Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-baġit għas-servizzi fil-kura primarja 2024, kif kien imqassam u kemm minnu ntefaq?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ewwel parti tal-Mistoqsija tinsab fl-Estemi tal-2024 li diġà tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninsab infurmat illi sat-23 ta’ Ottubru, in-nefqa kienet tammonta għal €52,260,155.
Anzjani — Lista ta’ stennija f’residenza tal-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti fi djarhom jistennew post f’residenza tal-anzjani sal-aħħar ta’ Settembru 2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li hemm erbatax-il anzjan (14) li qed jistennew post f’ San Vinċenz de Paul u elf erba’ mija u wieħed-il-anzjan (1,401) fi djarhom li qegħdin jistennew post f’residenza tal-anzjani sal-aħħar ta’ Settembru 2024 minn naħa tal-Anjanitá Attiva u Kura fil-Komunità.
Operazzjoni Partial Knee Replacement – lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew operazzjoni ta’ partial knee replacement sal-aħħar ta’ Settembru 2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li ngħataw aktar fondi sabiex minn Lulju ’l hawn bdew isiru extra sessions għall-knee u hip replacements. Apparti dawk li normalment isiru fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali t’ Għawdex, extra sessions qed isiru kull nhar ta’ Ħamis u kull nhar ta’ Ħadd fi sptar privat u darba fil-ġimgħa extra fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. B’hekk il-91 pazjent li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti, kif ukoll persuni oħra li jinħtieġu dawn l-operazzjonijiet, il-perjodu ta’ stennija dejjem ikompli jonqos.
Sptar Mater Dei – Operazzjoni Barjatrika – lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew operazzjoni barjatrika fl-Isptar Mater Dei sal-aħħar ta’ Settembru 2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li 52 pazjent ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti. Ikun hemm diversi raġunijiet għala l-perjodu ta’ stennija ikun itwal minn dak stipulat. Nassigura lill-Onor. Interpellant li kull fejn ikun hemm każ urġenti, din l-operazzjoni ssir fl-iqsar żmien possibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il inkubatur hemm fl-NPICU fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jgħid jekk dan l-ammont ilaħħaqx mad-domanda?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fis-sala tat-trabi li għandhom bżonn kura intensiva (NPICU) għandna 27 inkubatur. Bħalissa qed naraw aktar trabi li għandhom bżonn kura intensiva u qed jintużaw kważi kollha.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsiru cubicles fid-Day Care Unit biex pazjenti li jkunu qed jiġu intervistati qabel proċedura jkunu fil-privatezza u mhux fuq siġġu f’kuritur?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18488 dwar il-petizzjoni ‘Diskussjoni għal sistema ta’ Traffic Management aħjar fi Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr’, jista’ l-Ministru jgħid x’ġie deċiż li jkun il-pass li jmiss?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta qiegħda tqis is-sitwazzjoni kurrenti, filwaqt li tinstab f’diskussjonijiet mal-Kunsill lokali sabiex tevalwa alternattivi siguri għaċ-ċirkostanza.
Ir-Rabat Malta – Triq Borg Olivier – Traffic Management ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx xi pjanijiet ġodda għal traffic management aħjar fi Triq Borg Olivier Rabat Malta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta fasslet pjan għall-immaniġġjar tat-traffiku aħjar f’parti minn Triq Borg Olivier ir-Rabat Malta, liema pjan jinvolvi wkoll xogħol fis-Saqqajja. Dan il-pjan qed jiġi dettaljat u ser issir konsultazzjoni pubblika u perjodu ta’ prova. Barra minn hekk, tali pjan ġie diskuss fit-Traffic Management Committee fi ħdan l-Awtorità għat-Trasport flimkien mal-Kunsill Lokali tar-Rabat.