Servizzi ta’ kura barra minn Malta — Baġit għal-pazjenti Maltin
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12320 u jindika l-baġit kollu mpoġġi għad-dispożizzjoni tal-pazjenti Maltin sa issa f’applikazzjoni tad-Direttiva Ewropea kull sena u fil-perjodu kollu komplessiv għal ħlas jew għar-rimbors ta’ spejjeż għal kura barra minn Malta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma hemmx budget speċifiku għad-Direttiva Ewropea (Directive 2011/24/EU on Patients’ rights in Cross-Border Healthcare). Il-ħlasijiet jinħarġu mill-istess vot tat-Treatment Abroad.
Ir-Rabat — Triq George Borg Olivier - Preżenza ta’ uffiċjali ta’ Transport Malta jew LESA
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12010 dwar il-preżenza ta’ uffiċjali ta’ Transport Malta jew LESA fi Triq George Borg Olivier, fir-Rabat, biex jiġi aċċertat li inġenji goffi (heavy vehicles) ma jgħaddux minnha minħabba li dan qed joħloq konġestjoni tat-traffiku ta’ kuljum u huwa kontra l-liġi skont it-tabelli mwaħħla, jista' l-Ministru jgħid meta se tittieħed azzjoni wara li ilna nistennew u nirċievu l-istess risposta għal din l-aħħar sena?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara t-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 10210, jien infurmat li uffiċċjali tal-enforcement ta’ Transport Malta diġà attendew fuq il-post u ser ikomplu jmorru jinforzaw f’dawn l-inħawi sabiex jiżguraw li l-obbligi tat-traffiku jiġu osservati.
Servizzi ta’ kura barra minn Malta — Każijiet awtorizzati
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12321, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika n-numru ta’ każijiet li ġew awtorizzati skont il-proċedura stabbilita għal kura barra minn Malta fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella t'hawn taħt:
Year
2020
2021
2022
2023
Prior-Authorisation Approvals
4
5
6
8
Servizzi ta’ kura barra minn Malta — Każijiet li ġew rimborsati
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12322, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika n-numru ta’ każijiet li ġew rimborsati fl-ispejjeż skont il-proċedura stabbilita għal kura barra minn Malta fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella t'hawn taħt. Dawn il-każijiet jinkludu dawk li jgħaddu mill-proċess ta’ Prior Authorisation , u oħrajn li ma jirrikjedux dan il-proċess.
2020
2021
2022
2023
3
18
14
15
L-Imtarfa — Triq Tabija - Miżuri ta’ Traffic calming
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12000, jista' l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet u disinni tax-xogħlijiet li ħa jsiru bħala miżuri ta’ traffic calming fi Triq Tabija, kantuniera ma’ Triq il-Maltin Internati u Eżiljati, fl-Imtarfa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanijiet u disinni tax-xogħlijiet li qegħdin isiru bħala miżuri ta’ ‘traffic calming’ ġo u fil-madwar ta’ Triq Tabija.
Attachments:Proposed junction in Triq Ghajn Qajjiet Vjal il-Haddiem cw Triq it-Tabija and Triq Bir ir-Riebu cw Vjal il-Haddiem Rabat1 (003).pdf
Ir-Rabat, Belveder ta' Għeriexem — Tħawwil ta' siġar ġodda
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta ser isir it-tħawwil ta' siġar ġodda minflok is-siġar li mietu minħabba nuqqas ta' tisqija fil-Belveder ta' Għeriexem, ir-Rabat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Saħħa mentali — nefqa fuq kampanja ta’ prevenzjoni
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12009, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid x'kienet in-nefqa fuq il-promozzjoni għas-saħħa mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kampanja Nazzjonali fis-Saħħa Mentali għadha għaddejja.
Tista’ l-Ministru tgħid meta u fejn saru t-testijiet tal-kwalità tal-arja fl-irħula fl-aħħar xahrejn?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-monitoraġġ tal-kwalità tal-arja jsir b’mod kontinwu fl-Għarb, iż-Żejtun, Ħ’Attard, San Pawl il-Baħar u Msida, għal-lista ta’ sustanzi ta’ tniġġiz hekk kif mitlub mid-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar il-Kwalità tal-Arja. Apparti minn hekk, hemm network ta’ monitoraġġ għall-benzene u nitrogen dioxide permezz ta’ ‘passive diffusion tubes’ f’mitt sit mifruxin f’kull lokalità madwar Malta u Għawdex.
Sptar Mater Dei – Ittestjar tal-ilma tal-water fountains
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kull meta ġie ttestjat l-ilma minn meta ġew installati l-water fountains għall-ilma tax-xorb fl-isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Isptar Mater Dei għandu kuntratt mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) li wara l-installazzjoni u l-ikkummissjonar ta’ kull funtana tal-ilma, il-WSC twettaq kontrolli u testijiet fuq l-ilma darba fix-xahar. L-aħħar ittestjar li sar fuq il-water fountains għall-ilma tax-xorb sar f’Settembru 2023.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12006, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-mediċina Keppra li tintuża minn pazjenti li jbatu mill-epilessija kinetx out of stock jew limited order f'dawn l-aħħar 10 xhur u mhux biss jekk hux available illum?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm pazjent wieħed li għandu l-approvazzjoni mill-Exceptional Medicinal Treatment Committee biex jieħu il-mediċina li semma hu mingħajr ħlas. Minkejja diffikultajiet sabiex dan il-prodott jinġieb f’Malta għal dan il-pazjent, is-Central Procurement and Supplies Unit dejjem jirnexxilu jagħmel hekk.
