B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13392, jista’ l-Ministru jagħti lista dettaljata tax-xogħlijiet li saru f'din il-binja (Binja Għeriexem) matul dawn l-aħħar sentejn u jgħid x’kienet in-nefqa?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk qed jirreferi għall-Blokok 4 u 5 fi Triq Għeriexem, dawn l-aħħar sentejn twettqu xogħlijiet ta’ tiswija ta’ kolonni u soqfa fil-kuritur u tromba komuni tal-blokok, kif ukoll tiswijiet strutturali meħtieġa f’żewġ proprjetajiet li jappartjenu lill-Awtorità tad-Djar. In-nefqa totali kienet ta’ €27,206.
Rabat, Malta — Binjiet ta' akkomodazzjoni tal-Gvern - Lifts
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ liema huma l-binjiet ta' akkomodazzjoni tal-Gvern fir-Rabat, Malta li huma aċċessibbli b'lift, dawk li mhumiex aċċessibbli b'lift, u dawk li preżentement għandhom lift iżda ma jaħdimx?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-Rabat hemm tlettax-il blokka (13) b’lift installat, tlett (3) blokok b’lift mhux installat u seba’ (7) blokok b’applikazzjoni biex jinstallaw il-lift.
Ħaż-Żebbuġ — Binjiet ta' akkomodazzjoni tal-Gvern - Lifts
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ liema huma l-binjiet ta' akkomodazzjoni tal-Gvern f'Ħaż-Żebbuġ, Malta, li huma aċċessibbli b'lift, dawk li mhumiex aċċessibbli b'lift, u dawk li preżentement għandhom lift iżda ma jaħdimx?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Ħaż-Żebbuġ hemm disa’ (9) blokok b’lift installat, erbatax-il (14) blokk b’lift mhux installat, tlett (3) blokok b’applikazzjoni attiva biex jiġi installat lift, u blokka waħda li qed jiġi installat lift bħalissa.
Malta – Imtarfa — Binjiet ta' akkomodazzjoni tal-Gvern - Lifts
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ liema huma l-binjiet ta' akkomodazzjoni tal-Gvern fl-Imtarfa, Malta, li huma aċċessibbli b'lift, dawk li mhumiex aċċessibbli b'lift, u dawk li preżentement għandhom lift iżda ma jaħdimx?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Imtarfa hemm blokk wieħed b’lift installat u b’applikazzjoni attiva sabiex jinbidel il-lift.
Xiri ta' uniformijiet għall-Allied Health Professionals
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 11770 u 12113, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ir-rapport ta' Evalwazzjoni għall-approvazzjoni tal-għotja mill-GCC għax-xiri ta' uniformijiet tal-allied health professionals minħabba li wara xahrejn ma ngħataw l-ebda uniformijiet u li dawn l-istess professjonisti ilhom jistennew din l-uniformi għal snin twal?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Intrpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Wied il-Qlejgħa — Manutenzjoni tat-triq li waqgħet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol ta’ manutenzjoni tat-triq li waqgħet iktar minn sentejn ilu f’Wied il-Qlejgħa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 11541 ninformah li x-xogħol li għaddej bħalissa fuq il-bini mill-ġdid tat-triq indikata jinvolvi t-tħaffir u l-kostruzzjoni ta’ diversi piles matul l-embankment kollu tal-ilqugħ prinċipali tal-wied. Dawn il-piles se jiffurmaw il-pedament u ser iservu biex il-wiċċ tat-triq eventwalment ikun ankrat (imwaħħal) mal-blat u b’hekk ikun aktar sigur.
Jista’ l-Ministru jagħti timeline u jgħid pass pass x’ser isir fiż-żona tan-Nigret, ir-Rabat Malta u kemm ser jittieħed żmien biex jitlesta dan il-proġett?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet kollha se jsiru minn Infrastructure Malta u se jikkonsistu fl-installazzjoni ta’ infrastruttura ġdida taħt l-art tal-Enemalta, rikostruzzjoni ta’ mogħdijiet u modifiki fis-sistemi eżistenti tal-ilma tax-xita, formazzjoni ta’ roundabouts ġodda fil-junctions, tibdil ta’ konnessjonijiet tax-xorb tad-djar u xogħlijiet ġodda ta’ asfalt.
Fid-dawl li din iż-żona hija ta’ sensittività arkeoloġika, qed jittieħed kull pass biex ikun żgurat li x-xogħlijiet isiru skont indikazzjonijiet mogħtija mis-sovrintendenza tal-wirt kulturali. Peress li l-implimentazzjoni tax-xogħlijiet għadhom fil-fażi inizjali tagħhom, ikun prematur li għalissa jingħata perjodu li jindika meta dan il-proġett se jiġi ffinalizzat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm complementary staff li jaħdem fl-Isptar Mater Dei u kemm minnhom huma Maltin, kemm minnhom huma barranin u x’inhu x-xogħol tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jidentifika xi jrid ifisser b’complementary staff.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fis-sena 2023 kemm irriżenjaw ħaddiema li kienu jaħdmu bħala tobba, infermiera u allied health professionals?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2023 irriżenjaw skont it-tabella t'hawn taħt:
Resigned
Medical Class
Nursing Class
Allied Health
13
45
14
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jipprovdi lista tal-konsulenti (persons of trust) ingaġġati fil-Ministeru tiegħu u jgħid x’inhu l-impjieg u r-remunerazzjoni tagħhom?
