Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tqegħid ta’ pjanti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx struzzjonijiet jew standards of practice ta’ kif isir tqegħid ta’ pjanti ġo pots f’toroq dojoq li huma miftuħa għat-traffiku?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tawtorizza pjanti u siġar f’toroq residenzjali skont il-parametri ġenerali għal street furniture. Dan filwaqt illi tikkunsidra l-applikazzjonijiet każ b’każ b’konformita mal-punti segwenti:  visibility analysis fil-każ ta’ siġar  id-distanza mil-kurduna (minn 450mm)  l-għoli tal-planters / shrubs (minn 600mm)  Li l-wisa` tal-bankina / passaġġ tkun aktar minn 1200mm Fil-każ fejn ikun hemm il-bżonn, l-Awtorità timxi wkoll ma parametri internazzjonali ohra.

Tqegħid ta’ planters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min japprova tqegħid ta’ planters f’toroq/sqaqien?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont l-Artikolu 7 ta’ Cap 499, ir-responsabbiltà li tawtorizza kwalunkwe ħaġa li tista’ teħel fuq wiċċ it-triq taqa’ taħt l-Awtorità għat-Trasport f’Malta.

Blue Badge — Każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex il-blue badge tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġiet revokata wara li kienet ilha tintuża għal żmien twil minn persuna li hija fil-bżonn?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Blue Badge tal-persuna msemmija ma ġietx imġedda fis-sena 2023 wara li sar l-assessjar mediku u ġie determinat li mhijiex eliġibbli skont il-kriterji elenkati fil-premessa numru 13 ta’ Kap. 560 (Att biex jipprovdi għal Konċessjonijiet ta’ Parkeġġjar għal Persuni b’Diżabilità). Huwa indikat li l-persuna msemmija appellat din id-deċiżjoni, liema deċiżjoni ġiet ikkonfermata mill-Bord tal-Appell pertinenti.

Grawnds tal-futbol

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21353, 21997 u 22524 u jgħid fiex wasal l-agreement li kien ippreżentat u ffirmat biex il-klabbs li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ikollhom grawnd tagħhom wara li nbena wieħed ġdid għall-klabb li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li saru l-pjanti u l-kunċett ta’ kif għandu jiġi dan il-proġett qegħdin fil-fażi fejn il-ministeru qiegħed jistenna riskontru mill-klabb tal-futbol ikkonċernat sabiex tiġi stabbilita l-aħjar triq 'il quddiem.

Sptar Mater Dei — Ħaddiema tal-G4S - Parkeġġ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22573, jista’ l-Ministru jgħid x’hemm fil-kuntratt imsemmi bejn l-Isptar Mater Dei u l-kumpanija G4S fir-rigward ta’ ħlas ta’ parkeġġ mill-ħaddiema?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġa weġibt għall-mistoqsija paralmentari 22573, l-Isptar Mater Dei jonora l-kuntratt li hemm mal-kumpanija G4S. Ninsab infurmat li l-Management tal-Isptar ma jidħolx fir-rigward tar-relazzjoni bejn il-G4S u l-ħaddiema tal-kumpanija sakemm ma jkunx hemm ksur tal-istess kuntratt.

BCRS — Vawċers li ma ġewx msarrfa u kontenituri li ma ġewx ritornati

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22581 u tagħti ċ-ċifra ta’ flus li baqgħu għand il-kumpanija BCRS minn vawċers li ma ġewx imsarrfa u kontenituri li ma ġewx ritornati mill-bidu tal-iskema sal-lum u fejn dawn il-flus ġew ri-investiti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li, fil-perjodu minn meta bdiet l-iskema sal-aħħar ta’ Settembru 2024, il-valur tal-vawċers li baqgħu ma ssarfux, wara li skadiet sena mid-data meta nħarġu, ammonta għal €345,216. Id-dħul mill-kontenituri mhux ritornati jiġi stabbilit ladarba s-sena finanzjarja tiġi pubblikata. Dawn il-flus ġew investiti fix-xiri ta’ aktar makkinarju, biex jittejjeb l-operat u spejjeż relatati mal-impjant ta’ Ħal Far, kif ukoll investimenti oħrajn meħtieġa skont kif permess mil-leġiżlazzjoni sussidjarja 549.134.

Sptar Mater Dei — Kura tas-Saħħa Mentali akuta u kronika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22579 u jgħid għaliex fid-diskorsi qabel il-baġit issemma ward/wards għal kura tas-saħħa mentali akuta u kronika fl-Isptar Mater Dei u fil-baġit issemma biss kura psikjatrika akuta f’Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Unit tas-Saħħa Mentali ġo Mater Dei se tkun tilqa fiha persuni li jsofru min kundizzjonijiet psikjatriċi li jkunu ppreżentaw b’mod akut. Skond il-prassi tal-kura psikjatrika moderna, iż-żmien li dawn il-pazjenti idumu l-isptar għandu jkun l-iqsar żmien possibli, bil-kumplament tal-kura tingħata fil-komunitá.