Servizzi ta’ kura barra minn Malta — Każijiet awtorizzati
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika n-numru ta’ każijiet li ġew awtorizzati skont il-proċedura stabbilita għal kura barra minn Malta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema sena qed jirreferi.
Servizzi ta’ kura barra minn Malta — Każijiet li ġew rimborsati
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika n-numru ta’ każijiet li ġew rimborsati fl-ispejjeż skont il-proċedura stabbilita għal kura barra minn Malta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema sena qed jirreferi.
Servizzi ta’ kura barra minn Malta — Talbiet miċħuda
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika n-numru ta’ każijiet li l-awtorizzazzjoni jew ir-rimborż tal-ispejjeż għal kura barra minn Malta, ġew miċħuda?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema sena qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jissewwa l-lift ta' Binja San David, l-Imtarfa, wara li ilu tliet snin ma jaħdimx?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lift eżistenti fil-blokk imsemmi kien diġà ġie msewwi mill-Awtorità tad-Djar fl-2016 bi spiża ta’ madwar €20,000. F’dan l-istadju mhuwiex vijabbli li dan il-lift jerġa’ jissewwa u għaldaqstant għandu jiġi sostitwit. Il-permessi għall-alterazzjonijiet strutturali meħtieġa nħarġu mill-Awtorità tal-Ippjanar u d-dokumentazzjoni kif ukoll l-istimi meħtieġa għall-installazzjoni ta’ lift ġdid qed jitħejjew sabiex tiġi ppubblikata sejħa għall-offerti fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-art imsemmija biex fuqha jsir l-isptar tas-saħħa mentali ġdid ġietx trasferita lill-Ministeru għas-Saħħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-art imsemmija biex fuqha jsir l-isptar tas-saħħa mentali ġdid ġiet trasferita lill-Ministeru għas-Saħħa.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqija parlamentari 11998 u jgħid meta nbniet l-Iskola magħrufa bħala Primarja B tar-Rabat, li tinsab fi Triq Ferris kantuniera ma’ Triq Rudolf Saliba?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ir-Rabat — Triq George Borg Olivier - Preżenza ta’ uffiċjali ta’ Transport Malta jew LESA
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda jkun hemm preżenza ta’ uffiċjali ta’ Transport Malta jew LESA fi Triq George Borg Olivier, fir-Rabat, biex jiġi aċċertat li inġenji goffi (heavy vehicles) ma jgħaddux minnha minħabba li dan qed joħloq konġestjoni tat-traffiku ta’ kuljum u huwa kontra l-liġi skont it-tabelli mwaħħla?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta’ din il-problema u ser ikunu qed jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa.
Xiri ta' uniformijiet għall-Allied Health Professionals
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11770 u jgħid fiex wasal ix-xiri ta' uniformijiet għall-Allied Health Professionals wara li ilhom ’il fuq minn tliet snin jistennew li jkollhom uniformi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-evalwazzjoni ġiet iffinalizzata. Qiegħed jitħejja r-rapport ta' Evalwazzjoni għall-approvazzjoni tal-għotja mill-GCC.
Sptar Mater Dei -Mediċini li kienu out of stock f’Settembru
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11787 fl-intier tagħha u ċjoè jgħid kemm minn dawn il-mediċini kienu out of stock fl-Isptar Mater Dei, f’Settembru 2023, kemm damu u għaliex:
Instilagel
Hypromellose eye drops
Atrovent nebs
Doxacin PO
Doxacin 4mg
Epilim syrup
Haloperidol (antipsychotic) 5mg
Water for irrigation 10ml?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11787 fejn huwa spjegat dak mitlub minnu.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk jaħsibx li r-rekwiżiti tal-EU Directive on Cross Border Care kif saru mill-Gvern (l-algorithm ippubblikat fuq is-sit tal-Gvern jindika li l-awtorizzazzjoni u r-rimbors tal-kura barra minn Malta ssir fil-każ li jkun hemm ftehim bilaterali bejn l-isptar Malti u dak barrani) iwasslux għal restrizzjoni kbira u sproporzjonata tad-dritt Ewropew?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, kuntrarju għal dak li qed jgħid hu, l-algorithm msemmi minnu ma jindikax il-bżonn ta’ ftehim bilaterali bejn l-isptar Malti u ċentri barranin. M'hemm l-ebda restrizzjoni għad-dritt għall-kura tas-saħħa f'pajjiżi oħra tal-UE sakemm jiġu segwiti r-regoli stabbiliti mid-direttiva u l-leġiżlazzjoni Maltija.