Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni li għandhom bżonn 'renal dialysis'

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-lista ta' stennija għal persuni li għandhom bżonn 'renal dialysis'?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li mhemmx lista ta’ stennija għall-persuni li għandhom bżonn ‘renal dialysis, b’hekk kull pazjent jiġi pprovdut bit-trattament immedjatament.

L-Imġarr — Triq Sir Temi Zammit - Petizzjoni MP-4 - Diskussjoni għal sistema ta’ Traffic Management

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16336 u jgħid kienx hemm xi risposti jew aġġornamenti għall-Petizzjoni MP-4 – Onor. Ian Vassallo – Diskussjoni għal sistema ta’ Traffic Management aħjar fi Triq Sir Temi Żammit, l-Imġarr?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta’ din il-petizzjoni. Għaddejjin diskussjonijiet bejn Transport Malta u Infrastructure Malta sabiex tiġi evalwata l-possibbiltà li s-sitwazzjoni tiġi mtejjba. Minn naħa ta’ Transport Malta, qed tinġabar ‘site data’ fir-rigward tad-dewmien fit-traffiku li qed jindikaw ir-residenti.

Faċilità San Vinċenz de Paul — Servizzi tal-outpatients

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'servizzi tal-outpatients jingħataw fil-Faċilità San Vinċenz de Paul?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lil Onor. Interpellant, li is-servizzi ta’ out-patient tal-isptar tal-kura ġerjatrika jingħataw minn timijiet multi-dixxiplinarji ta’ professjonisti minn San Vinċenz de Paul u mill-isptar Mater Dei, li joffru kura speċjalizzata u integrata lill-anzjani, kollha taħt saqaf wieħed. Il-kliniċi kollha huma mgħammra b’faċilitajiet mill-aqwa, magħmulin b’mod li jagħmlu inqas użu ta’ enerġija u għandhom servizzi mekkaniċi, elettriċi u sanitarji ġodda. Is-servizzi/kliniċi huma dawn: • Ġerjatrija • Radjoloġija (X ray, videofluoroscopy, Ultrsound, Bone densitometer etc.) • Oftamoloġija • Oftalmoloġija u Avastin Injection • Awdjoloġija • Tehid tad-Demm • Pace maker • ECG • Kardjoloġija • Cardio-Thoracic • Vaskulari • Dermatoloġija • ENT • Newroloġija • Kirurġija Newroloġika • Pain clinic • Klinika għall-kura tas-saħħa tal-mara / ġinekoloġija • Frailty clinic • Psikjatrija • Dentistrija • Fiżjoterapija • Occupational therapy • Speech Language pathology • Podoloġija • Interventi kirurġiċi minuri • Pre – assessment clinic Barra minn hekk, fl-isptar tal-kura ġerjatrika bħalissa qed isir programm nazzjonali ta’ screening fl-oftalmoloġija. Il-pjan huwa li fiż-żmien li ġej, is-servizzi jkomplu jespandu b’iżjed kliniċi speċjalizzati fosthom MRI u CT scanner. Dan bl-iskop li jkun hemm diċentralizzazzjoni tas-servizzi tas-saħħa u b’hekk, inkunu qed innaqqsu l-lista ta’ stennija għal appuntamenti fl-Isptar Mater Dei.

Raħal Ġdid — Ċentru Vincent Moran - Bini tal-proġett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-bini tal-proġett taċ-Ċentru Vincent Moran f'Raħal Ġdid u meta ser jinfetaħ?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-proġett tal-bini u tlestija taċ-Ċentru Vincent Moran f’Raħal Ġdid bħalissa għaddej b’pass mgħaġġel. Fost ix-xogħolijiet li qegħdin jiġu mwettqa hemm dawk tat-twaħħil ta’ persjajjen u screens mal-faċċata, tlestija tal-bankini, sinjali fuq ġewwa u fuq barra, ittestjar fuq is-switchgear prinċipali tal-elettriku, installazzjoni ta’ għamara, u ta’ strumentazzjoni li jirregola sistemi bħal dawk tat-tifi tan-nar, gassijiet mediċi u dawk tat-tisħin tal-ilma fost l-oħrajn. Huwa maħsub li ċ-Ċentru Vincent Moran f’Raħal Ġdid jinfetaħ lejn l-aħħar tat-tieni kwart ta’ din is-sena.

