Ħad-Dingli — Ġnien il-Ħaddiem u fi Ġnien il-Familja - Kanċelli tal-entraturi
Question
Fid-dawl li l-kanċell tal-entraturi ma’ Ġnien il-Ħaddiem u fi Ġnien il-Familja f’Ħad-Dingli nqalgħu, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jerġgħu jiġu installati, biex b’hekk ikun hemm miżuri ta’ sigurtà?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli li l-kanċell ta’ Ġnien il-Ħaddiem għadu fil-post u jingħalaq kuljum filwaqt li Ġnien il-Familja ma kellux kanċelli.
Sptar Mater Dei — Ħaddiema tal-G4S - Ħlas għall-parkeġġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser tibqa’ l-prassi li ħaddiema tal-G4S fl-Isptar Mater Dei jħallsu tal-parkeġġ waqt li jkunu qed jaqdu dmirijiethom fuq il-post tax-xogħol bħal ħaddiema l-oħrajn?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hemm kuntratt bejn l-Isptar Mater Dei u l-kumpanija G4S u dan qed jiġi onorat.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma hemmx podjatra full time fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għad-detriment tal-pazjenti fl-isptar speċjalment dawk il-pazjenti li jdumu rikoverati fl-istess sptar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fil-preżent, is-servizz ta’ podjatrija għall-pazjenti fis-swali kollha tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex qed jiġi pprovdut minn podjatra fuq bażi regolari w skond il-bżonn. Il-pazjenti li jdumu rikoverati fl-Isptar qed isirilhom assesjar ibbażat fuq kriterji inkluż il-frekwenza stabiliti mill-istess podjatra/i responsabbli minn dan is-servizz.
Rabat, Malta — Triq Ħad-Dingli, Triq Nutar F. Catania, Triq Ħal Tartarni, Triq San Trofimu, Triq Sant’Aristarku, Triq Vincenzo Ciappara - Xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru tagħti time frame tax-xogħlijiet li qed isiru mill-Enemalta fiż-żona ta’ Triq Ħad-Dingli, Triq Nutar F. Catania, Triq Ħal Tartarni, Triq San Trofimu, Triq Sant’Aristarku, Triq Vincenzo Ciappara, fir-Rabat, Malta? Tista’ tgħid ukoll x’tip ta’ xogħlijiet qed isiru u jekk hux ser isir re-surfacing tat-toroq kollha?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Enemalta poġġiet cables ġodda biex tkompli ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fiż-żona indikata. Infurmata li għada fadal isiru l-aħħar xogħlijiet ta’ tqegħid ta’ cables fi Triq Ħad Dingli li għandhom jitlestew fil-jiem li ġejjin u wara jkun jista’ jingħata l-asfalt skont il-permessi ta’ Transport Malta.
Sptar Mater Dei – Dipartiment tad-dentistrija – lista ta’ stennija għal appuntamenti follow-up
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21330 u jgħid kemm hi l-lista ta’ stennija għal appuntament follow-up fid-Dipartiment tad-Dentistrija tal-Isptar Mater Dei?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li bħalissa, hemm 95 persuna jistennew appuntament għall-follow-up fid-dipartiment tad-dentistrija, u ilhom jistennew aktar mill-perjodu stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent. Ikun hemm bosta’ raġunijiet għala dan il-perjodu jinqabeż.
Nassigura lill-Onor. Interpellant li jsir kull sforz sabiex f’każijiet urġenti ma jkun hemm ebda dewmien biex dan isir.
Biex il-perjodu tal-istennija dejjem ikompli jonqos, inbdew sessjonijiet extra filgħaxijiet.
Sptar Mater Dei – Dipartiment tad-Dentistrija — lista ta’ stennija għal appuntamenti ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21329 u jgħid kemm hi l-lista ta’ stennija għal appuntament ġdid fid-Dipartiment tad-Dentistrija tal-Isptar Mater Dei għall-adulti u għat-tfal?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li bħalissa, hemm 2,394 persuna jistennew għal appuntament ġdid fid-dipartiment tad-dentistrija, u ilhom jistennew aktar mill-perjodu stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent. Ikun hemm bosta’ raġunijiet għala dan il-perjodu jinqabeż.
Nassigura lill-Onor. Interpellant li jsir kull sforz sabiex f’każijiet urġenti ma jkun hemm ebda dewmien biex dan isir.
Biex il-perjodu tal-istennija dejjem ikompli jonqos, inbdew sessjonijiet extra filgħaxijiet u hemm il-ħsieb li toħroġ espressjoni ta’ interess biex isiru sessjonijiet fil-privat.
Ir-Rabat, Malta — Barriera fil-limiti ta’ Santa Katerina
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21349, tista’ l-Ministru tgħid x'ser ikunu l-passi li ser jittieħdu biex il-muntanja ta' ġebel u skart li qiegħda dejjem tikber f'Santa Katerina, r-Rabat Malta (ex-barriera), ma tibqax tikber?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 20464.
