Sptar Mount Carmel — Post fejn jiltaqgħu l-familjari mal-pazjenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fejn huwa l-post li jiltaqgħu l-familjari ma’ pazjenti fl-Isptar Mount Carmel?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li kull sala minnbarra l-High Security Ward ġewwa l-Isptar Mount Carmel, hija mgħammra b’multipurpose room li sservi wkoll għall-akkomodazzjoni ta’ żjarat mill-familjari tal-pazjenti.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, il-collective agreement (inkluż dak finanzjarju) li qed jiġi affettwat bħalissa bejn il-Ministeru għat-Turiżmu u l-ITS?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda collective agreement bejn il-Ministeru tat-Turiżmu u l-ITS.
Toroq residenzjali li jista' jsirilhom sleeping police/road hump — Proċedura
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura ta' kif toroq residenzjali jista' jsirilhom sleeping police/road hump?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex toroq residenzjali jsirilhom sleeping police/ road hump: il-Kunsill lokali jrid japplika għand it-Traffic Management Division fi ħdan Transport Malta. Nirrimarka li l-application form hija disponibbli fuq il-website tal-Awtorità. L-Awtorità imbagħad tagħmel evalwazzjoni teknika ta’ din it-talba. Jekk it-talba tiġi milqugħa, il-kunsill ikun jista’ jimplimenta skond il-kundizzjonijiet tal-Awtorizzazzjoni.
Inżid li l-proċedura li semmejt tapplika għal kull tip ta’ traffic calming measure.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-mediċina Tuojeo 80 units daily mhux tingħata lill-pazjent li qed ibati min glycogenic hepatopathy?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li wara rikonsiderazzjoni tal-provi u evidenza ġdida mogħtija mill-konsulent tal-pazjent, din it-talba għal Tujeo ġiet approvata mill-EMTC għall-pazjent partokolari li jbati minn din il-kundizzjoni rari.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, il-collective agreement (inkluż dak finanzjarju) li qed jiġi affettwat bħalissa bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-MCAST?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet mal-istakeholders neċessarji.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, il-collective agreement (inkluż dak finanzjarju) li qed jiġi affettwat bħalissa bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Junior College?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejjin id-diskussjonijiet mal-istakeholders neċessarji.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, il-collective agreement (inkluż dak finanzjarju) li qed jiġi affettwat bħalissa bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Università ta’ Malta?
Rabat, Malta — Triq Emmanuel Vitale - Żgombru minn scaffolding
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex qed jitħalla żgombru minn scaffolding fi Triq Emmanuel Vitale c/w Triq Santa Rita, ir-Rabat, Malta li qed jimblokka l-bankina u l-aċċess għal persuni u anke ta’ periklu mill-karozzi?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex kien hemm nuqqas ta’ ħrieqi (jew sizes ta’ ħrieqi) f'Diċembru 2023 u Jannar 2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz ta’ kontinenza jiddependi minn fornitura permezz ta’ kuntratt. Matul il-perjodu msemmi, l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità ġiet infurmata mill-istess operatur illi kien hemm ordnijiet li ma waslux fil-ħin.
Min naħa ta St Vinċenz de Paul m’għandna l’ebda informazzjoni jew ma wasal l’ebda ilment dwar nuqqas ta’ ħrieqi jew sizes tagħhom.
Filwaqt li min naħa tal-Welfare Committee, għal ħrieqi li jiġu pprovduti, qatt ma kien hemm nuqqas.
Sptar Mater Dei u l-Kura Primarja – Pjan għar-riċiklaġġ ta’ skart
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan biex l-iskart kollu possibbli fl-Isptar Mater Dei u l-Kura Primarja jiġi maqsum għar-riċiklaġġ?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi fl-isptar Mater Dei inbeda proġett pilota f’parti mis-swali tal-operazzjonijiet bl-oġġettiv li ser jiġi estiż fil-kumplament tal-isptar matul din is-sena. Dan il-proġett kien ta’ suċċess kbir, bis-saħħa tal-inizjattivi tal-impjegati. Dan il-proġett pilota qed jiġi implimentat anke fl-inpatient wards, fil-canteen u fl-angiosuite.
Barra minn hekk fl-isptar Mater Dei ġie iffurmat working group iddedikat sabiex jiġu ntrodotti aktar inizjattivi ħodor, b’mira partikolarment fuq immaniġjar tal-iskart u sostenibilita’.
