Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm ħaddiema tal-allied health li għadhom ma rċevewx uniformi matul l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u kemm hemm ħaddiema li rċevew parti mill-uniformi biss?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema kollha rċevew l-uniformi tagħhom, bl-eċċezzjoni ta’ erba’ (4) ħaddiema li jeħtieġu uniformi magħmula apposta fuq il-qies tagħhom.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa l-headcount tal-professjonisti tal-allied health, maqsuma skont il-professjoni, u kemm huwa l-full-time equivalent għal kull professjoni?
Allied Health Professionals li rritornaw mill-unpaid leave
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm daħlu lura Allied Health Professionals li kienu fuq unpaid leave f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma professjoni professjoni?
Allied Health Professionals – Applikazzjonijiet għal telework
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm Allied Health Professionals li applikaw għal sigħat ta’ telework, maqsuma professjoni professjoni, fis-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Allied Health Professionals – Applikazzjonijiet għal career break
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm Allied Health Professionals li applikaw għal career break, maqsuma professjoni professjoni, fis-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Allied Health Professionals – Applikazzjonijiet għal unpaid leave
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm Allied Health Professionals li applikaw għal unpaid leave, maqsuma professjoni professjoni, fis-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega kif inhuma mqassmin l-Allied Health Practitioners bl-iskali, maqsuma professjoni professjoni?
Tista’ l-Ministru tgħid għaliex il-proġett ta’ ċentru edukattiv fil-Buskett minn Ambjent Malta ma tkompliex? Tista’ tgħid ukoll għaliex ma sarux il-faċilitajiet sanitarji mwiegħda għaliex il-bini jidher mitluq u fih konsenturi kbar? Tista’ tgħid ukoll x’se jsir minn dan il-proġett f’post daqstant frekwentat mnin turisti u Maltin, speċjalment fi żmien ix-xitwa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq iċ-Ċentru Edukattiv fil-Buskett kienu tlestew fl-2023. Peress li sussegwentement kienu ġew osservati xi konsenturi fini fil-binja, Ambjent Malta, bħala miżura ta’ prekawzjoni u fuq parir tekniku, kienet ikkummissjonat monitoraġġ u testijiet speċjalizzati sabiex tiġi evalwata l-kundizzjoni strutturali tal-binja. Sakemm jitlestew dawn l-evalwazzjonijiet u jkunu magħrufa r-rakkomandazzjonijiet finali tal-professjonisti, il-binja aktar kmieni din is-sena nżammet magħluqa sabiex tkun garantita s-sigurtà tal-pubbliku.
Infurmata li Ambjent Malta qed tistenna r-rapport finali, sabiex fuq il-bażi tiegħu jiġu deċiżi u implimentati l-passi meħtieġa biex il-faċilità tkun tista’ tkompli tintuża skont il-funzjoni maħsuba tagħha.
Fir-rigward tal-faċilitajiet sanitarji pubbliċi fil-Buskett, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 3097.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm inqabdu crayfish minn Wied il-Qlejgħa fis-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Wied il-Qlejgħa tneħħew madwar 5,000 ċkala (crayfish) tal-ilma ħelu fl-aħħar snin, fosthom 500 fl-2024 u 460 fl-2025. L-informazzjoni għall-2026 għadha mhix disponibbli. L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), daħlet ukoll fi proġett Interreg mal-Università ta’ Malta u msieħba minn Sqallija biex jissaħħu l-isforzi għall-kontroll tal-iċkala f’Wied il-Qlejgħa.
B’referenza għal mistoqsijiet parlamentari preċedenti, fejn ġie mwiegħed li se ssir it-tiswija fuq ħajt li hemm f’Wied il-Qlejgħa fis-sajf meta l-wied ikun mingħajr ilma, tista’ l-Ministru tgħid għaliex ma saritx it-tiswija biex jitranġa u jinbena l-ħajt kif kien?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 2432. F’każ li qed jirreferi għal xi ħajt ieħor, nitolbu jindika b’mod aktar speċifiku s-sit fejn jinsab.
Tista’ l-Ministru tgħid meta se jiġi mnaddaf it-terrapien li ntrema f’Wied il-Qlejgħa? Tista’ tgħid ukoll jekk hemmx CCTV cameras jaħdmu fl-akkwati biex tara min kien responsabbli?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali ta' Project Green, irriżulta li l-materjal li għalih qed jirreferi jinsab f'għalqa privata u għaldaqstant ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-Aġenzija.
Allied Health Professionals - Ħlasijiet għal Sigħat Żejda
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser jitħallsu l-Allied Health Professionals li qed jaħdmu sigħat żejda barra l-ħin tagħhom biex jinqatgħu l-listi ta’ stennija? Jista’ jgħid ukoll għaliex, minkejja li dan ix-xogħol beda fil-bidu tas-sena, sal-lum dawn il-professjonisti għadhom ma tħallsux?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2024, jista’ l-Ministru jagħti update ta’ x’sar f’dawn l-aħħar tliet xhur fir-rigward ta’ Triq Ġorġ Borg Olivier, ir-Rabat, Malta, fid-dawl li dalwaqt se jerġgħu jibdew l-iskejjel u ser jiżdied iktar l-użu ta’ din it-triq u magħha jiżdiedu l-inkonvenjenzi, ħsarat lir-residenti u perikli?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma illi-Onor. Interpellant illi ir-risposta ser tingħata f'ix seduta oħra.
L-Isptar Mater Dei – Ħaddiema tal-kuntratturi – Kundizzjonijiet għall-parkeġġ
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk ħaddiema li jagħtu servizz fl-Isptar Mater Dei imma mħaddma minn kuntratturi għandhomx kundizzjonijiet differenti fejn jidħol il-parkeġġ tal-vetturi tagħhom waqt il-ħin tax-xogħol u jekk tvarjax bejn kumpanija u oħra li toffri dawn il-ħaddiema?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li mpjegati tal-kuntratturi differenti li jipprovdu servizzi fl-Isptar Mater Dei m'għandhomx kundizzjonijiet differenti bejniethom fir-rigward tal-parkeġġ tal-vetturi tagħhom waqt il-ħin tax-xogħol.
Tista’ l-Ministru tgħid meta ser joħroġ ir-rapport annwali tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) għas-sena 2025 li jinkludi l-audited accounts?
Response (CUTAJAR, ROSIANNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din id-domanda ġiet imwieġba f’PQ 34263 fil-liġiżlatura XIV (14).
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm pazjenti li ħadu mediċini għas-saħħa mentali fis-snin 2023, 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema mediċini qiegħed jirreferi.