Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birkirkara – Ċentru tas-Saħħa – xogħol

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jitlesta x-xogħol fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara? X'inhu l-pjan ta’ xogħlijiet għaċ-ċentru ta' Birkirkara, xahar b'xahar, sat-tlestija tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara ppjanat li jiftaħ il-bibien tiegħu fit-tielet kwart tal-2023.

Birkirkara – Ċentru tas-Saħħa – xogħol

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex f'Jannar ix-xogħlijiet li kienu qed isiru fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara waqfu għal xi ġimgħat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma jirriżultax li x-xogħlijiet li kienu qed isiru fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara waqfu.

Ħad-Dingli – Triq it-Turretta — xogħol fis-sistemi tad-drenaġġ u asfaltar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li jitkompla x-xogħol fis-sistemi tad-drenaġġ u asfaltar fi Triq it-Turretta, Ħad-Dingli?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8830 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Rabat – Telgħa tas-Saqqajja — rapporti dwar katusi

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti ta' esperti li qalu biex il-katusi fit-Telgħa tas-Saqqajja r-Rabat jitħallew jidhru u mhux jitgħattew wara li tlesta l-proġett ta' riġenerazzjoni?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-proġett, it-trattament tal-katusi kien ġie diskuss mal-Awtoritajiet kompetenti. Fost id-diversi metodi diskussi, ġie konkluż li l-aħjar soluzzjoni kienet li dawn il-katusi jinżebgħu kulur li jqarreb il-ġebla u mhux li jinksew b’ġebla minn knaten ġodda. Għaldaqstant din il-kwistjoni qatt ma mmeritat rapport tekniku, però biss konsultazzjoni.

Rabat, Malta – bdil ta’ covers tal-plastic fil-bankini

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jkunu qed jinbidlu l-ammont kbir ta' covers tal-plastic imkissrin li saru fil-bankini l-ġodda ftit xhur ilu madwar ir-Rabat, Malta? Jista' jgħid min se jkun qed jinżamm responsabbli wara li dawn kollha tkissru malli saru?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għamlet spezzjonijiet tul l-2022 f’diversi toroq u investigat sensiela ripetuta ta’ ħsarat (tkissir) fl-għotjien (“covers”) tal-plastik (uPVC) użati f’manholes u drawpits għall-provvista ta’ servizzi fil-bankini (pedestrian). Irriżulta illi dawn ma kinux ċertifikati skont l-istandard Ewropew EN 124-1. Ġie nnotat ukoll “ageing” qawwi tal-materjal u PVC attribwit lir-raġġi UV li lokalment huma qawwija u fit-tul. Infrastructure Malta aġixxiet billi ħarġet (04/11/2022) direzzjoni teknika ċara lill-entitajiet terzi u lill-istaff tekniku tagħha sabiex b’mod immedjat jiġu installati BISS għotjien konformi mal-ispeċifikazzjoni Ewropea EN 124-1 – Dan ifisser illi l-materjal tal-“covers” ikun “ductile cast iron”, l-istess bħalma jintuża fil-kareġġjata. Ir-reżistenza għall-piż (loading class) kif mitluba mill-istandard tkun dik għall-użu “pedestrian”. Infrastructure Malta kompliet tinforza din id-deċiżjoni billi inkorporat speċifikazzjoni ċara fid-Tender Dynamic Purchasing (DPS) maħruġ f’Marzu, 2023 li tesiġi dan. Fir-rigward tat-toroq fir-Rabat u li saru b’“covers” tal-uPVC (installati bejn 2021 u 2022) IM ser tieħu ħsieb tissostitwixxihom b’oħrajn konformi mar-regoli kif indikati fid-DPS (2023).

Sex Offender Treatment Board — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk preżentement hux jiffunzjona s-‘Sex Offender Treatment Board’? Jista’ jgħid ukoll meta ltaqa’ l-aħħar, min huma l-membri u kull meta huwa ppjanat li jiltaqa’?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Board for the Treatment of Sex Offenders kien twaqqaf sabiex jagħmel studju u jagħmel r-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Ministru. Dan il-Bord kien inħatar l-ewwel darba f’Ġunju 2018 għall-perjodu ta’ sena u wara kien ingħata sitt xhur oħra sa Diċembru 2019.

