Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei – Pjan biex jitnaqqsu l-listi ta’ stennija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhu l-pjan biex jitnaqqsu l-waiting lists fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm numru ta inizjattivi sabiex ikomplu jitnaqqsu l-waiting lists fl-Isptar Mater Dei. Fosthom hemm: Operazzjonijiet li jsiru fil-Ħdud Outsourcing sħiħ ta’ proceduri minuri u intermedjarji fis-settur privat li jhallas ghalihom Il-gvern Outsourcing sħiħ ta’ operazzjonijiet maġġuri Outsourcing parzjali tal-proċeduri kollha Kiri ta’ theatres fis-settur privat Swali tal-operazzjonijiet godda fix-Centru Vincent Moran

Binja tal-Acute Mental Hospital ġdid — Iffinanzjar

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif ser jiffinanzja l-proġett tal-binja tal-Acute Mental Hospital ġdid, li kien imwiegħed sena wara sena fil-baġits u minħabba li fil-baġit ta’ din is-sena lanqas issemma u ma jidhrux flus ta' investiment kapitali għalih?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-fatt fil-baġit ta’ din is-sena hemm line item bil-vot ta’ tliet miljun, sitt mija u sittin elf Euro bit-titlu Acute Psychiatric Hospital. Ninformaħ ukoll illi ħaddejjin diskussjonijiet għall-użu ta’ fondi Ewropej f’dan il-proġett.

Binja tal-Mother and Baby Clinic/centre/hospital ġdid — Iffinanzjar

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif ser jiffinanzja l-proġett tal-binja tal-Mother and Baby Clinic/centre/hospital ġdid, li kien imwiegħed qrib Mater Dei għal diversi snin, minħabba li fil-baġit ta’ din is-sena lanqas issemma u ma jidhrux flus ta' investiment kapitali għalih?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13153.

Proġett tar-robotika — Iffinanzjar

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif ser jiffinanzja l-proġett tar-robotika, minħabba li fil-baġit ta’ din is-sena lanqas issemma u ma jidhrux flus ta' investiment kapitali (budget item 7402)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-investiment kapitali fuq dan il-proġett diġà sar.

Infectious Disease Unit — Iffinanzjar

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif ser jiffinanzja l-proġett tal-Infectious Disease Unit, minħabba li fil-baġit ta' din is-sena ma jidhrux flus ta' investiment kapitali (budget item 7402)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proġett tal-High Degree Isolation Unit (Infectious Disease) tlesta fl-2021.

Baġit 2024 — End of Life Equipment

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex naqqas il-baġit bħala investiment kapitali 'end of life equipment' (budget item 7402) minn 3 miljuni għal 2 miljuni fis-sena? Jista' jgħid ukoll fiex ser ikun qed jonfoq dawn il-flus?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi nvestiment fuq apparat mediku li jkun wasal għal End of Life huwa investiment kontinwu u ħafna minnu sar fis-snin li għaddew.

Settur tas-saħħa — Tnaqqis ta’ investiment

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex l-investiment kapitali fis-settur tas-saħħa naqas minn €4,670,000 għal €2,060,000?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-vott kapitali fis-settur tas-saħħa din is-sena huwa wieħed rekord ta’ €81 miljun.

Rabat Malta – Triq in-Nigret — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet ser isiru fi Triq in-Nigret ir-Rabat Malta, meta u kemm se jdumu dawn ix-xogħlijiet?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux pjanat li jsiru xogħlijiet infrastrutturali fi Triq in-Nigret, ir-Rabat. Ix-xogħlijiet li hemm ippjanati se jkunu relatati mal-formazzjoni ta’ żewġ roundabouts ġodda fi Vjal il-Ħaddiem, junction ma’ Triq Bir ir-Riebu u junction ma’ Triq tat-Tabija. Dan wara konsultazzjoni u ppjanar ma’ Transport Malta biex titjieb is-sigurtà tat-toroq u l-junctions imsemmija hawn fuq.

Mater Dei – Dental Unit — Tfal bi bżonnijiet speċjali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex tfal bi bżonnijiet speċjali (pazjenti) ġew trasferiti mid-Dental Unit f'Mater Dei għal dik tal-Università u ħolqu piż ġdid fuq il-familjari minħabba li f'dan is-sit mhux possibbli jingħata loppju ġenerali u mhux qed jiġu moqdija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti tfal bi bżonnijiet speċjali jingħataw kura mid-dipartiment tad-dentistrija fl-Isptar Mater Dei.

Rabat Malta — Triq San Trofimu - Bankini

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jinbidlu l-covers tal-plastik li saru fuq il-bankini f'toroq ġodda li saru fir-Rabat Malta (Triq San Trofimu u l-madwar) li qed jitkissru f'inqas minn sentejn minn meta saru?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-covers tal-plastic li saru fuq il-bankini f'toroq ġodda li saru fir-Rabat Malta fi Triq San Trofimu u l-madwar, ser jinbidlu matul il-ġimgħat li ġejjin.

Sptar Mater Dei — Swali tal-mediċina u tal-kirurġija - Nurse patient ratio

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhu n-nurse patient ratio fis-swali tal-mediċina u tal-kirurġija f'Mater Dei, sala b'sala?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-swali ġenerali tal-mediċina u tal-kirurġija hemm 5 nurses matul il-ġurnata f’kull sala u 3 matul il-lejl.

Sptar Mater Dei — Swali tal-mediċina u tal-kirurġija - Nurses full/part-time

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhu l-ammont ta' nurses li jaħdmu full time/part time fis-swali tal-mediċina u tal-kirurġija f'Mater Dei, sala b'sala?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Binja tal-Outpatients ġdid — Iffinanzjar

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif ser jiffinanzja l-proġett tal-binja tal-Outpatients ġdid, li kien imwiegħed fl-2019 u minħabba li fil-baġit ta’ din is-sena lanqas issemma u ma jidhrux flus ta' investiment kapitali (budget item 7402)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara li aktar kmieni din is-sena, il-Gvern ħa lura l-binjiet ta’ St. Luke’s, Karen Grech, u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, il-Gvern bħalissa qiegħed jagħmel eżerċizzju sabiex ifassal pjan ħolistiku għall-iżvilupp tal-infrastruttura fil-qasam tas-saħħa għas-snin li ġejjin.

Servizzi ta’ kura barra minn Malta — Talbiet miċħuda

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12323, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika n-numru ta’ każijiet li l-awtorizzazzjoni jew ir-rimborż tal-ispejjeż għal kura barra minn Malta, ġew miċħuda fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella t'hawn taħt: Year 2020 2021 2022 2023 Refused Prior- Authorisation 0 0 0 2 Refused reimbursement 0 1 0 2

Ir-Rabat — Skola Primarja B

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqijiet parlamentari 11998 u 12561 u jgħid meta nbniet l-Iskola magħrufa bħala Primarja B tar-Rabat, li tinsab fi Triq Ferris kantuniera ma’ Triq Rudolf Saliba?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li issa m’għadx hemm iżjed distinzjoni bejn Skola Primarja A u Skola Primarja B għax ingħaqdu fi skola primarja waħda taħt Kap ta’ Skola waħda. Din l-iskola nbniet f’fażijiet differenti u b’investiment ta’ madwar €3.5 miljun twettaq proġett ta’ immodernizzar sħiħ fejn twaqqgħu is-soqfa tas-sular ta’ fuq u reġgħu nbnew mill-ġdid, filwaqt li nbena sular ieħor ġdid li b’hekk ifisser iżjed klassijiet u iżjed tfal. Dan il-proġett ta’ immodernizar jinkludi wkoll tqegħid tas-servizzi kollha mill-ġdid, kisi u tibjid tal-ħitan kollu kemm minn ġewwa u kif ukoll minn barra, tqegħid ta’ madum u rħam ġdid, installazjoni ta’ aperturi ġodda kemm fuq barra u kif ukoll fuq ġewwa, faċilitajiet sanitarji ġodda għal kulħadd, installazjoni tas-suffetti mal-iskola kollha, installazjoni ta’ lift ġdid, għamara ġdida fil-klassijiet u l-uffiċini, ħolqien ta’ gym ġdid, spazji ġodda għall-breakfast club, sala ġdida li tista’ tintuża għall-attivitajiet varji, turf artifiċjali ġdid fiż-żewġ btieħi tal-iskola, ħolqien ta’ post ta’ rikreazzjoni b’turf artifiċjali fuq il-bejt, installazjoni ta’ arja kkondizjonata mal-binja kollha, installazjoni ta’ sistemi kontra t-tifi tan-nar, installazjoni ta’ alarms u kameras tas-sigurtà, u kif ukoll installazjoni ta’ panelli fotovoltajiċi.

