Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mediċina Odansteron — Out of stock

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex Odansteron (mediċina li tintuża f'emerġenza kontra r-remettar) kienet out of stock fiċ-ċentri tas-saħħa fi tmiem il-ġimgħa tal-21 ta' Ġunju 2024?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fi tmiem tal-ġimgħa msemmija l-mediċina Ondansetron kienet disponibbli fiċ-Ċentri tas-Saħħa, ħlief fil-Furjana HC Treatment Room għal perijodu qasir sakemm l-istokk ġie rifornut mill-ġdid.

Wied il-Qlejgħa — Xogħlijiet ta' tiswija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslu x-xogħlijiet ta' tiswija f'Wied il-Qlejgħa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nirreferi għall-ispjega li tajt fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14426, ninsab infurmata li x-xogħol baqa’ għaddej b’mod konsistenti u s’issa saru 141 pile tul ta’ 13-il metru l-wieħed. Il-pjan hu li x-xogħol jibqa’ għaddej fix-xhur tas-sajf.

Ir-Rabat Malta — Wied ta’ Santa Katerina - Xogħol ta’ tindif

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta se tibda tiġi mnaddfa l-muntanja ta' terrapien li ffurmat fiż-żona tal-Wied ta' Santa Katerina, fir-Rabat, fejn hemm il-barriera?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ir-Rabat u l-Imġarr Malta — Għalf tal-ġrieden

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fl-inħawi tar-Rabat u l-Imġarr mhux qed isir għalf tal-ġrieden (mid-dipartiment responsabbli mis-sanità) biex tonqos il-popolazzjoni ta' ġrieden u firien li dejjem qed tikber u li qed twassal għal ħsara fil-prodott agrikolu u anke fl-apparat użat mill-bdiewa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li ħaddiema mit-Taqsima tal-Pest Control Unit fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali wettqu diversi trattamenti għall-kontra l-ġrieden fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta. Matul dawn l-aħħar tlett xhur intużaw madwar elf (1,000) pakkett ta’ kimika għat-trażżin tal-ġrieden u firien f’żoni differenti fl-inħawi tar-Rabat u madwar disa mija u ħamsin (950) pakkett ta’ kimika għat-trażżin tal-ġrieden u firien f’żoni differenti madwar l-Imġarr u li bihom saru t-trattamenti meħtieġa għal kontra l-ġrieden u firien. Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jżomm ukoll kuntatt regolari mal-Għaqda Bdiewa fejn dawn jiġu nfurmati fejn ikunu saru it-trattamenti. L-istess Għaqda Bdiewa tgħaddi ukoll lid-Direttorat iż-żoni l-iktar problematiċi u fejn imbagħad f’dawn iż-żoni jsir trattament meħtieġ immedjat.

Ir-Rabat u l-Imġarr Malta — Għalf tal-ġrieden

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fl-inħawi tar-Rabat u l-Imġarr mhux qed isir għalf tal-ġrieden (mid-dipartiment responsabbli mis-sanità) biex tonqos il-popolazzjoni ta' ġrieden u firien li dejjem qed tikber u li qed twassal għal ħsara fil-prodott agrikolu u anke tal-apparat użat mill-bdiewa?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Grawnds tal-futbol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal l-agreement li kien ippreżentat u ffirmat biex il-klabbs li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ikollhom grawnd tagħhom wara li nbena wieħed ġdid għall-klabb li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Mellieħa – Proġett tal-bajja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu approvax li jsiru l-kurduni tal-metall madwar is-soft areas tal-proġett il-ġdid tal-bajja tal-Mellieħa u jekk dawn hux ser jitħallew peress li huma ta’ periklu kbir??

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

CDAU — Lift

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-uniku lift fiċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) mhux jaħdem? Jista’ jara li din il-problema tiġi ttrattata b’urġenża peress li diversi ġenituri qed jispiċċaw iġorru t-tfal tagħhom erba’ sulari taraġ?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li dan l-imsemmi lift qed jaħdem.

Ċentru tas-Saħħa Rabat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser ikun lest iċ-Ċentru tas-Saħħa, Rabat?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li huwa ippjanat li ċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat se jerġa’ jibda jilqa’ l-pazjenti lejn l-aħħar tal-Q4-2024. Sadanittant ir-residenti qegħdin jinqdew miċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi u ta’ B’Kara kif elenkat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19452.

Ċentru tas-Saħħa Rabat — Appuntamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn qed isiru l-appuntamenti li ġew imċaqalqa miċ-Ċentru tas-Saħħa Rabat u x’ħinijiet qed jingħataw għal dawn l-appuntamenti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li dawk li kienu qed jagħmlu użu mis-servizzi offruti miċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat issa qed jinqdew miċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi u ta’ B’Kara. Aktar informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Blood Glucose Monitors

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu intitolat għal Blood Glucose Monitor? Jista’ jgħid ukoll liema hi d-data tat-twelid li titqies bħala l-cut off date għall-persuni ta’ 45 sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif ħabbart meta nidejt l-estensjoni tas-servizz tal-Continuous Glucose Monitoring, il-persuni ntitolati huma: • Persuni li għandhom il-kundizzjoni tad-dijabete tip 1 (dipendenti fuq l-insulina) li għandhom età bejn 35 u 45 sena; • Persuni li minħabba mard relatat mal-frixa jiġu dipendenti fuq l-insulina; • Persuni li jbatu mill-kundizzjoni tad-dijabete matul it-tqala (Gestational Diabetes). B’hekk, il-Gvern qed jwettaq wegħda oħra hekk kif qed jestendi s-servizz tal-monitoraġġ tad-dijabete, mhux biss tat-tip 1 imma wkoll f'ċirkostanzi partikolari. Huwa mistenni li madwar 200 persuna ser jibbenefikaw għall-ewwel darba minn dan is-servizz, li qed jsir b'investiment ta' aktar minn miljun ewro. Għar-rigward tal-cut off date marbuta mal-età ta’ 45 sena, din għandha tfisser li kull persuna li għad għandha sa 45 sena, li jfisser sad-data qabel tagħlaq 46 sena.

IVF – Rimbors

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu intitolat għal rimbors tas-sessjonijiet u trattamenti relatati mal-IVF għal dawk li jkunu siefru barra minn Malta?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-estensjoni tar-rimbors tal-mediċini tal-IVF hija għal dawk il-ġenituri prospettivi li għamlu l-proċedura fil-kliniċi privati liċenzjati f’Malta, kif approvati mill-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun.