Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sistema diġitali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan preżenti biex in-noti minn staff mediku jiġu maqluba għal sistema diġitali?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess biex in-noti minn staff mediku jiġi maqlub għal sistema diġitali għadu għaddej. Hemm oqsma li huma lesti bħal dawk fil-kura primarja. Il-files tal-pazjenti fl-Onkoloġija huma miżmuma elettronikalment. Miexi wkoll il-proċess fuq files f’Mater Dei u f’sptarijiet oħra.

Sptar Mount Carmel – Servizzi jew attivitajiet disponibbli wara nofsinhar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'servizzi jew attivitajiet huma disponibbli wara nofsinhar għall-pazjenti inpatients fl-Isptar Mount Carmel?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li jiġu offruti diversi servizzi fl-isptar Monte Karmeli wara nofsinhar. Fost dawn, wieħed isib terapija okkupazzjonali, fiżjoterapija, podjatrija u terapija tal-lingwa u taħdit. Dawn jiġu offruti sat-3 p.m. mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Kull waħda minn dawn il-professjonijiet joffru servizzi kliniċi u terapewtiċi matul il-ġurnata kollha. Jiġu offruti interventi ta’ kura u riabilitazzjoni, kemm fuq livell individwali jew fi gruppi. Is-sessjonijiet varji jikkonsistu fi prattiċi ta’ ħiliet domestiċi (eż: tisjir, tqassim ta’ flus, ħasil ta’ ħwejjeg) kura personali, ħiliet relatati ma’ kura tad-dar u impieg, attivitajiet edukattivi, komunikazzjoni, kreattività u rikrejattivi. Jiġu organizzati wkolli visti flimkien mal-pazjent ġewwa daru/ha sabiex isiru l-preparamenti meħtieġa qabel ir-rilaxx. L-infermiera jassistu biex jirranġaw żjarat fuq il-post tax-xogħol tal-pazjent u/jew jikkoordinaw sessjonijiet mal-membri tal-familja. It-tim taċ-ċentru socjali fi ħdan l-occupational therapy, joffru servizz mit-Tnejn sal-Ħadd sa 4 ta wara nofsinhar u jorgoniżżaw ukoll xi ħrug għall-pazzjenti filghaxijiet biex jipparteċipaw f’attivitajiet soċjali u kulturali. Il-fiżjoterapisti jindirizzaw problem ta’ limitazzjonijiet ta’ moviment u wġiegh muskolari kif ukoll jorganizzaw sessjonijiet ta eżerċizzju fiżiku fi gruppi. Il-podjatri jiffukaw fuq interventi biex itejbu s-saħħa tas-saqajn. Dan is-servizz jitkompla wara nofsinhar skont il-ħtieġa. Barra minn hekk, t-terapista tal-lingwa u taħdit tindirizza ħiliet ta’ kommunikazzjoni u diffikultajiet biex persuna tibla’ l-ikel. Il-psikologi joffru sessjonijiet ta’ psikoterapija fi gruppi lil-pazjenti f’diversi swali sal-4 ta’ waranofsinhar. Social Workers huma disponibbli biex jassistu lill-pazjenti ġewwa l-isptar tagħna sal-5pm f’każ li jkun meħtieġ.

Sptar Mount Carmel – Pazjenti residenti minħabba użu ta’ sustanzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' pazjenti residenti fl-Isptar Mount Carmel li qegħdin hemm minħabba użu ta' sustanzi, fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-persentaġġ ta’ pazjenti residenti fl-Isptar Mount Carmel li qegħdin hemm minħabba użu ta’ sustanzi hu ta’ 25.75%.

Floriana Mental Health Clinic — Aċċessibbiltà għall-persunili jużaw siġġu tar-roti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Floriana Mental Health Clinic huwiex aċċessibbli għall-persuni li jużaw siġġu tar-roti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li kull persuna li tuża s-siġġu tar-roti tinagħta appuntament fis-sular ta’ isfel fejn ma jkunx hemm diffikultà li l-istess persuna tattendi.

