Legislature:
Category:
Reset
Active:

IVF – Proċeduri fis-sena 2023

Question

Jista’l-Ministru jgħid kemm-il proċedura tal-IVF saret fis-sena 2023 u kemm minnhom kienu ta' suċċess fejn il-koppja welldu tarbija?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li bejn Jannar u Ottubru 2023 (data ta’ Novembru u Diċembru għad trid tiġi sottomessa mill-kliniċi) saru 537 proċedura ta’ IVF/ICSI u Embryo transfer. 393 saru ġewwa Mater Dei filwaqt li 144 saru ġewwa klinika privata. Minn dawk il-proċeduri li rriżultaw fi transferiment ta’ embrijun kellna total ta 96 tqala (54 minn MDH u 42 mill-privat), minn dawn 16 (13 MDH and 3 privat) soffrew korriment u għaldaqstant 80 tqala setgħa jkollha twelid. Minn dawn it-tmenin tqala, 32 omm diġà welldu 35 tarbija (19 subien u 16 bniet) filwaqt li 48 omm oħra qegħdin jistennew li jwelldu 51 tarbija oħra. B’hekk mill-proċedura li saru sa Ottubru 2023 jkunu twieldu total ta’ 86 tarbija.

Sptar Mount Carmel – Lifts bil-ħsara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-lifts fl-Isptar Mount Carmel, ilhom xhur bil-ħsara, x'azzjoni ttieħdet u għaliex għadhom ma jaħdmux?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kuntrattur konċernat ġie fuq il-post fit-13 ta’ Novembru 2023 fejn ġie stabbilit li kien hemm burn out tal-mutur tal-pompa. Il-pompa ġiet konsenjata u se tinbidel fil-ġranet li ġejjin.

Sptar Mater Dei — Lifts bil-ħsara fis-sena 2023

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-lifts li ma kenux jaħdmu fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2023 maqsuma xahar b'xahar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi lifts li ma kinux jaħdmu fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2023 huma skont it-tabella t'hawn taħt: Lift Number Date Stopped for Modernization Modernized & Put Back in Service D-04 31/05/2022 05/07/2023 C-06 13/03/2023 18/04/2023 D-02 24/09/2022 09/06/2023 D-17 09/01/2023 17/02/2023 D-18 09/01/2023 17/02/2023 C-05 13/03/2023 18/04/2023 D-01 26/06/2023 03/08/2023 D-02 07/08/2023 15/09/2023 D-03 15/09/2023 23/11/2023 D-09 23/11/2023 Modernization in progress D-10 23/11/2023 Modernization in progress D-19 18/04/2023 12/05/2023 D-26 17/02/2023 13/03/2023 D-27 17/02/2023 13/03/2023

Mater Dei – Ċentru tal-Onkoloġija — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li qed isir biswit iċ-Ċentru tal-Onkoloġija f'Mater Dei u meta ser ikun lest?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol li qed isir ħdejn iċ-Ċentru tal-Onkoloġija fl-Isptar Mater Dei bħalissa huwa taħriġ, handing over u manutenzjoni ta’ MR LINAC u dak relatati miegħu kif ukoll software tal-IT u tagħmir effiċjenti fl-enerġija li għandhom jiġu installati fid-Dipartiment tar-Radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo (SAMOC), inkluż id-disinn u l-bini ta’ Bunker Area ddedikata biex tospita l-MR LINAC, skont standards ta’ prestazzjoni tal-Enerġija u Ambjent. L-ewwel pazjenti huma mistennija li jiġu kkurati fuq din il-magna sa tmiem it-tieni kwart tal-2024.

Ħal Qormi – Ċentru tas-Saħħa — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi u meta ser ikun qed jitlesta?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet ta' modernizzazzjoni fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi għaddejjin skont il-pjan, u hu mistenni li jitlestew sal-aħħar ta’ Q1-2024.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Persuni ingaġġati bħala person of trust jew political appointment

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-ismijiet tal-persuni li huma ingaġġati mal-Ministeru tiegħu bħala person of trust jew li ngħataw political appointment?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Persuni ingaġġati bħala person of trust jew political appointment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'titlu jokkupaw il-persuni li huma ingaġġati mal-Ministeru tiegħu bħala person of trust jew li ngħataw political appointment?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Persuni ingaġġati bħala person of trust jew political appointment - Salarji

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'salarji jingħataw il-persuni li huma ingaġġati mal-Ministeru tiegħu bħala person of trust jew li ngħataw political appointment, għal kull pożizzjoni li ngħataw?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Sptar Mater Dei – Riżenji

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13793, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm raġuni għar-riżenji tal-ħaddiema li kienu jaħdmu bħala tobba, infermiera u allied health professionals imsemmija fl-istess tweġiba?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-impjegati mhumiex obbligati li jipprovdu raġuni għar-riżenja tagħhom.

Settur tas-saħħa — infermiera li għandhom ‘il fuq minn 60 sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm ħaddiema fis-settur tas-saħħa li qed jaħdmu bħala infermiera u li għandhom ‘il fuq minn 60 sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 306 ħaddiema fis-settur tas-saħħa li qed jaħdmu bħala infermiera u li għandhom ’il fuq minn 60 sena.

Settur tas-saħħa — charge nurse jew practice nurse li għandhom ‘il fuq minn 60 sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm ħaddiema fis-settur tas-saħħa li qed jaħdmu bħala infermiera u għandhom ‘il fuq minn 60 sena u jokkupaw titlu ta' charge nurse jew practice nurse u f'liema settur jaħdmu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-settur tas-saħħa hemm 68 Charge Nurses u 14-il Practice Nurse li għandhom ’il fuq minn 60 sena.

Djar tal-Anzjani – Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13782 u jgħid, fid-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija biex jidħlu f’dar tal-anzjani u kemm minnhom jinsabu fi sptar u kemm minnhom jinsabu fid-dar tagħhom?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 1627 anzjan/a li qed jistennew li jiddaħħlu f'dar tal-anzjani tal-Istat u/jew tal-privat wara li sarulhom l-assessments u ġie deċiż li jikkwalifikaw għal dan.

Ħaż-Żebbuġ – Berġa tas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid instabx post alternattiv għall-berġa tas-saħħa f'Ħaż-Żebbuġ, Malta?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara li saru hafna tentattivi biex jinstab sit alternattiv, il-pass li jmiss hu li nitolbu lill-Aġenti tal-Proprjetà lokali biex jaraw jekk għandhomx proprjetajiet fil-listi tagħhom li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħiet ippubblikati.

Rabat, Malta – Triq it-Tabija – Pannelli solari

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta se tkun qed issir manutenzjoni fuq il-pannelli solari li jinsabu fuq bankina fi Triq it-Tabija, fir-Rabat, Malta, peress li ilhom xhur twal ma jaħdmux u anke peress li huma ta’ periklu minħabba li dawn jiżolqu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.