Ir-Rabat, Malta – Triq tat-Tabija — Traffic calming measures

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22593 u jgħid jekk hux se jsiru xi tip ta’ traffic calming measures fi Triq tat-Tabija, ir-Rabat, Malta, minħabba n-numru ta' inċidenti f’residenzi privati minħabba veloċità eċċessiva?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta ħarġet awtorizzazzjoni għall-upgrade tal-parti t’isfel ta’ Triq it-Tabija kantuniera ma’ Vjal il-Ħaddiem, kif ukoll għamlet rakkomandazzjonijiet għall-parti ta’ Triq it-Tabija li tkompli għal Triq l-Għeriexem sabiex ikun hemm upgrade fit-traffic management u allura fir-rigward tas-sigurtà fl-użu tat-Triq.

Ir-Rabat, Malta – Triq tat-Tabija — Traffic calming measures

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsiru xi tip ta’ traffic calming measures fi Triq tat-Tabija, ir-Rabat, Malta, minħabba n-numru ta' inċidenti f’residenzi privati minħabba veloċità eċċessiva?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Rabat, Malta — Triq il-Fidloqqom - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitlestew ix-xogħlijiet fi Triq il-Fidloqqom, fir-Rabat, Malta u l-madwar?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq Fidloqqom jagħmlu parti minn sensiela ta’ xogħol f’toroq fir-Rabat li huma mistennija li ikunu lesti s-sena d-dieħla.

Imġarr — Ċimiterju - Xogħlijiet ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni fiċ-ċimiterju tal-Imġarr u meta ser jitlestew?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi sal-lum ġew iffinanzjati x-xogħlijiet fuq ir-restawr tal-ħajt tal-konfini, il-pilastri tal-bieb u l-kanċell il-ġdid ġie nstallat il-ġimgħa l-oħra. Qed isiru xogħlijiet fuq il-pedament fejn kien waqa’ l-ħajt minħabba maltempata qawwija u huwa stmat li x-xogħolijiet kollha jiġu ffinalizzati sa tmiem is-sena.

Sptar Mater Dei — Kura tas-saħħa mentali akuta u kronika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fid-diskorsi qabel il-baġit issemma ward/wards għal kura tas-saħħa mentali akuta u kronika fl-Isptar Mater Dei u fil-baġit issemma biss kura psikjatrika akuta f’Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

BCRS — Fliexken li ma ġewx ritornati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm fliexken inbiegħu u għalhekk tħallset 10c fuqhom u ma ġewx ritornati fil-BCRS minn meta bdiet topera l-iskema? Tista’ tagħti valur ta’ kemm inbiegħu fliexken minn meta bdiet topera l-iskema u kemm inġabru? F’każ ta’ fliexken li ma jaslux fil-magni tal-BCRS, tista’ l-Ministru tgħid x’jiġri minn dik il-miżata mħallsa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 21350 u 21992, inżid ninfurmah li mill-14 ta’ Novembru 2022 sal-aħħar ta’ Settmbru li għadda tpoġġew fis-suq 513,506,819 kontenitur tax-xorb.

BCRS — Vawċers li ma ġewx msarrfa u kontenituri li ma ġewx ritornati

Question

Tista’ l-Ministru tagħti ċ-ċifra ta’ flus li baqgħu għand il-kumpanija BCRS minn vawċers li ma ġewx imsarrfa u kontenituri li ma ġewx ritornati mill-bidu tal-iskema sal-lum u fejn dawn il-flus ġew ri-investiti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

L-Imġarr Malta — Traffic Management - Petizzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18758, 21355 u 21996 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18488 dwar il-petizzjoni ‘Diskussjoni għal sistema ta’ Traffic Management aħjar fi Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr’, jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-istakeholders li ltaqa’ magħhom il-Ministeru?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi il-konsultazzjoni tkun saret waqt it-Traffic Management Committee. Dan il-kumitat huwa kompost minn diversi membri li jirrappreżentaw awtoritajiet, entitajiet, korporazzjonijiet u aġenziji – sabiex jagħtu l-kummenti tagħhom għall- kunsiderazzjoni tal-awtorità qabel l-implimentazzjoni tal-proposti mressqin. Din id-diskussjoni inkludiet ukoll il-Kunsill Lokali. Ninsab infurmat li d-diskussjonijiet għadhom għaddejin.

Grawnds tal-futbol

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21353 u 21997 u jgħid fiex wasal l-agreement li kien ippreżentat u ffirmat biex il-klabbs li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ikollhom grawnd tagħhom wara li nbena wieħed ġdid għall-klabb li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.