Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan għar-rilokazzjoni ta' pazjenti mill-Isptar Mount Carmel? Jista’ jgħid ukoll fejn ser ikunu rilokati dawn il-pazjenti u jagħti t-time-frames involuti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li għaddejjin diskussjonijiet biex tinstab residenza alternattiva adattata għall-pazjenti tagħna li tissodisfa l-bżonnijiet tagħhom.
Ir-Rabat Malta — Wied ta’ Santa Katerina - Xogħol ta’ tindif
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20241 u tgħid meta se tibda tiġi mnaddfa l-muntanja ta' terrapien li ffurmat fiż-żona tal-Wied ta' Santa Katerina, fir-Rabat, fejn hemm il-barriera?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Pazjenti li qegħdin jistennew operazzjoni tal-katarretti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20244 u jgħid kemm hemm pazjenti li qegħdin jistennew operazzjoni tal-katarretti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hawn 243 persuni li qed jistennew appuntament għall-operazzjoni tal-kataretti u li ilhom aktar mill-perjodu stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk il-persuni li l-perjodu ta’ stennija qabeż dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent qed jingħataw preferenza biex l-operazzjoni ssir f’Mater Dei jew fi sptar privat fl-iqsar żmien possibbli. F’kull każ fejn l-operazzjoni ssir fi sptar privat, din titħallas mill-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-għażliet ta' marki mal-art fit-triq (road markings) quddiem garaxx biex jindikaw 'no parking' u t-tifsira kompleta tagħhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żebgħa u s-sinjali relatati mal-aċċessi tal-garaxxijiet isiru skont S.L 65.11 li tgħid:
Art 77 (2):
"Ebda persuna ma għandha tipparkja jew tħalli bla għassa xi vettura bil-mutur b'dak il-mod li ma tħallix xi vettura bil-mutur ta' persuna oħra milli jkollha dħul jew ħruġ libertu għal jew minn xi post użat u mmarkat b'mod ċar bħala garaxx bil-kelma 'GARAXX LI QED JINTUŻA"
u
Art 77 (4):
"Ebda persuna ma għandha tiżbogħ jew iġġiegħel li jinżebgħu xi marki tal-karreġġata fuq kull naħa tat-triq quddiem id-dħul jew il-ħruġ ta' xi fond immarkat bħala garaxx:
Iżda l-Awtorità tista' tapprova ż-żbiegħ ta' sinjali sofor doppji fuq kull naħa jew naħa waħda talfond immarkat bħala garaxx jew fuq in-naħa opposta tat-triq biex tiżgura d-dħul u l-ħruġ bla ebda periklu ta' vettura bil-mutur fi u minn dak il-garaxx"
Għaldaqstant, ġaladarba l-garaxx ikun qed juri t-tabella “Garage in Use”, dan huwa suffiċjenti sabiex ħadd ma jkollu dritt jimblokka l-aċċess u l-Awtorità għandha dritt tapprova linji sofor mal-ġenb jew faċċata tal-garaxx.”
Jista' l-Ministru jgħid għaliex m’għadhomx jiġu mmarkati kaxxi sofor ġodda u lanqas isir refreshing quddiem bibien ta’ garaxxijiet privati biex ma jkunx jista’ jsir parkeġġ quddiemhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żebgħa u s-sinjali relatati mal-aċċessi tal-garaxxi isiru skont S.L 65.11 li tghid:
Art 77 (2):
"Ebda persuna ma għandha tipparkja jew tħalli bla għassa xi vettura bil-mutur b'dak il-mod li ma tħallix xi vettura bil-mutur ta' persuna oħra milli jkollha dħul jew ħruġ libertu għal jew minn xi post użat u immarkat b'mod ċar bħala garaxx bil-kelma 'GARAXX LI QED JINTUŻA"
u
Art 77 (4):
"Ebda persuna ma għandha tiżbogħ jew iġġiegħel li jinżebgħu xi marki tal-karreġġata fuq kull naħa tat-triq quddiem id-dħul jew il-ħruġ ta' xi fond immarkat bħala garaxx:
Iżda l-Awtorità tista' tapprova ż-żbiegħ ta' sinjali sofor doppji fuq kull naħa jew naħa waħda talfond immarkat bħala garaxx jew fuq in-naħa opposta tat-triq biex tiżgura d-dħul u l-ħruġ bla ebda periklu ta' vettura bil-mutur fi u minn dak il-garaxx"
Għaldaqstant, ġaladarba l-garaxx ikun qed juri t-tabella “Garage in Use”, dan huwa suffiċjenti sabiex ħadd ma jkollu dritt jimblokka l-aċċess u l-Awtorita’ għandha dritt tapprova linji sofor mal-ġenb jew faċċata tal-garaxx.
