Jista’ l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar investimenti infrastrutturali fl-għassa tal-Pulizija ta' Ħad-Dingli, u xi pjan hemm ta’ modernazzjoni, u meta ħa jsir?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-għassa tal-Pulizija f'Ħad-Dingli hi waħda mill–għases sekondarji li tinfetaħ skond l-esiġenzi tas-servizz. L-għassa prinċipali li tkopri Ħad-Dingli wkoll hija dik tar-Rabat fejn hu prevedut li jsir xogħol estensiv, għal liema xogħol diġa ħarġet is-sejħa għal offerti u mistenni jibda fiż-żmien li ġej.
Rabat, Malta – Traffic management fiż-żona tan-Nigret
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti u jispjega pjanijiet ta' kif ser ikun qed isir/jinbidel it-traffic management fejn l-Għajn - National Water Conservation Centre fiż-żona tan-Nigret fir-Rabat, Malta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant għar-risposti mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 12000 u 12562. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanijiet u disinni tax-xogħlijiet fl-inħawi.
Sptar Mater Dei — Telefowns ċellulari li jintużaw bħala 'pagers'
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan immedjat biex jinbidlu/jsir upgrade tat-telefowns ċellulari kollha li jintużaw bħala 'pagers' fl-Isptar Mater Dei?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed issir ħidma biex jiġi introdott servizz ġdid li permezz tiegħu smart phones bid-dejta jintużaw għal skopijiet diversi bħal komunikazzjoni u aċċess għal ċerti sistemi tas-saħħa. Il-proġett bħalissa jinsab fi stadju pilota. Abbażi tar-riżultati jkunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet jekk l-infrastruttura attwali tal-'pager' tistax tinbidel u tkun parti minn dan is-servizz ġdid.
Xiri ta' uniformijiet għall-Allied Health Professionals
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14425 u ċjoè: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 11770 u 12113, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ir-rapport ta' Evalwazzjoni għall-approvazzjoni tal-għotja mill-GCC għax-xiri ta' uniformijiet tal-allied health professionals minħabba li wara xahrejn ma ngħataw l-ebda uniformijiet u li dawn l-istess professjonisti ilhom jistennew din l-uniformi għal snin twal?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-kuntratt ingħata u l-uniformijiet se jibdew jitqassmu.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14428 u ċjoè: Jekk ser ikunu qegħdin jintużaw single use nail clipper fis-settur tas-saħħa, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm rapport ta’ kif dawn ser jiġu mormija u jekk l-użu ta’ single use nail clippers hux ser joħloq aktar skart u ħsara lill-ambjent meta mqabbel ma’ dawk użati preżentement li qed jiġu sterilizzati?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li n-nail clippers huwa apparat mediku, u ladarba jintużaw, jitqiesu bħala kontaminati u jintremew skont ir-regolamenti tal-iskart mediku.
Sptar Mater Dei — Rapporti rigward moffa jew ħsara fis-suffetti
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14429, jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport daħal minn staff rigward moffa jew ħsara fis-suffetti f'dawn l-aħħar sentejn, minn liema swali jew lok fl-Isptar Mater Dei u kemm minnhom ġew riżolti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li kull ilment li jidħol rigward ħsarat fis-suffitti, dawn jiġu riferuti lit-taqsima tal-manutenzjoni u tittieħed azzjoni. Xi xogħlijiet jitolbu li trid issir investigazzjoni minn fejn ġejja l-problema.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi twila l-waiting list biex isir educational psychologist assessment li jwassal, f’każ ta’ bżonn, li student ikollu LSE?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull każ irid jiġi evalwat b’mod sensittiv u bl-akbar professjonalita b’hekk l-informazzjoni mitluba ma tistax tiġi ppublikata.
Malta — Ħaż-Żebbuġ - Triq Vassalli - Bozza maqtugħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-bozza maqtugħa fl-isqaq fejn 44 Triq Vassalli, Ħaż-Żebbuġ Malta, li qegħda ma’ ħajt qed tieħu daqshekk fit-tul biex tiġi rranġata? Jekk sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari tkun tranġata, jista' jgħid għaliex kien hemm dan id-dewmien?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ illi din il-bozza kienet irraportata li hi bil-hsara lill-Kunsill Lokali u gie identifikat li fiha xi hsarat li jridu jkunu msewwija mill-entita kkoncernata, tant li f’dan is-sens sar rapport lill-istess entità.
