Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25884 u jgħid x'għajnuniet hemm għall-pazjenti jew familjari tal-pazjenti li jużaw is-servizz ta' carer fid-dar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità jagħti appoġġ finanzjarju lil dawk l-anzjani li jimpjegaw carer. Il-benefiċċju jitħallas kull xahar. Dawk li jimpjegaw carer full time jirċievu appoġġ finanzjarju ta’ €8,500 fis-sena, filwaqt li min jimpjega carer part-time jirċievi sussidju pro-rata.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25670 u 25885 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva rispettivament u tgħid jekk persuna li tħaddem carer magħha fil-privat (fid-dar tagħha) għandhiex benefiċċji li ma tħallasx VAT fuq il-pagament lill-istess carer?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26306 u jgħid jekk hemmx pjan biex il-Gvern jibda joffri ‘Rezum Treatment’ lill-pazjenti li jbatu bil-problemi tal-prostata?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-Gvern joffri diversi mediċini fuq il-formularju li minhom jibbenifikaw il-pazjenti li jsofru minn problemi fil-prostata.
Jista’ l-Ministru jgħid kif persuni li jieħdu mediċina tal-Calcium 500g darbtejn kuljum u issa nbidlet għal Calcioral D3 tal-1g, jistgħu jkunu jafu x’fiha l-mediċina meta l-letteratura ta’ informazzjoni u l-kaxxa miktuba huma kollha bil-lingwa Griega?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li din l-ordni waslet f’Diċembru 2024, u wara l-approvazzjoni mir-regolatorju, l-POYC ngħata l-pilloli urġenti fl-24 ta’ Diċembru 2024 u fit-13 ta’ Jannar. Il-POYC bagħtet it-traduzzjoni lill-ispiżeriji għal tagħrif dovut lill-pazjenti.
Kopja tat-traduzzjoni qed titpoġġa fuq Il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26357 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’riformi saru f’dawn l-aħħar 5 snin fil-qasam tas-saħħa relatati mal-persuni LGBTIQ+?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul l-aħħar ħames snin kompla l-investiment fil-Gender Wellbeing Clinic bir-reklutaġġ ta' Plastic Surgeon bħala parti mill-proċess tal-affermazzjoni tal-ġeneru.
Infurmat ukoll li kien hemm taħriġ għal kirurgi tal-klinika biex ikunu jistgħu jipprovdu 'follow-up' għal dawk il-persuni li jagħmlu 'gender reassignment surgeries'.
Barra minn hekk, is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm fi ħdan is-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa adotta sistema ta' screening imtejba li tnaqqas ħafna l-perjodu ta' żmien li matulu viruses li għadhom kif ġew kuntrattati jistgħu ma jinstabux. Minn Settembru 2022, il-politika tad-donaturi tad-demm MSM ġiet riveduta biex tkun l-istess għall-ġeneri kollha, bil-kundizzjoni li d-donaturi kollha jaderixxu mal-kriterji preskritti.
Kif hemm fin-National Sexual Health Strategy 2025-2030, komplew it-taħdidiet ma ċentri speċjalizzati barra minn Malta, biex Gender Affirming Surgeries (genital surgeries) jibdew isiru f’dawn iċ-ċentri bħala parti mis-servizz offrut mill-Gender Wellbeing Clinic
Il-National Sexual Health Strategy ġiet ppubblikata f'Diċembru 2024 bħala dokument għall-konsultazzjoni pubblika li fiha ħafna proposti inkluż il-provista ta' PEP/ PrEP, condoms b'xejn u diversi inizjattivi oħra.
Qasam tas-saħħa — Persuni LGBTIQ+ - Standards of Practice
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jeżistux ‘standards of practice’ fis-settur tas-saħħa għal meta persuni LGBTIQ+ ikollhom bżonn servizzi tas-saħħa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fin-‘National Patients' Charter' hemm iddikjarat li l-persuni kollha għandhom id-dritt li jirċievu informazzjoni dwar saħħithom, kura tajba u rispettuża, irrespettivament “mill-età. kulur, diżabilità jew mard, ġeneru, żwieġ, sħubija ċivili, maternità, razza, reliġjon jew twemmin, orjentazzjoni sesswali, nazzjonalità, politika jew status soċjali.”
Ninsab infurmat li diversi ħaddiema fis-settur tas-saħħa kellhom opportunitajiet li jiksbu taħriġ speċifikament dwar suġġetti relatati mas-saħħa tal-persuni LGBTIQ+ mill-proġett TRANSFORM.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu intitolat għal-mediċina b’xejn PREP?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li għaddejjin laqgħat biex jiġi abbozzat il-Health Technology Assessment dwar l-introduzzjoni ta' PREP. Meta dan id-dossier jiġi ppreżentat fil-kumitati fejn ikun hemm is-sottomissjonijiet għall-introduzzjoni ta' mediċini ġodda fuq il-formoralju nazzjonali, jibda l-proċess ta' xiri tal-mediċini kif ukoll il-proċess loġistiku u ta' intitolament.
Qasam tas-saħħa — Persuni LGBTIQ+ - Miżuri għal trattament ugwali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu biex persuni LGBTIQ+ ikunu qed jingħataw trattament ugwali meta jkollhom bżonn jużaw servizzi tas-saħħa?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Qasam tas-saħħa — Persuni LGBTIQ+ - Liġijiet ġodda
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’liġijiet ġodda għaddew f’dawn l-aħħar 5 snin biex jipproteġu lil persuni LGBTIQ+ meta jiġu bżonn ta’ servizzi fis-settur tas-saħħa?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25669 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u jgħid x'għajnuniet hemm għall-pazjenti jew familjari tal-pazjenti li jużaw is-servizz ta' carer fid-dar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25670 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u jgħid jekk persuna li tħaddem carer magħha fil-privat (fid-dar tagħha) għandhiex benefiċċji li ma tħallasx VAT fuq il-pagament lill-istess carer?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant jindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
L-Isptar Mater Dei — Proġett ta’ tkabbir tal-Emerġenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta' tkabbir tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei? Jista’ wkoll jagħti d-data ta' meta ser tkun qed tibda tilqa’ fiha l-pazjenti?
L-Isptar Mater Dei — Sala ġdida għall-Kura Psikjatrika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-progett ta' sala ġdida għall-Kura Psikjatrika fl-Isptar Mater Dei? Jista’ wkoll jagħti d-data ta' meta ser tkun qed tibda tilqa’ fiha l-pazjenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li qed jiġu ppreparati l-pjanti u disinji relatati ma’ dan il-proġett.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tingħatax għajnuna lill-pazjenti li jużaw magni mediċi fid-djar tagħhom li jużaw l-elettriku bħal magna tas-sleep apnoea?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-benefiċċju tal-Enerġija fuq bażi umanitarja, jingħata lil min huwa marid u jagħmel użu minn makkinarju li jikkonsma ħafna enerġija, jew lil min jaħli ħafna ilma, minħabba l-kundizzjoni medika tiegħu.
Fil-kaz tal-magna li tintuża għall-isleep apnea, jirriżulta li din waħidha ma tikkonsmax enerġija eċċessiva u għalhekk l-użu tagħha biss ma jintitolax lil persuni għal dan it-tip ta benefiċċju. Madanakollu, waqt il-bord jiġi wkoll eżaminat il-kont tad-dawl ħalli jaraw il-konsum, għax jista jkun li l-pazjent juża makkinarju ieħor minbarra dak imsemmi. F’każi bħal dawn ġieli anke tintbagħat is-social worker sabiex tara l-każ mill-lat soċjali.