Sapport għal persuni meqjusa sexual offenders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi tip ta’ pjan ta’ sapport, terapija u follow up ta’ persuni meqjusa bħala “sexual offenders and individuals with deviant sexual and desires” wara li jirritornaw lura fil-komunità u/jew meta jiġu meqjusa tali mill-qorti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi d-dipartiment tal-Probation and Parole joffru superviżjoni u monitoraġġ ta’ persuni meqjusa bħala sex offenders wara li dawn ikunu kisru l-liġi u ġew riferuti lid-dipartiment mill-Qorti. Din is-superviżjoni tibqa’ fis-seħħ għal tul il-perjodu tas-sentenza. Is-superviżjoni u monitoraġġ isir mill-Uffiċjal tal-Probation filwaqt li l-Unità tal-Psikoloġija fi ħdan id-dipartiment toffri għajnuna speċjalizzata permezz tal-programm Sex Offender Intervention Programme (SOIP) li jiffoka fuq il-bżonnijiet ta’ dawn il-persuni. Dan il-programm flimkien mas-superviżjoni jwassal għal riabilitazzjoni u reintegrazzjoni effettiva lura fil-komunità.

Ministeru għall-Edukazzjoni – Bordijiet – membri ta’ unions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm membri ta’ xi union/s li ġew maħtura fuq xi bord fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni f’dawn l-aħħar sentejn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Sptar Mount Carmel – pazjenti admitted fuq abbuż mid-droga

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il resident ġie admitted fl-Isptar Mount Carmel wara li nstab li kien abbuża minn droga u kien f'overdose?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-isptar Monte Karmeli ma jiġux ammessi persuni b’overdose. Pazjenti b’overdose jiġu riferuti u trattati ġewwa l-Isptar Mater Dei.

Sptar Mount Carmel – pazjenti admitted fuq programm dwar abbuż ta’ droga

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il resident ġie admitted fl-Isptar Mount Carmel fuq programm relatat ma’ abbuż ta' droga?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġewwa Mount Carmel ma hemm l-ebda ammissjoni ta’ pazjenti għall-programm relatat ma’ abbuż ta’ droga.

Sptar Mount Carmel – pazjenti admitted fuq programm dwar abbuż ta’ logħob tal-ażżard

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il resident ġie admitted fl-Isptar Mount Carmel fuq programm relatat ma’ abbuż ta' logħob tal-ażżard?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma kien hemm l-ebda ammissjoni f’Mount Carmel relatata ma’ abbuż ta' logħob tal-ażżard.

Sptar Mount Carmel – każijiet ta’ overdose waqt li pazjenti kienu admitted

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kienx hemm każijiet ta' overdose mid-droga waqt li persuna kienet admitted fl-Isptar Mount Carmel f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm 2 każijiet ta’ overdose ġewwa Mount Carmel.

Rapporti ta’ suwiċidju

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il suwiċidju kien rapportat, sena b'sena, f'dawn l-aħħar għaxar snin? Jista’ jgħid x’kienu l-etajiet tal-vittmi ta' suwiċidju?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tabella t'hawn taħt tindika l-informazzjoni mitluba minnu. Age Group 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020 2021 2022 <25 3 4 3 0 3 1 2 1 5 4 25-34 3 3 9 4 5 8 3 6 6 1 35-44 3 6 5 11 3 4 8 4 8 6 45-54 8 8 7 7 3 2 3 5 5 2 55-64 4 4 8 1 6 3 2 6 7 5 65-74 0 2 2 0 3 3 2 0 3 2 >75 1 5 0 1 2 1 1 1 0 4

Sptar Mount Carmel – pazjenti admitted fuq każ ta’ abbuż sesswali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk meta jiġu admitted pazjenti fl-Isptar Mount Carmel minħabba każ ta' abbuż sesswali (rape) jintużawx l-istess metodi ta' admission u jkunux trattati fl-istess swali ma’ pazjenti li jbatu minn nuqqas ta' saħħa mentali mhux marbuta ma’ abbuż sesswali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi biex persuna tiddaħħal Mount Carmel irid ikun hemm mard psikjatriku.

