Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei — Estensjoni tal-emerġenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jinfetaħ il-proġett il-ġdid tal-estensjoni tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xahar l-ieħor ħareġ it-tender relatat mal-espansjoni u żvilupp tal-emerġenza fl-Isptar Mater Dei. It-tender jagħlaq lejn l-aħħar ta’ Marzu.

Sptar Mater Dei – Ingaġġ ta’ staff ġdid fl-Emerġenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie ingaġġat staff ġdid (infermiera u tobba) fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei fis-sena 2024 u kemm irriżenjaw jew ġew trasferiti mill-impjieg tagħhom mis-settur tal-Emerġenza?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Sptarijiet jew ċentri tas-saħħa — Każijiet ta’ nuqqas/negliġenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi rikjesti/kawżi fl-2024 li talbu għal kumpens minħabba każijiet ta’ nuqqas/negliġenza ta’ xi sptar jew ċentri tas-saħħa li tagħhom hu responsabbli l-Ministeru?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba hi fl-affermattiv.

Nuqqas ta’ LSE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-istudent li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament qed jiġi mċaħħad mid-dritt tiegħu li jattendi l-iskola minħabba li m’hemmx LSE għalih? Jista’ jgħid meta se tiġi riżolta din il-problema?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Furjana — Ċentru tas-Saħħa - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema parti taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana hi kkundannata u x'xogħlijiet saru s’issa biex din il-parti terġa’ tinfetaħ lura, għal użu mill-professjonisti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li qed isiru pjanijiet biex tinħareġ sejħa għall-kiri ta’ propjetà fl-inħawi tal-Furjana sakemm eventwalment jsir ir-ristruturar taċ-ċentru kollhu. Is-servizzi li ġew trasferiti f’ċentri oħra fil-Kura Primarja huma dawk tal-fisjoloġija, podjatrija u oftalmija.

Sptar Mater Dei — Kura għas-saħħa mentali - Ward

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jiftaħ il-ward imwiegħed ta' kura għas-saħħa mentali fl-Isptar Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li kif ġie mħabbar ix-xahar l-ieħor, ġie ppubblikat it-tender għall-espansjoni u żvilupp tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei u l-bini ta’ swali ġodda għall-kura tas-saħħa mentali. Kif spjegajt kemm il-darba, dan l-iżvilupp estensiv għandu l-għan li jtejjeb il-kapaċità tal-isptar u jtejjeb is-servizzi, b’mod partikolari fil-kura tas-saħħa mentali.

Mediċina Mestinon

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-mediċina Mestinon li tintuża għal 'myasthenia gravis' qiegħda tkun regolarment out of stock? Peress li din il-mediċina ma tinstabx għal bejgħ mill-privat, jista’ l-Ministru jgħid ukoll kif ser ikunu jistgħu jieħdu din il-mediċina l-pazjenti u x'rimedju ħa jsibu l-pazjenti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-mediċina Pyridostigmine hija disponibbli.

Xogħol ‘part-time’ — Tnaqqis fit-taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu eleġibbli biex jibbenifika min-nuqqas fit-taxxa meta jaħdem 'part-time' minbarra li jkun jaħdem 'full time'?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rata ta’ taxxa fuq il-part-time tista’ tintuża minn persuni li għandhom impjieg full-time jew pensjonanti jew studenti full-time. Jekk persuna tkun mizzewġa, avolja l-persuna tkun taħdem part-time biss, xorta tista’ tibbenefika minn din ir-rata, sakemm il-konjuġi l-ieħor ikollu/ha impjieg full-time jew pensjoni jew ikun/tkun student. Hemm ukoll kundizzjonijiet oħra li persuna tkun trid tissodisfa biex tikkwalifika, fosthom: a) Tkun irreġistrata mal-Jobsplus kemm għax-xogħol full-time kif ukoll għall- part-time ; b) Ix-xogħol part-time ma jridx isir mal-istess employer li miegħu taħdem full-time; c) Trid taħdem medja ta’ mhux aktar minn 30 siegħa fil-ġimgħa fix-xogħol part-time Hemm income li ma jikkwalifikax bħala part-time bħal per eżempju: a) Ħlasijiet mill-Gvern lil detenturi ta’ kariga, inklużi membri f’bordijiet jew tribunali, Membri Parlamentari jew membri fil-Kunsill Lokali; b) Drittijiet u ħlasijiet oħra lil membri ta’ bordijiet ta’ diretturi ta’ kumpanniji jew lil membri ta’ bordijiet ta’ korporazzjonijiet pubbliċi.

Mediċini out of stock

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-mediċini out of stock sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għal-lista tal-mediċini out of stock li qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra u li tkun ippublikata fuq is-sit eletroniku; cpsu.gov.mt.

Sptar Mater Dei — Wards temporanji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-wards temporanji miftuħa bħalissa fl-Isptar Mater Dei u kemm qed jilqgħu pazjenti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fl-Isptar Mater Dei hemm "Escalation Wards” li jinbidlu skond il-bżonnijiet tal-ġurnata. Għaldaqstant bħalissa l-Wards li infetħu huma: AW1 b’12-il sodda u CCS b’10 sodod.

ART Clinic

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24158, jista’ l-Ministru jgħid meta (f’liema xhur) huwa ppjanat li l-ART Clinic tibda tara l-klijenti li jkunu qegħdin jistennew trattamenti minn din il-klinika?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'għandix aktar informazzjoni x’inżid f’dan il-mument ma’ dak li diġà weġibt fil-mistoqsija parlamentari 24158.

Sptar Mater Dei — Ħaddiema tal-G4S - Parkeġġ

Question

Fid-dawl li l-pazjenti mhux qed iħallsu tal-parkeġġ fl-Isptar Mater Dei, jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema tal-G4S għadhom qed iħallsu tal-parkeġġ waqt il-ħin ta’ xogħolhom fl-Isptar Mater Dei?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ir-Rabat, Malta — Vjal il-Ħaddiem/Triq Ħad-Dingli - Gutters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jiġu rranġati l-gutters fi Vjal il-Ħaddiem/Triq Ħad-Dingli, fir-Rabat, Malta li jinsabu quddiem il-binja magħrufa bħala ex-fabbrika tax-xemgħa, peress li qegħdin jisfrondaw?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat lix-xogħol li jikkonsisti f’tiswijiet ta’ gutters se jsir din il-ġimgħa.

Ossiġnu fid-djar — Għajnuna 24/7

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex waqfet l-għajnuna 24/7 f'każ ta’ emerġenza għall-pazjenti minn meta nbidel l-kuntrattur li jissupplixxi l-magni tal-ossiġnu fid-djar tal-pazjenti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-kuntrattur ma nbidilx. Dan is-servizz huwa regolat b’kuntratt ma’ kumpanijja privata fejn waħda mill-klawsoli issemmi il-ħin fejn il-kuntrattur jista’ jiġi kkuntattjat mit-Tnejn sas-Sibt fil-ħijiet bejn is-07:00 u 18:00.

Sptar Mater Dei — Testijiet fuq il-kwalità tal-arja

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23991, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħħa u jgħid jekk it-testijiet fuq il-kwalità tal-arja u preżenza ta' moffa jsirux ukoll fi kliniċi li jinsabu fis-sular -1 fl-Isptar Mater Dei inkluż l-Outpatients u sulari oħra?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Isptar Mater Dei hemm sistema ta’ ventilazzjoni li tiċċirkula arja ġdida.