Għar-rigward tal-Primary HealthCare l-iskart kollu diġa jiġi maqsum u jintrema’ fil-boroż ikkodifikati skont il-kulur kif deskritti fir-Regolamenti tal-Wasteserv. Dawn il-boroż jinġabru u jintremew skont ir-Regolamenti tal-Wasteserv.
Mater Dei — Emerġenza - Saħħa mentali u psikjatriċi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15106 u jgħid kemm kienu l-pazjenti li marru fl-Emerġenza ta’ Mater Dei għal għajnuna fuq każijiet ta’ saħħa mentali u psikjatriċi fl-2022 u 2023 maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu ‘new cases’?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura mis-sistema administrattiva CPAS, in-numru ta’ attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza li marru minħabba problemi ta’ saħħa mentali jew psikjatriċi fl-2022 u 2023 jinsab fit-tabella hawn taħt xahar b’xahar. L-informazzjoni rigward ‘new cases’ ma tistax tinġabar u b’hekk ma tistax tingħata.
Month20222023
Jan83149
Feb104143
Mar122178
Apr133127
May137194
Jun131153
Jul141188
Aug137159
Sep118173
Oct121195
Nov142191
Dec127170
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Tallinja card tal-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament ġiet ibblukkata u qed tiġi mblukkata wkoll milli jkollha waħda ġdida wara li anke tilfet il-kreditu li kellha fiha?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kunfidenzjali. Madanakollu, ninfurmaħ li l-Operatur tat-Trasport Pubbliku ipprova jikkuntattja lill-persuna konċernata permezz tat-telephone u dan sabiex jiġi spjegat lilha għaliex it-Tallinja Card tagħha mhux qed taħdem. In oltre, bl-istess skop, intbagħtet ukoll email lil din il-persuna sabiex jagħmel kuntatt mal-Operatur. Ninsab infurmat li din il-persuna għadha ma għamiltx kuntatt mal-Operatur.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2445 fejn intqal: “li kull każ irid jiġi evalwat b’mod sensittiv u bl-akbar professjonalità b’hekk l-informazzjoni mitluba ma tistax tiġi ppublikata”, jista' l-Ministru jgħid l-ammont totali ta' persuni li qegħdin fuq waiting list bħala numru kumulattiv biex isir educational psychologist assessment li jwassal, biex student ikollu LSE?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Ħaż-Żebbuġ, Malta – Għassa tal-Pulizija — Investimenti infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar investimenti infrastrutturali fl-għassa tal-Pulizija ta' Ħaż-Żebbuġ, Malta u xi pjan hemm ta’ modernazzjoni, u meta ħa jsir?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi Ħaż-Żebbuġ hemm servizz tal-Pulizija tal-Komunita, li joperaw minn bini provdut mill-Kunsill Lokali.
Rabat, Malta — Għassa tal-Pulizija - Investimenti infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar investimenti infrastrutturali fl-għassa tal-Pulizija tar-Rabat, Malta u xi pjan hemm ta’ modernazzjoni, u meta ħa jsir?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi x-xogħol ta' rinovar u manutenzjoni ta' għases hu kontinwu. Dwar l-għassa tar-Rabat din hija l-għassa prinċipali fid-Distrett fejn huwa previst illi għal ħabta ta’ Marzu din is-sena, jibda xogħol estensiv f’din il-binja. Dan hu possibli wara diversi pjanijiet u l’ħruġ tas-sejħa għal offerti, biex dan ix-xogħol ikun jista’ jibda. Irid jingħad illi matul il-perjodu li fih ikun għaddej dan ix-xogħol, il-pubbliku jkun jista’ jinqeda mill-għassa ġewwa l-Imtarfa.
Imġarr, Malta — Għassa tal-Pulizija - Investimenti infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar investimenti infrastrutturali fl-għassa tal-Pulizija tal-Imġarr, Malta u xi pjan hemm ta’ modernazzjoni, u meta ħa jsir?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-għassa tal-Pulizija tal-Imġarr hi waħda mill-għases sekondarji li tinfetaħ skond l-esiġenzi tas-servizz u għas-Servizzi ta' pulizija tal-komunità. L-għassa principali li tkopri l-Imġarr wkoll hija dik tar-Rabat fejn hu prevedut li jsir xogħol estensiv, għal liema xogħol diġa’ ħarġet is-sejħa għal offerti u mistenni jibda fiż-żmien li ġej.