Imbagħad, nirreferu ukoll għal kaxxi sofor li ġieli jsiru quddiem l-aċċess għall-garaxxi. Apparti li skont S.L. 65.11, dawn il-kaxxi sofor m’humiex kunsidrati bħala linji relatati ma’ projbizzjoni ta’ parkeġġ quddiem garaxx, skont S.L. 65.05, kaxxa bajda u kaxxa safra għandhom l-istess użu, allura dak ta’ parkeġġ. Għaldaqstant, fl-interpretazzjoni tal-Awtorita’, meta jkun hemm kaxxa safra quddiem garaxx ifisser li wieħed jista’ jipparkja u din tista’ tkun ta’ kunflitt ma’ art 77 ta’ S.L. 65.11 meta jkun hemm it-tabella “Garage in Use” u allura wieħed ma jistax jimblokka l-aċċess.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-servizzi li qed jiġu jew se jibdew jiġu offruti fiċ-Ċentru Vincent Moran, Raħal Ġdid? Meta bdew jew ser jibdew?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li 24 servizz se jibdew jiġu offruti mal-ftuħ taċ-Ċentru Reġjonali tas-Saħħa Vincent Moran. Huwa ppjanat li numru ta’ servizzi oħra jiġu miżjuda ġo fażijiet 'l quddiem.
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal-lista ta’ servizzi li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet għall-estensjoni tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà ġie mħabbar fl-aħħar ġimgħat ta’ Mejju, il-pjan tal-Gvern fit-tul huwa li l-Emerġenza mistennija li tikber b’żieda ta’ sular u anki espansjoni oħra fuq barra sabiex minn 30 cubicle ikun hemm 70 cubicle. B’baġit ta’ aktar minn €17-il miljun, din l-inizjattiva għandha l-għan li tilħaq il-bżonnijiet tal-kura tas-saħħa ta’ Malta għall-20 sena li ġejjin.
Sptar Mater Dei – Ħaddiema fl-estensjoni tal-Emerġenza
Question
Jista' l-Ministru jgħid ġewx identifikati t-tobba u l-infermiera li ser ikunu qed jaħdmu fl-estensjoni tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jagħti mportanza assoluta li jkompli jkabbar is-servizzi tas-saħħa u ma joqgħodx lura milli aktar professjonisti jiġu mħarrġa biex jispeċjalizzaw u jimpjega aktar professjonisti skont il-ħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-bini tal-parkeġġ għall-ħaddiema tal-Isptar Mater Dei?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li bħalissa qed isir xogħol fuq żewġ parkeġġi biswit Mater Dei. Qed isiru diskussjonijiet u tħejjijiet biex isir multistorey carpark u kif ukoll mistenni li jkun hemm parkeġġ ieħor faċċata tal-Onkoloġija li mistenni li jibda x-xogħol fuqu fit-tielet kwart ta’ din is-sena.
L-Isptar Mater Dei – Operazzjonijiet ta’ partial knee replacement
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li qegħdin jistennew operazzjonijiet ta’ partial knee replacement?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hawn 107 persuni li qed jistennew appuntament għal partial knee replacement u li ilhom aktar mill-perjodu stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk il-persuni li l-perjodu ta’ stennija qabeż dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent qed jingħataw preferenza biex l-operazzjoni issir f’Mater Dei jew fi sptar privat fl-iqsar żmien possibbli. F’kull każ fejn l-operazzjoni ssir fi sptar privat, din titħallas mill-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li qegħdin jistennew l-operazzjoni barjatrika fl-Isptar Mater Dei?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hawn 44 persuna li qed jistennew appuntament għal operazzjoni barjatrika u ilhom aktar mill-perjodu stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk il-persuni li l-perjodu ta’ stennija qabeż dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti qed jingħataw preferenza biex l-operazzjoni issir f’Mater Dei jew fi sptar privat fl-iqsar żmien possibbli. F’kull każ fejn l-operazzjoni ssir fi sptar privat, din titħallas mill-Gvern.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20168 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Intrapriża u l-Proġetti Strateġiċi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fiex wasal l-agreement li kien ippreżentat u ffirmat biex il-klabbs li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ikollhom grawnd tagħhom wara li nbena wieħed ġdid għall-klabb li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.