Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f’liema ġranet ta’ Ottubru u Novembru kien hemm x-ray machines ma jaħdmux f’xi ċentru tas-saħħa u jgħid f’liema ċentru tas-saħħa kienu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Paola l-x-ray machine waqfet fit-12 ta’ Ottubru għall-manutenzjoni bejn 7.30am – 9.30am. F’Novembru fiċ-Ċentru tal-Furjana waqfet għal ġurnata fis-16 għax żviluppat ħsara u reġgħet bdiet taħdem fis-17 ta’ Novembru u fiċ-Ċentru tal-Mosta ilha wieqfa tlett ijiem minħabba ħsara.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tal-isptar għas-saħħa mentali li se jkun qed jinbena qrib l-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13153.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma l-mediċini ġodda li se jkun qed jintroduċi fuq il-formularju tal-Gvern għas-sena 2024?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Formularju tal-Gvern se jkompli jespandi biex jinkludi mediċini li se jingħataw bla ħlas lill pazjenti tal-IVF, lil dawk li jbatu mill-kundizzjoni tal-ażma, mill-Pulmonary Fibrosis u dawk li jiffaċċjaw sfidi ta’ saħħa mentali.
Binja tal-Mother and Baby Clinic/centre/hospital ġdid — Iffinanzjar
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13155, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija oriġinali fl-intier tagħha u jagħti l-valur finanzjarju?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13161, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jagħti l-valur finanzjarju?
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien l-investiment kapitali budgeted għal 2021, 2022 u 2023, u kemm minnu ntefaq?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-investiment kapitali budgeted għas-snin li talab hu kien ta’ Eur 53.7 miljun fl-2022, Eur 75.5 miljun fl-2023 u Eur 81.3miljun għal-2024.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13162, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jitlesta l-bini tal-parkeġġ għall-istaff imsemmi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pjan hu li l-parkeġġ ikun lest lejn l-aħħar nofs tas-sena d-dieħla.
Ċentru Reġjonali Vincent Moran — swali ta' operazzjonijiet
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm se jkun hemm swali tal-operazzjonijiet ġodda fiċ-Ċentru Reġjonali Vincent Moran u liema operazzjonijiet hu ppjanar li jsiru?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ċ-Ċentru Reġjonali Vincent Moran huwa attrezzat b’żewġ swali tal-operazzjonijiet, kif ukoll sala tal-operazzjonijiet oħra biswit d-dipartiment tal-Emerġenza. Il-pjan hu li fihom isir każijiet ta’ day surgery.
Sptar Mater Dei — pjan biex jitnaqqsu l-lisi ta' stennija
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13165, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma l-operazzjonijiet/proċeduri li qed isiru fil-privat u f'liema sptar/kliniċi privat isiru waħda b'waħda?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa l-Gvern għandu kuntratt ma’ St Thomas Hospital. L-operazzjonijiet/proċeduri li qed isiru fil-privat huma:
· Urologija
· Ġinekoloġija
· Kirurġija Ġenerali
· Kirurġija Vaskulari
· Endoskopija
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex il-pillola 'Galvus' mhux tingħata u qed twassal għal riżultati ħżiena f'pazjenti li jgħixu bid-dijabete minħabba li hija l-unika tip ta' mediċina li tikkontrollalhom iz-zokkor?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mhix il-prattika li l-Gvern ikollu mediċini branded fuq il-formolarju. Fil-fatt il-mediċina li hemm fuq il-formolarju hija Sitagliptin.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhuma x-xogħlijiet li qed isiru fil-Binjiet ta’ Għeriexem u fuq liema kriterji ntgħażlu partijiet ta’ binjiet u mhux oħrajn?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar twettaq tiswijiet strutturali meħtieġa fi proprjetajiet residenzjali li huma proprjetà tal-Gvern u tal-Awtorità tad-Djar. F’każ ta’ proprjetajiet li jkunu ġew mixtrija mingħand l-Awtorità tad-Djar permezz ta’ diversi skemi fejn inkwilini bbenefikaw u saru sidien ta’ djarhom, ir-responsabbiltà ta’ tiswijiet taqa’ fuq is-sidien tal-istess proprjetajiet. Fil-każ imsemmi x-xogħlijiet qed isiru fi proprjetà li għadha tappartjeni lill-Awtorità tad-Djar.
Tista’ l-Ministru tgħid kull meta ssir ‘review’ tal-listi tad-disabled reserved parking (kaxxi blu) u jekk jiġix iċċekjat min ma għadx għandu bżonnu jew miet u allura jitneħħew dawn il-kaxxi?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9280.
Tista’ l-Ministru tgħid għaliex ma ngħatatx il-blue badge l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikanta msemmija ma kinitx eliġibbli għad-dokument tal-Blue Badge fiż-żmien tal-assessjar tal-applikazzjoni skont il-kriterji stabbiliti. Din id-deċiżjoni ġiet ibbażata fuq ir-rapport mediku sottomess mal-applikazzjoni u wara l-assessjar minn professjonisti mediċi indipendenti. L-applikanta ma ssottomettietx appell mid-deċiżjoni li ttieħdet, li setgħet tagħmel dan sa tletin ġurnata mid-data tal-ittra mibgħuta lilha. Il-proċess ta’ kif wieħed jista’ jappella hu deskritt f’din l-ittra li tintbagħat lil kull applikant li jkun instab li mhux eliġibbli.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13160, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija oriġinali b'mod intier u jagħti l-valur finanzjarju?
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'ser isir mill-pjan tan-Northern Hub minħabba li fil-baġit ta' din is-sena (viżjoni 2024) ma ġew investiti l-ebda flus fih?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 13153.
Fid-dawl li ġimgħa ilu d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa semma l-parkeġġ il-ġdid għal-istaff f'Mater Dei waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, jista’ jgħid fejn qed isir il-parkeġġ il-ġdid?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proġett jikkonsisti fi tliet parkeġġi, u wieħed minnhom jinsab lest biswit id-dipartiment tal-emerġenza.
Sptar Mater Dei – Żieda ta’ teatri tal-operazzjonijiet
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser jiżdiedu t-teatri tal-operazzjonijiet f'Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fic-Ċentru Reġjonali Vincent Moran li se jinfetaħ fl-ewwel xhur tas-sena l-ġdida se jkun hemm numru ta’ swali tal-operazzjonijiet ġodda u addizzjonali.