Mater Dei — Emerġenza - Saħħa mentali u psikjatriċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-pazjenti li marru fl-Emerġenza ta’ Mater Dei għal għajnuna fuq każijiet ta’ saħħa mentali u psikjatriċi fl-2022 u 2023 maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu ‘new cases’?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qegħda tinġabar.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Persuni ingaġġati bħala person of trust jew political appointment
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14412 u jagħti lista tal-ismijiet tal-persuni li huma ingaġġati mal-Ministeru tiegħu bħala person of trust jew li ngħataw political appointment?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li qed nagħti għall-mistoqsija parlamentari 15311.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Persuni ingaġġati bħala person of trust jew political appointment
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14413 u jgħid x'titlu jokkupaw il-persuni li huma ingaġġati mal-Ministeru tiegħu bħala person of trust jew li ngħataw political appointment?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-manwal li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Persuni ingaġġati bħala person of trust jew political appointment - Salarji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14414 u jgħid x'salarji jingħataw il-persuni li huma ingaġġati mal-Ministeru tiegħu bħala person of trust jew li ngħataw political appointment, għal kull pożizzjoni li ngħataw?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-appendiċi tal-Manwel li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14420 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u jgħid meta se tkun qed issir manutenzjoni fuq il-pannelli solari li jinsabu fuq bankina fi Triq it-Tabija, fir-Rabat, Malta, peress li ilhom xhur twal ma jaħdmux u anke peress li huma ta’ periklu minħabba li dawn jiżolqu?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' suwiċidju/attentat ta' suwiċidju daħal fis-sena 2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2023 ġew irreġistrati sebgħa u għoxrin (27) rapport ta' suwiċidju u mija u sitta u għoxrin (126) rapport ta’ attentat ta' suwiċidju, mal-Pulizija.
Ħaż-Żebbuġ — Triq Ħal Mula kantuniera ma’ Triq Mamo - Miżuri ta’ traffic calming
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11993, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi informazzjoni ġdida rigward jekk u meta ser jitwaħħlu aktar traffic calming measures bħal mirja u tabelli li juru l-limitu ta’ veloċità, fi Triq Ħal Mula, kantuniera ma’ Triq Mamo, f’Ħaż-Żebbuġ minħabba sewqan eċċessiv?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ illi f’distanza ta’ anqas minn 50 metru, fejn speċifikament qed jiġi indikat f’din l-interpellanza, hemm sleeping policeman, directional sign bid-direzzjoni lejn il-Knisja Arċipretali, Stop Sign, u Slow impenġija mal-art.
Intant infurmat ukoll mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ li stante li t-triq mhijiex dritta u fiha tidwir, minnha nnifisha ma tippermettix għal ċertu veloċità.
Finalment infurmat li fl-opinjoni tal-Kunsill Lokali rispettiv il-miżuri ta' kontra s-sewqan eċċessiv qegħdin hemmhekk.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża ta' kull single use nail clipper li ser tkun qed tinxtara minflok nail clippers li jiġu sterilizzati u użati għal diversi drabi skont kif imsemmi fil-mistoqsija parlamentari 11540?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Biex tikkalkula l-ispiża tal-qtugħ tad-dwiefer wieħed irid jikkunsidra ukoll is-separazzjoni tal-istrumenti maħmuġin, il-ġbir u t-trasport tal-istrumenti maħmuġin mill-għaxar Ċentri tas-Saħħa u minn sitta u għoxrin Klinka fil-Kommunita’ mferxin ma’ Malta u Għawdex lejn CSSD-MDH, il-ġbir u t-trasport tal-istrumenti nodfa mis-CSSD-MDH għall-punt ċentrali u t-tqassim mill-ġdid ta' dawn l-istrumenti liċ-Ċentri tas-Saħħa u lill-Kliniki tal-Komunità tista’ tgħid kuljum. Għalhekk. Dan il-ħin jista’ jiġi applikat aħjar għal benefiċċju tal-pazjent, t-traġitt jonqos drastikament u b’hekk jitnaqqas ukoll l-impatt fuq l-ambjent, kif ukoll jitjiebu l-kontrolli interni.
F’moħħna dejjem hemm fuq kollox il-benefiċċju għall-pazjent sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ infezzjoni.
Jekk ser ikunu qegħdin jintużaw single use nail clipper fis-settur tas-saħħa, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm rapport ta’ kif dawn ser jiġu mormija u jekk l-użu ta’ single use nail clippers hux ser joħloq aktar skart u ħsara lill-ambjent meta mqabbel ma’ dawk użati preżentement li qed jiġu sterilizzati?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar u jingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport daħal minn staff rigward moffa jew ħsara fis-suffetti f'dawn l-aħħar sentejn, minn liema swali jew lok fl-isptar u kemm minnhom ġew riżolti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal-liema sptar qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il proċedura tal-IVF saret matul dawn l-aħħar tliet snin, maqsuma sena b'sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar tlett snin saru 1371 proċedura tal-IVF/ICSI u Embryo transfer, minn dawn 1115 saru ġewwa ART Clinic Mater Dei u 256 proċedura saru fil-kliniċi privati.
Fit-Tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra jinsabu d-dettalji sena b’sena ta’ dawn l-aħħar tlett snin.