Legislature:
Category:
Reset
Active:

Shower oil — Out of stock

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23994, jista’ l-Ministru jgħid f’liema xhur u ġranet fis-sena 2024 ix-shower oil kien out of stock mill-POYC?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li għal xi jiem f’Diċembru ma kienx hemm shower oil daqs id-domanda. Din issolvit fi ftit jiem.

Mistura IRONP-C035 IRON PREPARATION SYRUP (Galfer 140mg/5ml oral solution)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-mistura IRONP-C035 IRON PREPARATION SYRUP (Galfer 140mg/5ml oral solution) tinbiegħ mill-Isptar Mater Dei għall-prezz ta' Euro 27.07 mentri fi spiżerija barra minn l-isptar tinbiegħ Euro 7.50?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li ittieħdet l-azzjoni neċessarja u ġiet rimedjata s-sitwazzjoni.

ART clinic – Xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'xogħlijiet ser ikunu saru fl-ART clinic fir-rinnovazzjoni li bħalissa qed issir?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nininsab infurmat li r-rinovar fis-Suite tat-Teatru tal-IVF u l-Laboratorji tal-Ipproċessar li jmissu miegħu kien jinkludi: 1. Żieda fil-footprint tal-Laboratorji tal-Ipproċessar biex jakkomodaw tagħmir ġdid state of the ART biex tiżdied il-kapaċità, biex tintlaħaq id-domanda. 2. Iż-żieda ta' Laboratorju tal-Ipproċessar ieħor – biex ikunu jistgħu jsiru servizzi kontinwi matul il-ħin obbligatorju ta' waqfien għall-proċeduri ta' validazzjoni. 3. L-istrutturar mill-ġdid komplet tal-internal environment fejn jidħlu air pressure cascades, air changes u air filtration biex tiġi żgurata l-kwalità u s-sigurtà f'konformità mal-ħtiġijiet stretti tal-Liċenzjar u r-Regolamentazzjoni. 4. Installazzjoni ta' tagħmir u strumenti ta' monitoraġġ biex tiġi protetta s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema u tal-ongoing processes. 5. Tibdil tat-tagħmir (equipment) kritiku - total ta' 22 sejħa għal tender ġew ippubblikati għal 92 biċċa tagħmir - kollha ġew awarded. 6. Sar Reklutagg u taħriġ ta' personnel ġdid, qed nibnu fuq it-Talent Malti u nippromwovu Professjoni ġdida - dik tal-Clincial Embryologist. Erba' (4) Embryolgist Trainees Maltin qed jieħdu taħrig. Waħda minnhom laħqet kompetenza sħiħa - oħra hija fl-aħħar sena tagħha biex tikkonkludi fl-2025 u oħrajn (2) għandhom ilestu t-taħriġ fl-2026.

Ir-Rabat, Malta — Triq Borg Olivier - Miżuri tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu preżentement biex ma jinqabadx it-traffiku waqt ħinijiet tal-iskejjel fi Triq Borg Olivier, ir-Rabat Malta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta ħejjiet żewġ proposti differenti sabiex tiġi mtejjba l-effiċjenza ta’ Triq Borg Olivier. Dawn il-proposti qegħdin jiġu analizzati u evalwati bir-reqqa, kemm mill-perspettiva teknika kif ukoll mill-impatt tagħhom fuq il-fluss tat-traffiku u r-residenti. L-għan huwa li tiġi identifikata l-aħjar soluzzjoni li tissodisfa l-bżonnijiet ta’ din il-lokalità filwaqt li tippromwovi mobbilità aktar sostenibbli. Fl-istess waqt, trid tiġi enfasizzata l-htieġa tad-diskussjonijiet u konsultazzjonijiet mal-Kunsill Lokali tar-Rabat huma essenzjali sabiex jiġu kkunsidrati l-fehmiet tal-komunità lokali u biex jiġi żgurat li l-proposta finali tirrifletti l-ħtiġijiet tar-residenti u l-viżjoni tal-lokalità.

