Legislature:
Category:
Reset
Active:

Aċċessibilità għall-mediċini

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-aċċessibbiltà għall-medicini tal-popolazzjoni li tgħix fis-South ta’ Malta hijiex inqas minn dik għall-popolazzjoni tan-north?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dipartiment tas-Saħħa ma jagħmilx distinzjoni bejn ċittadini minn partijiet differenti ta’ Malta.

Pjan li l-WHO jieħu l-sovranità tal-pajjiż f’każ ta’ pandemiji futuri

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx xi pjan biex il-Gvern jidħol fi pjan li jċedi s-sovranità tal-pajjiż, kif ukoll il-mod kif tittieħed deċiżjoni f’pajjiżna, lill-World Health Organisation f’każ ta’ pandemiji futuri għall-mod ta’ deċiżjoni kif u meta għandu jingħata vaċċin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma hemm ebda pjan tat-tip li qiegħed isemmi hu.

Unformijiet għall-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10380, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex tobba, infermiera u Allied Health Professionals jingħataw numru ta' uniformijiet fis-sena li jvarja bejnithom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull professjoni għandha l-uniformijiet tagħha skont il-ftehim li jkun sar.

Allied health professionals fi skala 6 — xogħol kliniku

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-allied health professionals fi skala 6 hux ser jaħdmu xogħol kliniku?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol tal-Allied Health Professionals ikun skont il-job description li ġie ppubblikat mas-sejħa.

Appuntamenti għal MRI

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni li qed jistennew data għal appuntament tal-MRI u meta hu n-next available appointment għal MRI?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru medju ta’ riferti għall-MRI riċevuti fil-ġimgħa fl-Isptar Mater Dei huwa ta’ 895. Bħalissa hemm 8791 persuna li qed jistennew data għal appuntament tal-MRI.

Ħlas lil kuntratturi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjan dwar kif se jitħallsu l-kuntratturi li għandhom jieħdu l-flus minn meta l-Isptar Karin Grech u l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex kienu mmexxija minn kuntratturi barranin (Vitals/Steward)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 10149.

Allied health professionals — Xiri ta’ uniformijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser jinxtraw l-uniformijiet tal-allied health professionals?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi nħarġet offerta ġdida ladarba dik preċedenti kellha tiġi kkanċellata peress li l-ebda offerta ma kienet konformi.

Unformijiet għall-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex l-ammont ta’ uniformijiet li jingħataw lill-ħaddiema fi skali differenti fis-settur tas-saħħa jvarja u qed issir diskriminazzjoni bejn professjonisti differenti abbażi tal-professjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema professjonisti qed jirreferi.

Occupational Therapists ingaġġati mal-Gvern

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fejn qed jaħdmu l-Occupational Therapists li ġew ingaġġati mal-Gvern dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella t'hawn taħt: Placement of OT's engaged in the last 10 years Gozo General Hospital 4 Primary Health Care 1 Mater Dei Hospital 34 Sir Anthony Mamo Oncology Centre 1 Mount Carmel Hospital 11 Rehab Hospital Karen Grech 6

Allied health professionals — riżenji

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm irriżenjaw allied health professionals mis-Settur Pubbliku kollu f’dawn l-aħħar ħames snin, sena b’sena skont il-professjoni u minn liema klinika/post tax-xogħol?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Allied Health Professionals li rriżenjaw minn entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għas-Saħħa fis-snin li talab hu huma skont it-tabella t'hawn taħt: SENA RIŻENJI 2018 9 2019 23 2020 12 2021 21 2022 13

Allied health professionals full-time

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm Occupational Therapists full-time equivalents f’kull departiment?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella t'hawn taħt: OT's in the Ministry for Health Gozo General Hospital 12 Primary Health Care 1 Mater Dei Hospital 56 Sir Anthony Mamo Oncology Centre 6 Mount Carmel Hospital 24 Rehab Hospital Karen Grech 14

Allied health professionals fi skala 6

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm allied health professionals fi skala 6 sal-aħħar tal-2022 u kemm hu ppjanat li jkun hemm sal-aħħar tal-2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 23 Health Professionals fi skala 6. Il-postijiet battala jimtlew skont l-esiġenzi tas-servizz.

Partial Knee Replacement – lista ta’ stennija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-lista ta' stennija għall-proċedura ortopedika magħrufa bħala 'partial knee replacement'?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-lista ta' stennija għall-proċedura ortopedika partial knee replacement ta’ ¿mien aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter hija ta’ 80 persuna.

Total knee replacement – lista ta’ stennija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-lista ta' stennija għall-proċedura ortopedika magħrufa bħala 'total knee replacement'?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-lista ta' stennija għall-proċedura ortopedika total knee replacement ta ¿mien aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter hija ta’ 896 persuna.

Hip Replacement – lista ta’ stennija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-lista ta' stennija għall-proċedura ortopedika magħrufa bħala 'hip replacement'?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-lista ta' stennija għall-proċedura ortopedika hip replacement ta’ ¿mien aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter hija ta’ 151 persuna.

Imtarfa – ċentru terapewtiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi informazzjoni ġdida rigward l-pjanijiet tal-Gvern fuq il-propost ċentru terapewtiku għall-minuri bi problemi ta’ mġiba fl-Imtarfa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, f’dan li stadju ma’ hemmx informazzjoni ġdida rigward l-pjanijiet tal-Gvern x’tiġi miżjuda.

L-Imdina – Triq l-Infetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm biex Triq l-Infetti, l-Imdina, tkun aktar sigura wara d-diversi inċidenti u mwiet f’din it-triq f’dawn l-aħħar xhur?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li Infrastructure Malta qiegħda taħdem mal-Kunsilli Lokali, fosthom dak ta’ l-Imdina, u x-xogħol tat-toroq qed jiġi allokat skond l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita rispettiva tagħhom. Nikkonferma li din it-triq tinsab fil-lista ta’ xogħolijiet u ser issir fi żmien li ġej.

Rabat — Triq it-Tiġrija - xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min inżamm responsabbli u ħallas tax-xogħlijiet li saru/qegħdin isiru fi Triq it-Tiġrija, Rabat Malta, wara li l-wiċċ tagħha tkisser fi ftit żmien minn meta saret?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li x-xogħolijiet ma kienux inkluzi fid-disinn originali, u allura qegħdin isiru u jitħallsu minn Infrastructure Malta.

Kumpaniji – ħlasijiet tax-xogħlijiet/servizzi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm fadal kumpaniji/kuntratturi x'jitħallsu u x'ammonti huma dovuti fi ħlasijiet, għax-xogħlijiet/servizzi li ngħataw qabel il-Gvern ħa f’idejh il-kuntratt ta' Vitals u meta ser jitħallsu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dak li qiegħed jistaqsi dwaru huwa kwistjoni ta’ bejn kuntratturi/kumpaniji privati.

Sptar Mater Dei – rikjesta għas-supply ta’ mħaded

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid hemmx rikjesta għas-supply ta' aktar mħaded fl-Isptar Mater Dei u meta ħa tasal il-konsenja?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mħaded fl-Isptar Mater Dei huma disponibbli.