Legislature:
Category:
Reset
Active:

Warrant ta’ psikoterapisti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mid-29 psikoterapista li ngħataw il-warrant se jaħdmu fis-settur pubbliku u f'liema dipartimenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma hemm ebda sejħa miftuħa dwar il-professjonisti li semma hu, fil-ministeru tiegħi.

Kimoterapiji li kienu out of stock

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema kimoterapiji kienu out of stock minn Jannar 2022 sa Diċembru 2022 u minn Jannar 2023 sa Ġunju 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ebda mediċina tal-kimoterapija ma kienet out of stock għall-perjodu sħiħ li semma hu. Ninfurmaħ illi matul il-perjodu Jannar sa Ġunju 2023, il-mediċini 5-Fluorouracil injections , Capecitabine 500mg tablets , Bleomycin injections , kienu out of stock għal numru limitat ta’ ġranet.

MRI, CT Scan u X-Ray — magni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta nxtrat kull magna ta' MRI, CT Scan u X-ray li tinsab fis-sistema tas-saħħa nazzjonali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hawn taħt mehmuż hija l-lista ta' magni, MRIs, CT Scans u X-rays u li jinsabu fis-sistema tas-saħħa nazzjonali kif mitluba minnu. · GE Healthcare MRI System Model Signa 1.5T – 1996 – Mater Dei Hospital · Philips MRI System Model Ingenia 3.0T – 2014 – Mater Dei Hospital · Siemens MRI 3.0T System Model Vida XT– 2020 – Mater Dei Hospital · Philips PET/CT Scanner Model TF–Gemini 64 – 2012 – Mater Dei Hospital · GE Healthcare CT Scanner Whole Body, 250 Slice 17 cm Detector Model Revolution – 2016 – Mater Dei Hospital · GE Healthcare CT Scanner Whole Body, 16 Slice Model Brightspeed – 2007 – Mater Dei Hospital · Siemens CT Scanner Whole Body, 128 Slice Model Somatom Edge Plus – 2023 – Mater Dei Hospital · Philips CT Scanner Whole Body, 64 Slice Model NCTB423 – 2010 – Gozo General Hospital · Canon CT Stimulator, 64 Slice Model TSX-201A (Aquilion LB) – 2021 – Sir Anthony Mamo Oncology Centre · GE Healthcare CT Cardiac Scanner Model MyoSPECT System – 2022 – Medical Imaging Department · Fujifilm C-Arm Fluoroscopy Radiographic Flat Panel X Ray System #1 Model FDX Visionary C – 2022 – Mater Dei Hospital · Fujifilm C-Arm Fluoroscopy Radiographic Flat Panel X Ray System #2 Model FDX Visionary C – 2022 – Mater Dei Hospital · Fujifilm C-Arm Fluoroscopy Radiographic Flat Panel X Ray System #3 Model FDX Visionary C – 2022 – Mater Dei Hospital · Ziehem C-Arm Fluoroscopy Radiographic Flat Panel X Ray System Model Solo FD – 2022 – Mater Dei Hospital · Philips C-Arm Fluoroscopy Radiographic Flat Panel X Ray System Model Pulsera – 2007 – Mater Dei Hospital · Philips C-Arm Fluoroscopy Radiographic Flat Panel X Ray System Model NFAA002 – 2010 – Gozo General Hospital · GE Healthcare Fluoroscopy Radiographic Flat Panel X Ray System Model Precision 500D – 2007 – Mater Dei Hospital · GE Healthcare Dual Detector Skeletal X Ray System Model Definium 8000 – 2007 – Mater Dei Hospital · Philips Dual Detector Skeletal X Ray System #1 Model Diagnost C90 – 2021 – Mater Dei Hospital · Philips Dual Detector Skeletal X Ray System #2 Model Diagnost C90 – 2021 – Mater Dei Hospital · Philips Dual Detector Skeletal X Ray System #3 Model Diagnost C90 – 2022 – Mater Dei Hospital · Philips Dual Detector Skeletal X Ray System #4 Model Diagnost – 2022 – St Vincent De Paul Long Term Facility · Fujifilm Dual Detector Skeletal X Ray System #1 Model IDOF3000 – 2014 – Floriana Health Centre · Fujifilm Dual Detector Skeletal X Ray System #2 Model IDOF3000 – 2014 – Paola Health Centre · Philips Dual Detector Skeletal X Ray System Model Digital Diagnost Dual – 2010 – Mosta Health Centre · Philips Dual Detector Skeletal X Ray System Model NRDN031 – 2010 – Gozo General Hospital · Philips Dual Detector X Ray System Model Dura Diagnost Compact – 2014 – Lister Barracks · Xtrahl Superficial X Ray System Model Xtrahl 150 – 2014 – Sir Anthony Mamo Oncology Centre · Solutions for Tomorrow Mobile X Ray Machine #1 Model 1M! – 2022 – Mater Dei Hospital · Solutions for Tomorrow Mobile X Ray Machine #2 Model 1M! – 2022 – Mater Dei Hospital · Solutions for Tomorrow Mobile X Ray Machine #3 Model 1M! – 2022 – Mater Dei Hospital · Solutions for Tomorrow Mobile X Ray Machine #4 Model 1M! – 2022 – Mater Dei Hospital · Solutions for Tomorrow Mobile X Ray Machine #5 Model 1M! – 2022 – Mater Dei Hospital · GE Healthcare C-Arm Image Intensifier #1 Model OEC 8800 – 2007 – Mater Dei Hospital · GE Healthcare C-Arm Image Intensifier #2 Model OEC 8800 – 2007 – Mater Dei Hospital · GE Healthcare C-Arm Image Intensifier #3 Model OEC 8800 – 2007 – Mater Dei Hospital · GE Healthcare C-Arm Image Intensifier #4 Model OEC 8800 – 2007 – Mater Dei Hospital · GE Healthcare C-Arm Image Intensifier #5 Model OEC 8800 – 2007 – Mater Dei Hospital · GE Healthcare C-Arm Image Intensifier #6 Model OEC 8800 – 2007 – Mater Dei Hospital · Technix C-Arm Image Intensifier Model TCA5R-7 – 2007 – Mater Dei Hospital · GE Healthcare Gamma Camera #1 Model Infinia – 2007 – Mater Dei Hospital · GE Healthcare Gamma Camera #2 Model Infinia – 2007 – Mater Dei Hospital · Philips Bi Plane Cardiac Cath Suite #1 Model Allura XPER FD 10/10– 2007 – Mater Dei Hospital · Philips Mono Plane Cardiac Cath Suite #2 Model Allura XPER FD 10 – 2004 – Mater Dei Hospital · Philips Bi Plane Vascular X Ray System Model Allura Clarity FD 20/15– 2015 – Mater Dei Hospital · GE Healthcare Single Plane Vascular X Ray System Model Discovery IGS 740 – 2021 – Mater Dei Hospital · Fuji Radiographic Mammography Machine Direct Digital Model Amulet Innovality – 2014 – Mater Dei Hospital · GE Healthcare Radiographic Mammography Machine Direct Digital Model 5149456-4 – 2010 – National Breast Screening · Hologic Radiographic Mammography Machine Direct Digital Model SDM05000/2DC – 2012 – National Breast Screening · Hologic Radiographic Mammography Machine Direct Digital Model SDM0001-2D – 2010 – Gozo General Hospital · Elekta CT/Linear Accelerator #1 Model Synergy Basic – 2011 – Sir Anthony Mamo Oncology Centre · Elekta CT/Linear Accelerator #2 Model Versa HD – 2015 – Sir Anthony Mamo Oncology Centre · Elekta CT/Linear Accelerator #3 Model Versa HD – 2015 – Sir Anthony Mamo Oncology Centre

Rabat, Malta – bdil ta’ covers tal-plastic fil-bankini

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8832, jista’ l-Ministru jgħid meta se jkunu qed jinbidlu l-ammont kbir ta' covers tal-plastic imkissrin li saru fil-bankini l-ġodda ftit xhur ilu madwar ir-Rabat, Malta u min se jkun qed jinżamm responsabbli wara li dawn kollha tkissru malli saru minħabba li huma ta' periklu immedjat għall-pedestrians?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jindika għal liema toroq qed jirreferi għalihom f’din il-Mistoqsija Parlamentari.

Rivista s-Sagħtar – spiża

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8836 u jgħid jekk ir-rivista Sagħtar tinxtarax mill-Ministeru direttament mingħand il-Fondazzjoni Sagħtar? Jekk iva, jista’ jgħid kemm hi n-nefqa u jekk tinxtarax b’direct order?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala Ministeru ma jinxtrawx kopji tar-rivista msemmija.

