl-Isptar Mount Carmel huma: Trasformazzjoni ta' FW8 f'sala ta' transitu. Xogħlijiet għaddejjin f'FW2 Blokk 12 konverżjoni temporanja Rinnovament tal-bini YPU Xogħlijiet ta’ disinn li għadhom għaddejjin għar-rinnovament tas-CTC Xogħlijiet ta’ Blokk 1

Sptar Mater Dei — MRI machines

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il MRI Machine hemm preżentement fl-Isptar Mater Dei u kemm-il eżami jsir ta' kuljum b'kull magna? Jista' jgħid ukoll kemm-il MRI Machine qiegħda tintuża mill-privat għas-servizz pubbliku u kemm-il appuntament isiru ta' kuljum?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Mater Dei hemm 3 MRI machines u ssir medja ta’ 95 MRI kuljum. Mill-privat qed jintużaw żewġ MRI Machines għas-servizz pubbliku u jsiru medja ta’ 600 MRI fix-xahar.

Ir-Rabat — Kappella tas-Sanċier - kustodja tal-binja

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7196, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tat-talba għall-kustodja tal-binja tal-Kappella tas-Sanċier, ir-Rabat Malta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fejn jidħlu talbiet għal "Guardianship deeds" hemm proċess li jinvolvi ħidma konġunta bejn is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u l-Awtorità tal-Artijiet. Din it-talba qed tiġi proċessata.

Mediċini out of stock — Ocrevus

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7909, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb din il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid meta u għaliex il-mediċina Ocrevus kienet out of stock?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mediċina Ocrevus qatt ma kienet out of stock. Il-pazjenti li huma approvati mill-kumitat tekniku biex jieħdu l- Ocrevus qegħdin joħduha

Sptar Mount Carmel — infermiera

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienu bħala ammont, maqsuma sena b'sena, l-infermiera ingaġġati fl-Isptar Mount Carmel tul dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ infermiera ingaġġati fl-Isptar Mount Carmel tal-aħħar għaxar snin jinsab fit-tabella t'hawn taħt: PQ 7988 Entity 2022 2021 2020 2019 2018 2017 2016 2015 2014 2013 Newly recruited Newly recruited Newly recruited Newly recruited Newly recruited Newly recruited Newly recruited Newly recruited Newly recruited Newly recruited MCH 10 42 27 48 26 28 4 2 25 21 Head Count Head Count Head Count Head Count Head Count Head Count Head Count Head Count Head Count Head Count 373 384 379 378 320 329 307 300 308 298