Sptar Mater Dei – operazzjonijiet li ġew kanċellati

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm tħassru operazzjonijiet bejn Jannar 2022 u April 2023, maqsuma xahar b'xahar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu msemmi minnu l-operazzjonijiet li tħassru jew ġew posposti kienu minħabba direttivi industrijali jew minħabba problemi fis-saħħa tal-pazjent.

Inhalers fil-lista tal-POYC

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jipprovdi l-ismijiet ta' inhalers imniżżlin fil-lista tal-POYC u liema minnhom kienu out of stock f'dawn l-aħħar sitt xhur?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Terbutaline inhaler kien out of stock għal erbat ijiem bejn Marzu u Mejju. Hawn taħt mehmuż hija l-lista tal-inhalers imniżżlin fil-lista tal-POYC. BECLOMETASONE DIPROPIONATE 50µG/DOSE(200D) INHALER METERED-DOSE IPRATROPIUM BROMIDE 20µG/DOSE(200D) INHALER METERED-DOSE SALBUTAMOL 100µG/DOSE(200D) INHALER METERED-DOSE BECLOMETASONE DIPROPIONATE 250µG/DOSE(200D) INHALER METERED-DOSE BUDESONIDE 200µG/DOSE(100D-200D) INHALER METERED-DOSE SALMETEROL XINAFOATE 25µG/DOSE(120D) INHALER METERED-DOSE BUDESONIDE 100µG/DOSE(200D) INHALER DRY POWDER FLUTICASONE PROPIONATE 250µG/DOSE(60D) INHALER METERED-DOSE TERBUTALINE SULFATE 500µG/DOSE(100D-120D) INH POWDER BR-ACT FLUTICASONE PROPIONATE 50µG/DOSE(120D) INHALER METERED-DOSE LONG ACTING MUSCARINIC RECEPTOR ANTAGONIST INH, POWDER.

Ministeru għas-Saħħa – lista tal-mediċini out of stock fuq il-website

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex mhux qed tiġi ppubblikata l-lista tal-medicini out of stock fuq il-website tal-Ministeru tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 8605.

Sptar Mater Dei – użu ta’ singular packed drapes fis-swali tal-operazzjonijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex fis-swali tal-operazzjonijiet qed jintużaw singular packed drapes minflok il-universal drapes sets li kienu jkunu ppakkjati erbgħa, erbgħa b’konsegwenza li dan qed iwassal għal ħela ta' riżorsi u aktar skart ġenerat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-single packed drapes intużaw minflok il-universal drapes bħala miżura temporanja peress li kien hemm diffikultà bis-supply tal-Universal drapes.

Sptar Mater Dei – ħruġ ta’ skart

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhu l-piż ta' skart maħruġ mill-Isptar Mater Dei u liema minnu kien destinat għall-inċineratur, landfill jew riċiklar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-iskart maħruġ mil-Isptar Mater Dei jinqasam kif turi t-tabella t'hawn taħt: Waste Type EWC Code Disposal/Treatment Location Totals Units Discarded equipment containing hazardous components other than those mentioned in 16 02 09 to 16 02 12 (beds) 16 02 03* Recycle 2,570 kg Discarded equipment containing chlorofluorocarbons, HCFC, HFC (fridges) 16 02 11* Recycle 330 kg Discarded equipment containing hazardous components other than those mentioned in 16 02 09 to 16 02 12 (mixed WEEE) 16 02 13* Recycle 25,100 kg Lead batteries 16 06 01* Recycle 1,151 kg Mixture of concrete, bricks, tiles and ceramics other than those mentioned in 17 01 06 17 01 07 licensed quarry 36,000 kg Waste whose collection and disposal is subject to special requirements to prevent infection (clinical) 18 01 03* Thermal Treatment at Wasteserv or Abroad 767,464 kg Chemicals consisting of or containing dangerous substances 18 01 06* Thermal Treatment Abroad 2,457 kg Cytotoxic and cytostatic medicines 18 01 08* Thermal Treatment Abroad 16,435 kg Paper and cardboard / Plastic 20 01 01 20 01 39 Recycle 71,795 kg Fluorescent tubes and other mercury-containing waste (light bulbs) 20 01 21* Recycle 730 kg Mixed municipal waste 20 03 01 Wasteserv Environmental Complex 2,002,000 kg Bulky waste 20 03 07 Wasteserv Environmental Complex 546,280 kg