Ir-Rabat, Belveder ta' Għeriexem — Tħawwil ta' siġar ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12563 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u jgħid meta ser isir it-tħawwil ta' siġar ġodda minflok is-siġar li mietu minħabba nuqqas ta' tisqija fil-Belveder ta' Għeriexem, ir-Rabat?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat (Malta) illi xi siġar li tħawlu minn l-entità kkonċernata fi Triq Għeriexem mhux veru li mietu minħabba nuqqas ta' tisqija u dan propju għaliex dawn għandhom sistema awtomatika biex jissaqqew waħidhom. Madankollu, infurmat illi l-Kunsill hu konxju li l-konki ta' xi wħud mis-siġar tul il-belveder mhux fondi biżżejjed, u l-għeruq ta' wħud minn dawn is-siġar jidhru li ma qabdux l-art. Infurmat ukoll li hemm konki oħrajn li lanqas biss tħawlu fihom siġar minħabba din ir-raġuni - iżda tħawlu fihom arbuxxelli biss. F’dan l-isfond, infurmat li l-Kunsill Lokali tar-Rabat se jerġa' jħawwel dawn is-siġar mil-ġdid hekk kif l-ajru jaqleb xi ftit minn wieħed sħun għal wieħed aktar frisk biex iċ-ċans li jaqbdu s-siġar il-ġodda jkun wieħed dejjem akbar. Infurmat li dan ser iseħħ skont prattiċi użati fil-qasam agrikolu.

Ir-Rabat, Belveder ta' Għeriexem — Tħawwil ta' siġar ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12563 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u jgħid meta ser isir it-tħawwil ta' siġar ġodda minflok is-siġar li mietu minħabba nuqqas ta' tisqija fil-Belveder ta' Għeriexem, ir-Rabat?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Saħħa mentali — nefqa fuq kampanja ta’ prevenzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12564, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'kienet in-nefqa fuq il-promozzjoni għas-saħħa mentali bejn Jannar u Diċembru 2022 u bejn Jannar u Ottubru 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12564.

Sptar Mater Dei — Każijiet tal-Qorti li nfetħu minn pazjenti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk fl-aħħar 10 snin kienx hemm każijiet tal-Qorti li nfetħu minn pazjenti kontra l-Isptar Mater Dei, kemm minnhom intilfu min-naħa tal-isptar, jekk kienx hemm xi kumpens u x'valuri kienu involuti każ b'każ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 2 sentenzi, waħda fejn it-talba ġiet miċħuda u l-oħra fi stadju ta’ Appell.

Ministeru għas-Saħħa – Persuni ingaġġati bħala persons of trust

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il persuna hija ingaġġata mal-Ministeru tiegħu bħala person of trust jew political appointment, x'titlu jokkupaw u x’inhu s-salarju?

Response (FEARNE, CHRIS)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 184 ta’ din il-Leġiżlatura, ninformah li fis-Segretarjat tal-Ministeru hemm 10.5 full time equivalent f’persons of trust.