Trattamenti għal pazjenti li kellhom bżonn il-kimoterapija Fluorouracil

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8813, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew affettwati pazjenti meta l-mediċina Fluorouracil (kimoterapija) kienet out of stock f'Mejju 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi 31 pazjent kellhom it-trattament pospost b’medja ta’ 10 tijiem.

Permessi ta’ parkeġġ riservat (kaxxa blu)

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8814, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur, u jgħid kemm kien hemm permessi ġodda għal post ta' parkeġġ riservat (kaxxa blu) maħruġa sena b'sena fl-aħħar għaxar snin u maqsuma lokalità b'lokalità?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni tinkludi t-total ta’ permessi maħruġa matul l-aħħar għaxar snin, iżda ma tinkludix dawk il-permessi li ġew irtirati matul l-istess żmien u dan peress li huwa proċess kontinwu li jsir ma’ entitajiet oħrajn.

Postijiet ta’ parkeġġ riservat (kaxxa blu)

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8815, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur, u jgħid kemm hemm postijiet ta' parkeġġ riservat (kaxxa blu) f'kull lokalità?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed ngħaddiha fit-tabella t’hawn taħt. Locality Communal Personalised Valletta 53 31 Mdina 0 0 Birgu 43 15 Isla 22 10 Bormla 20 28 Qormi 84 90 Zebbug 52 35 Zabbar 83 51 Siggiewi 34 13 Zejtun 81 28 Victoria 53 14 Attard 21 18 Balzan 25 8 Birkirkara 169 99 Birzebbuga 73 23 Dingli 9 4 Fgura 70 50 Floriana 13 5 Fontana 2 1 Gudja 7 7 Gzira 72 43 Ghajnsielem 10 1 Gharb 6 4 Gharghur 8 10 Ghasri 0 0 Ghaxaq 12 10 Hamrun 130 55 Iklin 13 7 Kalkara 9 8 Kercem 6 1 Kirkop 7 4 Lija 24 3 Luqa 22 13 Marsa 37 36 Marsaskala 78 41 Marsaxlokk 19 11 Mellieha 43 13 Mgarr 8 1 Mosta 54 69 Mqabba 11 5 Msida 31 45 Munxar/Xlendi 6 3 Nadur 18 0 Naxxar 41 26 Paola 88 69 Pembroke 9 5 Pieta 35 12 Qala 3 0 Qrendi 9 1 Rabat 44 31 Safi 12 3 San Giljan 68 16 San Gwann 5 37 San Lawrenz 0 1 San Pawl 79 88 Sannat 7 4 St Lucija 19 3 St Venera 63 33 Sliema 59 79 Swieqi 27 4 Ta Xbiex 20 6 Tarxien 40 32 Xaghra 18 2 Xewkija 7 3 Xghajra 9 8 M'Forn/Zebbug 22 4 Zurrieq 42 22 Mtarfa 4 2

Ħad-Dingli – Triq it-Turretta — xogħol fis-sistemi tad-drenaġġ u asfaltar

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8830, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, u tgħid jekk hemmx pjan li jitkompla x-xogħol fis-sistemi tad-drenaġġ u asfaltar fi Triq it-Turretta, Ħad-Dingli?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja bit-tħejjijiet sabiex fil-ġimgħat li ġejjin tinħareġ is-sejħa għall-offerti biex jitkompla x-xogħol fuq is-sistemi tad-drenaġġ fit-triq indikata. Dan il-proġett huwa wieħed estensiv u jinkludi numru ta’ toroq oħrajn bejn Ħad-Dingli u r-Rabat.

Ministeru għall-Edukazzjoni – Bordijiet – membri ta’ unions

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8835 u jgħid jekk kienx hemm membri ta’ xi union/s li ġew maħtura fuq xi bord fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni f’dawn l-aħħar sentejn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri jiġu maħtura skont in-neċessita.

Psikoterapisti li ngħataw il-warrant

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9005 u jgħid kemm mid-29-il psikoterapista li ngħataw il-warrant se jaħdmu fis-settur pubbliku u f'liema dipartimenti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mhuwiex fir-remit tal-Bord tal-Professjoni tal-Psikoterapija li jkun jaf fejn ser ikunu qed jaħdmu il-psikoterapisti li jingħataw il-warrant mill-istess Bord.

