Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Imġarr Malta — Traffic management - Petizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18109 mogħtija fl-4 ta’ Marzu 2024, jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-petizzjoni ‘Diskussjoni għal sistema ta’ Traffic Management aħjar fi Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr’ u jgħid x'riżultati ħarġu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li Transport Malta ġabret is- site data, saret laqgħa bejn l-awtoritajiet ikkonċernati biex jiġi diskuss il pass li jmiss.

Ħaż-Żebbuġ, Malta — New Street fi Triq Mikielanġ Sapiano

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18108, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, u jgħid meta ser tingħata isem it-triq 'New Street' fi Triq Mikielanġ Sapiano, f'Ħaż-Żebbuġ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infumat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ li l-proċess għat-tismija tat-triq li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għaliha jinsab fi stadju avvanzat. Naturalment il-proċess ma jiddependix biss mill-Kunsill Lokali.

Educational psychologist assessment

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2445 fejn intqal: “li kull każ irid jiġi evalwat b’mod sensittiv u bl-akbar professjonalità b’hekk l-informazzjoni mitluba ma tistax tiġi ppublikata”, jista' l-Ministru jgħid l-ammont totali ta' persuni li qegħdin fuq waiting list bħala numru kumulattiv biex isir educational psychologist assessment li jwassal, biex student ikollu LSE?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tal-assessments hu wieħed kontinwu u rigoruż.

Sptar Mount Carmel – Spazju għall-persuni bl-awtiżmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-Isptar Mount Carmel hemmx spazju dedikat għal nies, tfal u adulti, li jbatu minn awtiżmu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li persuni li jbatu mill-awtiżmu li jidħlu l-Isptar Monte Carmeli, jidħlu fis-sezzjoni tal-Isptar tat-tfal jew kbar skond l-età li jkollhom. Kull pazzjent jkollu għajnuna individwalizzata skond il-ħtieġa tal-każ.

L-Imġarr Malta — Traffic management - Petizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti 'udpate' fuq il-petizzjoni rigward it-'traffic management' fl-Imġarr imsemmija bħala: Diskussjoni għal sistema ta’ Traffic Management aħjar fi Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16784.

Rabat, Malta – Domus Romana — Traffic lights

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex isiru traffic lights maż-zebra crossing li preżentement hemm fejn id-Domus Romana, fir-Rabat?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Prosthesis tas-sieq

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu intitolat għall-prosthesis tas-sieq u kemm hemm waiting list għaliha?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li kull ċittadin Malti jew barrani li għandu/ha permess ta’ residenza jista’/tista’ ikollha riferta għal dan is-servizz. Infurmat ukoll li m’ hemm l-ebda pazjent ġdid jistenna appuntament.

Sptar akut għas-saħħa mentali ġdid — Nefqa fi studji u applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17453 u 17656 u jgħid kemm intefqu flus pubbliċi fi studji u applikazzjonijiet għal sptar ġdid li kellu jinbena għal kura tas-saħħa mentali fejn l-Isptar Mater Dei, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17718.

Ċentri tas-Saħħa u bereġ

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17663, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kmamar ta' trattament fiċ-Ċentri tas-Saħħa jew bereġ fejn jingħataw trattamenti/konsulenzi għal nies b'kundizzjonijiet ta' saħħa mentali, humiex ta' daqs ideali?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-kmamar li jintużaw għall-Kliniċi tas-Saħħa Mentali huma ta’ daqs addatat għall-interventi li jingħataw mill-professjonisti.

Saħħa mentali – Mediċini ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu jżomm lura lill-Gvern milli jintroduċi mediċini ġodda fis-settur tas-saħħa mentali?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li kull mediċina li ġiet approvata għas-saħħa mentali ġew proċessati. Infatti daħlu 2 fi 2023: Fluoxetine 20mg/5ml Oral Solution Aripiprazole 400mg PR injection Deħlin 3 mediċini oħra issa li ġew disponnibli: Olanzapine 2.5mg tablets Olanzapine 300mg PR injections Olanzapine 210mg PR injections Barra li hemm 2 oħra qegħdin jiġu proċessati. Kuljum jiġu approvati mediċini għall-każijiet urġenti fl-isptar u dawn jieħdu prijorità.

Sptar akut għas-saħħa mentali ġdid — Nefqa fi studji u applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17453 u jgħid kemm intefqu flus pubbliċi fi studji u applikazzjonijiet għal sptar ġdid li kellu jinbena għal kura tas-saħħa mentali fejn l-Isptar Mater Dei, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li saru ħlasijiet li jammontaw għal €3,558.72 f’servizzi professjonali. Kwalunkwa proposta tittieħed inkonsiderazzjoni fil-proġett il-ġdid.

Outpatients Block ġdid – Nefqa fi studji u applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Minisru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17454 u ċjoè: Fid-dawl li kien qed jiġi ppjanat li jinbena Outpatients Block ġdid fejn l-Isptar Mater Dei, jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus pubbliċi fi studji u applikazzjonijiet, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17655.

Ħal Qormi – Ċentru tas-Saħħa — Servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'servizzi qed jingħataw fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi qed jiġu offruti erbgħa u għoxrin servizz, fejn erbgħa minnhom huma ġodda. Dawn huma: 1. Tabib (mingħajr appuntament) 2. Kamra tal-Kura Medika 3. Teħid tad-Demm / POC 4. Fiżjoterapija 5. Kura tas-Saqajn 6. Klinika tal-Konsulent Mediku 7. Tilqim 8. Elettrokardjogrammi (ECG) 9. Patoloġisti tad-Diskors u tal-Lingwa Mitkelma 10. X-Ray 11. Klinika tal-Ġinekoloġija 12. Klinika tat-Trabi 13. Klinika tal-Port-a-cath 14. Klinika tal-Ortopedija 15. Kura tal-Feriti 16. Klinika tal-Għajnejn 17. Dijetisti 18. Nutrizzjonista 19. Occupational Health 20. Saħħa Mentali 21. Klinika tat-Tabib bl-Appuntament (servizz ġdid) 22. Ittestjar għal-Glawkoma (servizz ġdid) 23. Ċentru tad-Dijabete (servizz ġdid) Dan is-servizzi multidixxiplinarji jinkorpora Klinika tad-Dijabete mmexxija mit-tabib, Klinika tal-Konsulent tad-Dijabete, servizz tal-Infermiera, tal-Podjatrija Vaskulari, Fiżjoterapija, Dietetika, Nutrizzjonista, u servizzi tal-Għajnejn 24. Servizz tal-Occupational Health Unit (servizz ġdid)

Magni tal-MRI

Question

Jista’ l-Ministru jagħti il-ħinijiet li qed jintużaw il-magni kollha tal-MRI li bħalissa qed jintużaw fis-settur tas-saħħa pubblika, magna magna?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li tnejn mill-MRIs li qegħdin fl-Isptar Mater jaħdmu 21 siegħa u nofs kuljum (mill-4.30 a.m. sas-2.00 a.m. ta’ l-għada filgħodu), 7 tijiem fil-ġimgħa. It-tielet MRI fl-Isptar Mater Dei taħdem 19 siegħa u nofs kuljum (mill-4.30 a.m. sa’ nofsillejl) mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Is-Sibtijiet u l-Ħdud jiftħu skont il-pjan tax-xogħol tar-radjologi u r-radjografi disponibbli. Ir-raba’ MRI li qegħda fl-isptar Ġenerali t’Għawdex tintuża għal 12-il siegħa, jumejn fil-ġimgħa.