Saħħa mentali — nefqa fuq kampanja ta’ prevenzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17373, jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ kif intefqu l-€149,546.97 fuq promozzjoni għas-saħħa mentali fis-sena 2023?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għal-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Outpatients Block ġdid — Permessi tal-bini

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17455 u jagħti kopja tal-permessi tal-bini tal-Outpatients Block ġdid li kellu jinbena qrib l-Isptar Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Outpatients Block ġdid – Nefqa fi studji u applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17454 u ċjoè: Fid-dawl li kien qed jiġi ppjanat li jinbena Outpatients Block ġdid fejn l-Isptar Mater Dei, jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus pubbliċi fi studji u applikazzjonijiet, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li saru ħlasijiet li jammontaw għal €10,958.26 għal studji u applikazzjonijiet.

Sptar akut għas-saħħa mentali ġdid — Nefqa fi studji u applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17453 u jgħid kemm intefqu flus pubbliċi fi studji u applikazzjonijiet għal sptar ġdid li kellu jinbena għal kura tas-saħħa mentali fejn l-Isptar Mater Dei, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Sptar Mater Dei – Proġett ta’ parkeġġ ġdid għall-istaff

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proġett tal-parkeġġ ġdid għall-istaff biswit l-Isptar Mater Dei hux ser jitkompla? Jista’ jgħid fiex wasal u x'timeframe hemm għat-tkomplija? Jista’ jgħid ukoll kemm ser jakkomoda karozzi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17022.

Sptar Mater Dei – Nuqqas ta’ ingwanti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex numru ta' kliniċi mhux jingħataw biżżejjed ingwanti biex jintużaw mill-professjonisti fl-Isptar Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li ċ-CPSU jixtri ingwanti bħala sizes: small, medium u large. Dawn is-sizes huma kollha disponibbli għal l-isptarijiet kollha.

ADHD – Servizzi għal adulti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi jeżistu preżentement għal adulti li jbatu minn ADHD?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li adulti li jista’ jkollhom ADHD jistgħu jiġu riferuti lill-Community Mental Health Clinics . Wara li jsirilhom eżami inizjali, jiġu riferuti lil tim ta’ psikologi. Pazjenti li jiġu kkonfermati li għandhom ADHD jiġu riferuti lil tim ta’ psikologi għal terapija, li tinkludi strateġiji ta’ kif jistgħu ilaħħqu mal-kundizzjoni tagħhom. Jiġu diskussi wkoll mal-psikjatra x’tip ta’ mediċina hi adattata. Pazjenti li jattendu Community Mental Health Clinics jistgħu jiġu riferuti għal occupational therapy jew għal social worker skond il-każ.

Settur tas-saħħa mentali – Pjan għall-bini tal-isptar il-ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan fis-settur tas-saħħa mentali għall-bini tal-isptar il-ġdid jew sala fl-Isptar Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Il-viżjoni tagħna fis-settur tas-saħħa mentali tmur ferm lil hinn minn sempliċiment ‘sala fl-isptar Mater Dei’ kif qed jgħid l-Onor. Interpellant. Fl-Isptar Mater Dei se jkollna proġett ambizzjuż ta’ 110 sodod għall-kura ta’ saħħa mentali. Dan jikkumplimenta proġetti oħra fis-settur, b’mod partikolari dawk li jwasslu l-kura tas-saħħa mentali fil-qalba tal-komunità. Id-diskussjoni mal-esperti wriet b’mod ċar li jkun aktar ta’ benefiċċju jekk immorru f’din id-direzzjoni. Jekk il-kura mentali tiġi trattata bħal kull marda oħra nnaqqsu l-istigma.

Sptar akut għas-saħħa mentali ġdid — Nefqa fi studji u applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus pubbliċi fi studji u applikazzjonijiet għal sptar ġdid li kellu jinbena għal kura tas-saħħa mentali fejn l-Isptar Mater Dei, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.