Sptar Mater Dei – ittri lil pazjenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex mhux id-dipartimenti kollha qegħdin jużaw metodi biex jiġi żgurat li l-GDPR tal-pazjent tiġi mħarsa bħal meta jintbagħtu ittri? Għaliex mhux qed jintuża timbru ġeneriku tal-Isptar Mater Dei meta jintbagħtu ittri?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull Unit fl-Isptar Mater Dei jrid juża t-timbru kull meta jibgħat ittri bil-posta. Għall-Outpatient Clinics fejn jintbagħtu eluf ta’ appuntamenti ġie krejat code għal kull Unit u dan jintuża fuq it-timbru minflok l-isem tal-Unit.

BCRS – installazzjoni ta’ kaxxi ġodda

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux se jkunu installati aktar kaxxi tal-BCRS fir-Rabat (Malta), fl-Imtarfa, fl-Imġarr, f’Ħaż-Żebbuġ u f’Ħad-Dingli? Jekk iva, f'liema lokalitajiet u f'liema toroq?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li preżentement m’hemm l-ebda pjan li jiġu installati aktar Reverse Vending Machines fil-lokalitajiet imsemmija, li diġà huma moqdijin b’tal-inqas installazzjoni ta’ magna waħda. Barra minn hekk, il-konsumaturi għandhom id-dritt li jirritornaw il-kontenituri fil-ħwienet minn fejn jinxtraw. Għadha kemm ġiet imnedija wkoll skema fejn persuni li għandhom 'il fuq minn 60 sena jikkwalifikaw għas-servizz ta’ Silver T, li joffri servizz ta’ trasport bla ħlas sabiex anzjani jkunu jistgħu jitwasslu fl-eqreb magna (RVM) meta jagħżlu li jużaw wieħed mis-servizzi ta’ Silver T.

Birkirkara — Ċentru tas-Saħħa – sistema tal-arja

Question

Jista’ d-Deputat Prim Minstru u Ministru għas-Saħħa jispjega għaliex qed ikun hemm dewmien fit-tlestija tas-sistema tal-arja fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Birkirkara?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma hemm l’ebda dewmien u s- sistemi kollha qed jiġu installati skont il-programm.

Mediċini out of stock

Question

Jista’ d-Deputat Prim Minstru u Ministru għas-Saħħa jipprovdi elenku tal-mediċini li kienu out of stock f'dawn l-aħħar sitt xhur u jgħid liema minnhom inxtraw b'direct order sabiex ikun hawn ħażna tagħhom? Jista’ għal kull prodott jgħid liema kienu l-kumpaniji li ssupplixxew din il-mediċina?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni li talab tinstab fuq is-sit: https://healthservicescms.gov.mt Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra screenshot tal-aħħar lista kif tidher fuq dan is-sit.

Sptar Mater Dei u Sptar Karin Grech – pazjenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Minstru u Ministru għas-Saħħa jgħid fid-data li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari kemm-il pazjent qed jokkupa sodda fl-Isptar Mater Dei sakemm qed jistenna li jintbagħat f'dar tal-anzajni jew fl-Isptar Karin Grech?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 15-il pazjent li huma kkonfermati li se jintbagħtu Karin Grech waqt li hemm 64 pazjent li qed jistennew li jintbagħtu f'dar tal-anzjani.

Kimoterapija Fluorouracil out of stock

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8800, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta l-Kimoterapija Fluorouracil kienet out of stock f'April u Mejju bħala ġranet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kimoterapija Fluorouracil kienet out of stock mill-4 ta’ Mejju sas-17 ta’ Mejju.

Rivista s-Sagħtar – spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rivista Sagħtar tinxtarax mill-Ministeru direttament mingħand il-Fondazzjoni Sagħtar? Jekk iva, jista’ jgħid kemm hi n-nefqa u jekk tinxtarax b’direct order?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Pilloli Elthroxine out of stock

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex il-pilloli Elthroxine 50mg ilhom out of stock għal madwar xahrejn u meta se jerġgħu jkunu in stock?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pilloli Elthroxine 25mg huma in stock.

POYC – inhalers

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'tip ta’ inhalers huma approvati fuq il-POYC u liema minnhom huma out of stock?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 8819.