Legislature:
Category:
Reset
Active:

Nuqqas ta’ ħrieqi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'qed iwassal biex regolarment qed ikun hawn nuqqas ta’ ħrieqi bl-aħħar każijiet ikunu tal-pull-ups size large f'April 2024?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li SVP għandhom provvista biżżejjed ta’ ħrieqi fi kwalunkwe daqs, u ma rċevew l-ebda lment. L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità tinsab infurmatha li l-kuntrattur qed jiltaqa’ ma’ diffikultajiet biex iġib provvista adekwata ta’ ħrieqi u qed jaħdem biex din is-sitwazzjoni tiġi għan-normal mill-aktar fis.

Applikazzjoni ta' un/loading

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18754, jista' l-Ministru jgħid jekk l-applikazzjoni ta' un/loading li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, għadhiex pendenti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bi ftehim mal-applikant, Transport Malta approvat l-imsemmija un/loading bay u ser tkun qed tiġi implimentata.

Summer catch up classes – Servizz ta’ LSE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fis-summer catch up classes offruti mill-Ministeru tal-Edukazzjoni ma jiġix provdut is-servizz ta' LSE?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn il-klassijiet tinżamm medja ta’ 8 studenti u b’hekk l-għalliem jipprovdi attenzjoni individwali lil kull student.

Rabat, Malta – Bus stop 6361

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li jsir stage li jkun fih bank u lqugħ mill-elementi fejn bus stop 6361 fir-Rabat, Malta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Il-Baħrija – Triq is-Sajf ta’ San Martin — Mera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se teħel mera li kienet tneħħiet sitt xhur ilu u ma reġgħetx saret fejn bus stop Bajdar, fi Triq is-Sajf ta' San Martin, il-Baħrija?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mera msemmija f’din il-mistoqsija parlamentari ser tkun qed titwaħħal.

Il-Baħrija – Triq is-Sajf ta’ San Martin — Mera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se teħel mera li kienet tneħħiet sitt xhur ilu u ma reġgħetx saret fejn bus stop Bajdar, fi Triq is-Sajf ta' San Martin, il-Baħrija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat li għaddej il-proċess tal-akkwist tal-mera fi Triq is-Sajf ta' San Martin fejn il-Bus Stop Bajdar u li din ser titwaħħal ladarba din tkun disponibbli.

Il-Baħrija – Triq it-Tin kantuniera ma’ Triq il-Qastan — Mera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se teħel mera li kienet tkissret xi xhur ilu u ma reġgħetx saret fi Triq it-Tin kantuniera ma’ Triq il-Qastan, il-Baħrija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat li l-mera msemmija mill-Onor. Interpellant diġà twaħħlet.

Il-Baħrija – Sinjali ta’ direzzjoni fil-Pjazza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jerġgħu jsiru s-sinjali ta' direzzjoni li kienu jindikaw direzzjonijiet diversi li kien hemm fil-Pjazza tal-Baħrija qabel ma tmur il-bandli?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Garaxxijiet — Parkeġġi illegali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' opzjonijiet bħal linji sofor, kaxxi sofor, eċċ. li jistgħu jsiru biex quddiem bieb ta’ garaxx (li jintuża għal użu personali biex tiddaħħal karozza) ma jipparkjawx karozzi illegalment?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab aċċessibbli għall-pubbliku fir-Regolament 77 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 65.11.

Ir-Rabat, Malta — Triq Vjal il-Ħaddiem - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti time frame tax-xogħlijiet li se jsiru fi Triq Vjal il-Ħaddiem, fir-Rabat, Malta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet f’dawn it-toroq jikkonsistu f’infrastruttura ġdida għad-distribuzzjoni tal-elettriku, rikostruzzjoni ta’ mogħdijiet u modifiki fis-sistemi eżistenti tal-ilma tax-xita, formazzjoni ta’ roundabouts ġodda fil-junctions, tibdil ta’ konnessjonijiet tal-ilma tax-xorb għad-djar u xogħlijiet ġodda ta’ asfalt. Fid-dawl li din iż-żona hija ta’ sensittività arkeoloġika, qed jittieħed kull pass biex ikun assigurat li x-xogħlijiet isiru skont obbligazzjonijiet maħruġa mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Huwa mistenni li x xogħlijiet kollha jitlestew sa l aħħar tas- sena.

Psikjatri u psikologi — Riżenji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18129 u jgħid kemm-il psikjatra u psikologu rriżenja mis-settur pubbliku matul dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b'sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li mill-2014 sal-lum, ġew inganġati 64 Psikolgu mas-settur tas-saħħa u 41 irreżenjaw. Infurmat ukoll li fil-każ tal-Psikjatri ġew inganġati 35 Psikjatra mas-settur tas-saħħa u 9 irreżenjaw.

L-Imġarr Malta — Traffic management - Petizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18488 dwar il-petizzjoni ‘Diskussjoni għal sistema ta’ Traffic Management aħjar fi Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr’, jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-istakeholders li ltaqa’ magħhom il-Ministeru?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ħad-Dingli — Berġa tas-Saħħa - Kmamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kamra fiha l-Berġa tas-Saħħa ta’ Ħad-Dingli u kemm minnhom jintużaw għall-pazjenti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm erba’ kmamar fil-Berġa tas-Saħħa ta’ Ħad-Dingli li tlieta minnhom jistgħu jintużaw mill-pazjenti.

L-Imtarfa — Ministeru tas-Saħħa - Binjiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'binjiet għandu f'idejh il-Ministeru tas-Saħħa, fl-Imtarfa u għalxiex jintużaw?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm binja waħda maqsuma fi tlieta li hija taħt ir-responsabbiltà tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. Din il-binja tintuża bħala residenza għall-kura fit-tul għall-anzjani, ċentru għal persuni bid-dimensja u MMMU, li huwa maħżen (store) li jissuplixxi lill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. Ninsab infurmat ukoll li f’Triq Dar il-Kaptan hemm iċ-ċentru Dar Kenn għal Saħħtek immexxi mill-Fondazzjoni mwaqqfa bejn il-Malta Community Chest Fund (MCCF) u dan il-Ministeru.

L-Imġarr, Malta — Triq Iż-Żebbiegħ - Un/loading – Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi applikazzjonijiet pendenti ta' un/loading fi Triq iż-Żebbiegħ, l-Imġarr, Malta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fit-triq imsemmija hemm applikazzjoni waħda pendenti li qegħda tiġi diskussa bejn l-uffiċjali ta’ Transport Malta u l-applikant.

Ir-Rabat – traffic lights

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex isiru traffic lights maż-zebra crossing li hemm preżentement fejn id-Domus Romana, fir-Rabat?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat li l-Kunsill mhux qed jippjana u ma talabx li jkunu installati dwal ta’ kontroll tat-traffiku fil-lok imsemmi.