Sptar Mater Dei — Uniformijiet lill-Professjonisti tas-Saħħa
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21344, jista’ l-Ministru jgħid meta lill-professjonisti tas-saħħa tal-allied health professionals fl-Isptar Mater Dei ser jingħataw l-uniformijiet wara li kellhom jistennew snin biex ittieħdu l-qisien u issa ilhom xhur li ttieħdu dawn il-qisien?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li skond id-dati stipulati mit-tender, l-unifomijiet bdew il-process ta’ importazzjoni lejn Malta u li dan l-perjodu sa jieħu bejn erba u ħames gimgħat. Għalhekk d-data tal-kunsenja hija mistennija matul Novembru 2024.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ma ngħatax ħrieqi u ‘inco-sheets’ f’Lulju 2024 meta kien ġie mwiegħed li se jeħodhom b’lura minħabba n-nuqqas ta’ meta kien hemm żmien li kienu out of stock?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi l-individwu li qed jagħmel għalih referenza l-Onor Interpellant saret komunikazzjoni miegħu u li l-provvista tax-xahar ta’ Lulju ngħatat lill-individwu kif instab prodott adattat mill-fornitur tal-prodotti tal-inkontinenza. Ninsab infurmat ukoll li l-klijent qiegħed jingħata l-provvista ta’ kull xahar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21373 u jgħid meta se jsiru cubicles fid-Day Care Unit biex pazjenti li jkunu qed jiġu intervistati qabel proċedura jkunu fil-privatezza u mhux fuq siġġu f’kuritur?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'kull każ ta' storja u/jew eżami ta`pażjent, il-professjonisti jieħdu nkunsiderazzjoni li jassiguraw l-aspett ta’ kunfidenzjalità u l-privatezza tal-pazjent. Meta il-każ jitlob ċertu kunfidenzjalità aktar ristretta, l-intervista’ ssir f’post magħluq.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21350, tista' l-Ministru tgħid l-vawċers li skadew, x'se jsir/x'sar minnhom il-fondi tagħhom?
Response (DALLI, MIRIAM)
Hekk kif stipulat fir-regolamenti li jirregolaw l-Iskema, leġiżlazzjoni sussidarja 549.134, l-Operatur għandu jżomm u jopera kont separat għar-rifużjoni ta’ depożiti, li jirreġistra l-movimenti finanzjarji kollha tal-irċevuti u l-pagamenti tad-depożitu mill-operatur.
Vawċers għar-rifużjoni tad-depożiti li, għal kwalunkwe raġuni, ma jiġux mifdija fi żmien tnax (12)-il xahar mid-data tal-ħruġ, jiġu meqjusa bħala dħul li għandu jerġa’ jiġi ri-investit għall-ġestjoni u l-operat tal-Iskema.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18758 u 21355 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18488 dwar il-petizzjoni ‘Diskussjoni għal sistema ta’ Traffic Management aħjar fi Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr’, jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-istakeholders li ltaqa’ magħhom il-Ministeru?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21353 u l-mistoqsija parlamentari 20168 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u l-Proġetti Strateġiċi u jgħid fiex wasal l-agreement li kien ippreżentat u ffirmat biex il-klabbs li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ikollhom grawnd tagħhom wara li nbena wieħed ġdid għall-klabb li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamnetari 21334 u jgħid jekk il-ward ‘temporanju’ MIU 1, hux ser jibqa’ jopera b’mod permanenti u jekk iva, x’inhu l-pjan biex ikun hemm aktar dinjità għall-pazjenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MIU 1 hi "Major Incident Unit" u li bħalissa qed jinbidel l-iskop tal-użu tagħha għal "short stay unit" biex fiha tilqa’ pazjenti li għandhom bżonn kura qasira.
Sptar San Luqa — Proġett ta’ Dipartiment ta’ Outpatients
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsja parlamentari 21333, jista' l-Ministru jgħid meta ser jitħabru d-dettalji tal-proġett ta’ dipartiment ġdid ta’ Outpatients fejn qabel kien hemm l-Isptar San Luqa, u meta hu ppjanat li jinfetaħ għall-pubbliku?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji jitħabru fil-ħin propizju.
Sptar Mater Dei – ward ġdida għall-kura tas-saħħa mentali
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsja parlamentari 21332, jista' l-Ministru jgħid meta ser jitħabru d-dettalji tal-ward ġdida għall-kura tas-saħħa mentali fl-Isptar Mater Dei, meta ser tinfetaħ u f’liema parti tal-isptar ser tkun?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji jitħabru fil-ħin propizju.
Ir-Rabat — Vjal Ħaddiem u Triq Ħad-Dingli - Manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser issir manutenzjoni preventiva tal-gutters fi Vjal Ħaddiem u Triq Ħad-Dingli fir-Rabat (Malta) wara li ammont minnhom qed jisfrondaw?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Ħad Dingli u Vjal Ħaddiem huma amministrati mill-Kunsill Lokali tar-Rabat.
Jista’ l-Ministru jgħid x'qed isir biex is-sitwazzjoni ta' ammont kbir ta' ħamiem preżenti fir-Rabat (Malta) tiġi kkontrollata, preċiżament ħdejn is-Saqqajja li qed ikun ta' detriment għar-residenti?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-baġit għas-servizzi tas-saħħa mentali 2024, kif kien imqassam u kemm minnu ntefaq?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ewwel parti tal-Mistoqsija tinsab fl-Estemi tal-2024 li diġà tpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.
Ninsab infurmat illi sa l-aħħar ta’ Settembru, in-nefqa kienet tammonta għal €56,214,876.