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun qed issir manutenzjoni fuq il-pannelli solari li jinsabu fuq bankina fi Triq it-Tabija, fir-Rabat, peress li ilhom xhur twal ma jaħdmux u huma ta’ periklu minħabba li dawn jiżolqu?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun hemm uffiċjali tal-Pulizija preżenti fi Triq Ġorġ Borg Olivier, fir-Rabat, biex jaraw li ma jsirux kontravvenzjonijiet minn trakkijiet li qed jużaw it-triq illegalment?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi min-naħa tal-Pulizija ser tibqa’ ssir ir-ronda regolari biex dan l-abbuż u oħrajn jiġu skoraġġiti. L-istess irid jingħad għal uffiċċjali tal-LESA li jagħmlu rondi fl’istess triq li hija parti mir-rotta tagħhom, f’diversi ħinijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex kien hemm persuni li ġew imħarrka minflok edukati fil-ġurnata li Triq San Pawl, fir-Rabat, inbidlet għal ‘one way’ wara li kienet ilha xhur li nqalbet għal one way temporanjament minħabba xogħlijiet fi Triq il-Kbira, fir-Rabat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi kien hemm perjodu edukattiv fiż-żona msemmija u dan wara li sar it-traffic management plan neċessarju mill-awtoritajiet kompetenti. Infurmat ukoll illi issa l-immaniġġar tat-traffiku fiż-żona ġie lura għall-istat oriġinali. Infurmat li fl-aħħar ġimgħa kien hemm biss 4 taħrikiet marbuta ma’ dħul min-naħa l-ħażina tat-triq.
Operazzjoni tal-carpal tunnel – Lista ta’ stennija
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-lista ta’ stennija għal operazzjoni tal-carpal tunnel?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 72 pazjent li qed jistennew operazzjoni għal Carpal Tunnel Syndrome għal żmien aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm staff fl-Isptar Mater Dei li ġie ingaġġat mill-kuntrattur u x’inhu x-xogħol tagħhom?
Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett ta’ Wied il-Qlejgħa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar xhur issokta r-restawr ekoloġiku tal-wied fejn komplew jiġu ndirizzati mat-13-il speċi invażivi bħalma huma l-Qasba (Great Read) u s-siġra tar-Riċnu. Fil-fatt, tneħħew madwar 400kg ta’ għeruq tal-qasab (rhizones) u aktar minn 2,000 pjanta ta’ speċi oħrajn invażivi. Ġew indirizzati wkoll speċi ta’ fawna invażivi bħal Louisiana Red Swamp Crayfish fejn inġabru aktar minn 1,000 eżemplar. Dan ix-xogħol ta’ tneħħija ta’ speċi invażivi jsir kollu bl-idejn.
Tħawlu 20 siġra lokali (mkabbra minn cuttings lokali) tul l-enbankments tal-wied. Tnieda wkoll programm edukattiv dwar il-wied u l-ekosistemi tiegħu, li ġie offrut għall-ewwel darba waqt Skola Sajf. S’issa kien hemm total ta’ 245 student imqassmin fi 15-il grupp li attendew għal dan il-programm edukattiv, li se jkompli jiġi offrut matul din is-sena skolastika. Beda x-xogħol fuq il-bini mill-ġdid tat-triq li tgħaddi mal-catchment tal-ilqugħ (dam) l-isfel mill-Imtarfa, fejn bħalissa qegħdin jitħaffru u jinbnew numru ta’ piles tul it-trejqa bejn l-ilqugħ u l-pont sabiex il-wiċċ tat-triq ikun ankrat fuq pedamenti sodi.
Infurmata li matul ix-xhur ta’ Settembru u Ottubru kien hemm aktar min 3,500 viżitatur li żaru l-inħawi tal-wied kif indikat mill-“people counters” li hemm installati fiż-żewġ truf tas-sit ta’ dan il-proġett.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se tiftaħ il-berġa ta’ Ħaż-Żebbug u x’servizzi ser ikunu qed jingħataw?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara li fuq ordni tal-Qorti l-post mikri li minnu kien jingħata servizz għadda lura għand is-sid, bħalissa d-dipartiment tal-Kura Primarja qiegħed ifittex post alternattiv ġewwa Haż-Żebbuġ stess.
Jista’ l-Ministru jgħid, fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija biex jidħlu f’dar tal-anzjani u kemm minnhom jinsabu fi sptar u kemm minnhom jinsabu fid-dar tagħhom?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra