Paola Health Hub – Servizz ta’ kura ta’ saħħa mentali/psikoloġija/psikoterapija
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux ser ikun hemm servizz ta’ kura ta’ saħħa mentali/psikoloġija/psikoterapija fil-Paola Health Hub?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi huwa ippjanat li jiġu mneddija dawn is-servizzi miċ-Ċentru tas-Saħħa Reġjonali Ċensu Moran:
· Psikoloġija
· Saħħa mentali perinatali u tat-trabi
· Saħħa mentali tat-tfal u adoloxxenti
· Psikjatrija tal-adulti
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fejn tinsab il-klinika tal-Fibromyalgia, meta tkun miftuħa u kemm iżuruha pazjenti kull sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-klinika tal-Fibromyalgia tinsab ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana. Il-ħinijiet tal-ftuħ jalternaw bejn is-13:00 sal-17:00 u bejn is-14:00 sas-18:00. In-numru ta’ pazjent li qed ibbenifikaw minn dan is-servizz mill-2020, huwa skont it-tabella hawn taħt:
YEAR
Number of
Patient Encounters
2020
20
2021
54
2022
82
2023
75
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-lista ta’ stennija għal appuntament new case u follow-up mal-Ophthalmic Clinic fil-kura pimarja?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żmien ta’ stennija għal appuntament għal Primary Eye Screening Ophthalmic Clinic huwa ta' ġimgħa, filwaqt dak għall-Optometrija huwa ta' xahrejn.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila l-lista ta’ stennija għal MRI bil-loppju u bla loppju, u CT scans? Jista’ jgħid ukoll kemm hi twila f’xhur l-istennija, kemm hemm pazjenti reġistrati li qed jistennew data u li ngħataw data?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi lista ta’ stennija għal MRI bil-loppju hemm 246 waqt li bla loppju hemm 8941. Lista ta’ stennija għal CT scans hemm 4461. L-informazzjoni teskludi scans urgenti peress li dawn jigu scanned mill-aktar fis possibli . Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru medju ta’ riferti għall-MRI riċevuti fil-ġimgħa fl-isptar Mater Dei huwa ta’ 895.
Sptar Mater Dei -Mediċini li kienu out of stock f’Settembru
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm minn dawn il-mediċini kienu out of stock fl-Isptar Mater Dei, f’Settembru 2023, kemm damu u għaliex?
Instilagel
Hypromellose eye drops
Atrovent nebs
Doxacin PO
Doxacin 4mg
Prednisolone 5mg PO
Venlaflaxin 75mg PO
Epilim syrup
Haloperidol (antipsychotic) 5mg
Stemitil
Ciprofloxaicin antibiotic 200mg/100ml
Water for irrigation 10ml
Clindamycin antibiotic PO
Mycoril clotrimazole antifungal cream
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mil-lista ta’ mediċini li semma hu, li kienu out of stock fl-Isptar Mater Dei f’Settembru 2023 kien hemm:
Prednisolone 5mg PO - Għamel qisu gimgħa fil-maħżen sakemm ingħata l-awtorazzazjoni mir-regulatorju.
Venlaflaxin 75mg PO – qisu gimgħatejn, għax il-kuntrattur qiegħed tard u hemm ordni urgenti. Mhuwiex out of stock mill-POYC minn fejn suppost jinghata.
Stemitil- L-injections ilhom neqsin għax hemm nuqqas globali imma qegħdin jingħataw anti-emetici oħra.
Ciprofloxaicin antibiotic 200mg/100ml- Hemm nuqqas globali għal dawn l-aħħar xhur. Infatti ddaħlet doza ġdida u jingħataw alternativi oħra.
Clindamycin antibiotic PO- Provizzjoni ristretta globali - Jingħata mill-POYC skont protokoll klinku u jinżamm ftit stokk fl-ispizeriji tal-isptarijiet għal każijiet li jinqalgħu.
Mycoril clotrimazole antifungal cream- Fl-aħħar gimgħa tas-Settembru.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex ser jikkonsisti s-servizz ta’ emerġenza li kien ġie ppreżentat li ser jaħdem fil-Paola Health Hub?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Hub Vincent Moran ta’ Raħal Ġdid se jkun hemm Immediate Medical Unit li se jkun manned mill-professjonisti tad-dipartiment tal-Emerġenza ġewwa l-Isptar Mater Dei.
Paola Health Hub – Bżonn ta’ tobba, infermiera u allied health professionals
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm bżonn ta’ tobba, infermiera u allied health professionals fil-Paola Health Hub il-ġdid u kemm minnhom diġà ġew identifikati u infurmati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-ONor. Interpellant illi t-tobba, infermiera u Allied Health Professionals, li bħalissa qed jaħdmu miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal l-Ġdid, ġew identifikati li se jimxu għaċ-Ċentru tas-Saħħa Reġjonali Ċensu Moran fl-ewwel fażi tal- operat. Fl-istess waqt qed jiġu identifikati ir-riżorsi li hemm bżonn għas-servizzi li se jingħatgħu fil-fażijiet sussegwenti.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ser ikun hemm ħaddiema klerikali fil-Paola Health Hub u kemm minnhom ġew identifikati u infurmati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa hemm 18-il ħaddiem klerikali (contractuals) fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal il-Ġdid u se jiġu trasferiti għaċ-Ċentru tas-Saħħa Reġjonali Ċensu Moran skont l-esigenzi tas-servizz. Daqt ħa jibda t-taħriġ meħtieġ lil dawn il-ħaddiema fuq għodod ġodda fil-ġimgħat li ġejjin.
Xiri ta' uniformijiet għall-Allied Health Professionals
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal ix-xiri ta' uniformijiet għall-Allied Health Professionals wara li ilhom ’il fuq minn tliet snin jistennew li jkollhom uniformi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.
Lista ta' stennija għall-proċedura ortopedika magħrufa bħala 'partial knee replacement'
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-lista ta' stennija għall-proċedura ortopedika magħrufa bħala 'partial knee replacement'?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li qed jistennew għal partial knee replacement aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter huma 72.
Lista ta' stennija għall-proċedura ortopedika magħrufa bħala 'total knee replacement'
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-lista ta' stennija għall-proċedura ortopedika magħrufa bħala 'total knee replacement'?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li qed jistennew għal total knee replacement aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter huma 991.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal ix-xogħol fiċ-Ċentru tas-Saħħa fir-Rabat Għawdex u meta hi d-data l-ġdida li fiha se jinfetaħ wara perjodu ta’ dewmien?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellat illi l-pjan hu li sal-aħħar ta’ din is-sena jkun lest.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma s-servizzi li ser jingħataw miċ-Ċentru tas-Saħħa fir-Rabat Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi miċ-Ċentru tas-Saħħa fir-Rabat Għawdex se jingħataw dawn is-servizzi:
§
Servizzi preżenti fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat:
1. GP walk-in
2. Treatment room
3. Phlebotomy service and Centrifuging of bloods
4. Home Visits
5. Screening for Diabetes and hypertension done by Senior Health Careers.
6. Immunisation (from Xewkija Community Clinic)
§
Servizzi Addizzjonali li għandhom jiġu introdotti fiċ-Ċentru tas-Saħħa l-Ġdid tar-Rabat:
1. Podiatry
2. Diabetes
3. ACC-POC – Patients on warfarin
4. Wound Clinic
5. Mental Health
§
Servizzi Ġodda minn Kliniki tal-Komunità
GP appointment clinics
Speech Language Pathology
Nurse led well-being clinic
Physiotherapy
Podiatry
Ophthalmology/optometry/orthoptics
AAA screening
Screening for Diabetes and hypertension done by Senior Health Carers (by appointment)
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex kien hemm ħrieqi (nappies) tal-adulti out of stock fix-xahar ta' Settembru? Jista’ jgħid ukoll meta waslu jew ser ikunu lura għad-dispożizzjoni tal-klijenti tal-POYC?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nappies tal-adulti ma jitqassmux mill-POYC u allura nistiednu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta saru l-aħħar spezzjonijiet tas-suffetti rigward moffa u nuqqas ta’ panels tas-suffett, ġewwa l-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li spezzjonijiet li jinkludu dawk tas-suffetti fl-Isptar Mater Dei jsiru tal-inqas darba fis-sena.