POAC — Appuntamenti għat-tieni darba wara li jkunu tħassru l-operazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il-pazjent kellu appuntament mal-POAC għat-tieni darba wara li tkun tħassritlu operazzjoni u għalhekk ikollhom jerġgħu jsiru t-testijiet kollha mill-ġdid?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li din l-informazzjoni mitluba mhux disponibli.

L-Imġarr — Triq Sir Temi Zammit - Petizzjoni MP-4 - Diskussjoni għal sistema ta’ Traffic Management

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16336 u jgħid kienx hemm xi risposti jew aġġornamenti għall-Petizzjoni MP-4 – Onor. Ian Vassallo – Diskussjoni għal sistema ta’ Traffic Management aħjar fi Triq Sir Temi Żammit, l-Imġarr?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta’ din il-petizzjoni. Għaddejjin diskussjonijiet bejn Transport Malta u Infrastructure Malta sabiex tiġi evalwata l-possibbiltà li s-sitwazzjoni tiġi mtejjba. Minn naħa ta’ Transport Malta, qed tinġabar ‘site data’ fir-rigward tad-dewmien fit-traffiku li qed jindikaw ir-residenti.

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Servizzi multidixxiplanarji

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16337, jista’ l-Ministru jgħid x’ser isir fir-rigward tas-servizzi multidixxiplanarji fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li tneħħew il-podjatri kollha? Jista’ jgħid ukoll kif u meta ser jaħdmu dawn is-servizzi multidixxiplanarji?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-4 podjatri li jaħdmu f’Għawdex se jkunu qedin jaħdmu hekk; Pod 1 – Tnejn – Ġimgħa Victoria HC + Għarb CC (kull ħmistax nhar ta’ Tnejn + kull nhar ta’ Ġimgħa) Pod 2 – Tnejn – Ġimgħa Victoria HC Pod 3 – Tnejn – Ħamis Dar Padova Pod 4 – Tnejn – Ġimgħa Qala HC – L-Erbgħa filgħaxija Dar Padova Kull podjatra jattendi l-isptar Ġeneral t’Għawdex darba fil-ġimgħa.

Mediċini mill-POYC — Assesjar fuq persuni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kull meta jsir assesjar fuq persuni li jieħdu mediċini mill-POYC biex jiġi assessjat li dawn verament għandom bżonnhom?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-assessjar dwar użu tal-mediċini isir mill-Ispizjar kull sitt xhur. Dan huwa servizz li jithallas mill-Gvern. Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċertu intitolament jingħatha għall żmien definit, biex il-konsulent jew tabib ikun jista’ jerġa jirrevedi it-trattament u jekk hux qed jaħdem.

Furjana — Ċentru tas-Saħħa – Servizzi li kellhom jitwaqqfu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn qed jingħataw is-servizzi li kienu jingħataw fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana u li kellhom jitwaqqfu minħabba li parti miċ-Ċentru tas-Saħħa ġiet ikkundannata?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellent biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16340.

Settur tas-saħħa — Ħaddiema ta' nazzjonalità barranija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema ta' nazzjonalità barranija li ġew ingaġġati mas-settur tas-saħħa mis-sena 2018 sal-2023, maqsuma sena b'sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni ġodda mhux ta’ nazzjonalità Maltija ngaġġati fis-snin imsemmija huwa kif ġej: 2018 - 60 2019 - 124 2020 - 77 2021 - 154 2022 - 119 2023 - 73

Ir-Rabat, L-Imtarfa, Ħaż-Żebbuġ, L-Imġarr u Ħad-Dingli — Uffiċjali tal-Pulizija li jaħdmu fl-għasses

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali tal-Pulizija li jaħdmu fl-għassa tar-Rabat, Mtarfa, Ħaż-Żebbuġ, Mġarr u Ħad-Dingli?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi Ħaż-Żebbuġ, li hi waħda mill-lokalitajiet fid-distrett numru 6 tal-Pulizija, hemm ħamsa u għoxrin uffiċcjal, inkluż membri mit-Taqsima tal-Pulzija tal-Komunità, li jkopru d-doveri relatati mal-lokalità msemmija. Il-lokalitajiet tar-Rabat, Mtarfa, Mġarr u Ħad-Dingli huma parti mid-Distrett numru 10 tal-Pulizija, fejn hemm total ta’ tletin uffiċċjal, li wkoll jinkludi membri mit-Taqsima tal-Pulzija tal-Komunità, li jkopru d-doveri f’dawn il-lokalitajiet.