Transgender services — Fondi mnaqqsa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22578 u jgħid fuq liema kuntest naqsu bin-nofs il-fondi għal transgender services mill-Baġit 2024 għal Baġit 2025?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-fondi allokati għas-sena 2025 huma suffiċjenti għas-servizzi kollha li huma ppjanati. Dawn ma jinkludux is-salarji tal-professjonisti għax dawn jitħallsu minn line votes oħra.

Grawnd tal-futbol — Laqgħat

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22641, jista’ l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar laqgħat mal-klabb li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, rigward il-grawnd tal-futboll u x'ħareg minn din il-laqgħa?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà rrispondejt f'mistoqsija parlamentari 22641, il-Ministeru qed jistenna riskontru mill-Klabb tal-Futbol ikkonċernat.

Sptar Mater Dei — Livell -1 - Testijiet fuq il-kwalità tal-arja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk qatx saru testijiet fuq il-kwalità tal-arja u preżenza ta' moffa fi kliniċi u swali li jinsabu fil-livell -1 fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jgħid ukoll fejn saru u meta?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li t-testijiet fuq il-kwalità tal-arja u preżenza ta' moffa issir fit-Teatri tal-operazzjonijiet kollha fl-Isptar Mater Dei.

Allied health professionals — Uniformijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jaslu l-uniformijiet tal-Allied health professionals?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-fornituri nfurmaw lid-Dipartiment tas-Saħħa li l-kunsinna mistennija tasal Malta fit-18 ta’ Diċembru u tiġi kkunsinjata lid-Dipartiment fil-bidu tas-sena.

Settur pubbliku — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien it-total ta' ħaddiema mas-settur pubbliku minn l-2010 sal-2024, maqsuma sena b'sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat kif ġej il-figuri bħala persentaġġ ta’dawk li jaħdmu fuq bażi nazzjonali mill-2010 sal-2024: SENA SETTUR PUBBLIKU SETTUR PRIVAT 2010 27% 73% 2011 27% 73% 2012 27% 73% 2013 26% 74% 2014 26% 74% 2015 25% 75% 2016 24% 76% 2017 23% 77% 2018 22% 78% 2019 21% 79% 2020 22% 78% 2021 21% 79% 2022 19% 81% 2023 18% 82% 2024* 18% 82% * Sa April 2024

Każ ta’ anzjana

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex persuna anzjana li tgħix fl-Imtarfa Home, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ħallset ta' dentatura ’l fuq min 7 xhur ilu u għadha ma ngħatax id-dentatura?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Servizz ta’ ambulanzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ambulanzi li jagħtu servizz lis-settur tas-saħħa fil-mument? Jista’ jgħid kemm minnhom huma tal-Gvern u kemm minnhom huma mikrija?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex hemm total ta’ 17-il ambulanza. 12-il ambulanza huma tas-servizz pubbliku u 5 huma mikrija.

Sewwieqa u paramediċi fuq l-ambulanzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu bħala sewwieqa u paramediċi fuq l-ambulanzi? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma ħaddiema tal-Gvern u kemm minnhom huma tal-kuntrattur?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li hemm 122 impjegat fis-servizz pubbliku li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fi grad ta’ Emergency Ambulance Responders.

Sptar Mater Dei — Carers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu bħala carers fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom huma impjegati ma’ xi kuntrattur?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li hemm 237 impjegat fis-servizz pubbliku li jaħdmu fl-MDH u fis-SAMOC fi grad ta’ Health Carer II u Senior Health Carer. Ma’ dawn hemm 1,015-il Carer impjegati mal-kuntrattur li jaħdmu fl-istess sptarijiet, fuq bażi ta’ xiftijiet.

Sptar Mater Dei — Receptionists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu bħala receptionists fl-Isptar Mater Dei, kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom huma impjegati ma xi kuntrattur?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li hemm 18-il impjegat fis-servizz pubbliku li jaħdmu fl-MDH u fis-SAMOC bħala receptionists. Ma’ dawn hemm 68 receptionist impjegati mal-kuntrattur li jaħdmu fl-istess sptarijiet, fuq bażi ta’ xiftijiet.