Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm infermiera li rreżenjaw mis-Settur Pubbliku minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li din is-sena ġew inganġġati 38 il-infermier u irriżenjaw 19. Hu mistenni li matul din is-sena jidħlu iktar infermiera wara li jtemmu l-istudji tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tobba li rreżenjaw mis-Settur Pubbliku minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Settur Pubbliku — Health Professionals li rreżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Allied Health Professionals li rreżenjaw mis-Settur Pubbliku minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li din is-sena ġew inganġġati 42 Allied Health Professional u irriżenjaw 8. Hu mistenni li matul din is-sena jidħlu iktar Allied Health Professionals wara li jtemmu l-istudji tagħhom.
Ir-Rabat, Malta — Vjal il-Ħaddiem - Pelican crossing lights
Question
Jista’ l-Ministru jwieġb il-mistoqsija parlamentari 27953 u jgħid meta ser tittieħed deċiżjoni biex iż-zebra crossings fi Vjal il-Ħaddiem, fir-Rabat, Malta li hija triq traffikuża ħafna, jiġu konvertiti f’pelican crossing lights?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fi Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat, Malta, bħalissa hemm ħames controlled pedestrian crossings, tlieta minnhom huma tat-tip pelican, filwaqt li t-tnejn l-oħra huma tat-tip belisha.
Double yellow lines bejn bieb ta’ garaxx u parking bay
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu jkun hemm spazju (clearance) f’metri, bejn bieb ta’ garaxx u parking bay li tkun faċċata tal-bieb tal-garaxx u f’liema każijiet jitqiegħdu linji doppji sofor (double yellow lines) faċċata tal-bieb ta’ garaxx residenzjali (opposite side of the road)?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-miżuri relatati mal-aċċess għal garaxxijiet huma regolati skont ir-Regolament 77 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 65.11.
Sala ġdida — Nisa li jkunu għaddejjin minn korriment - Privatezza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif ser ikollhom il-privatezza tagħhom in-nisa li jkunu għaddejjin minn korriment fis-sala l-ġdida li ser tinfetaħ, peress li ser ikun hemm żewġt ikmamar; waħda minnhom ta’ żewġ pazjenti u l-oħra ta’ erba’ pazjenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li s-sala l-ġdida li ser tinfetaħ ħa jkun fiha tliet ikmamar u mhux tnejn.
Sala ġdida — Nisa li jkunu għaddejjin minn korriment - Kmamar individwali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fis-sala l-ġdida ppjanata għan-nisa li jkunu għaddejjin minn korriment qabel il-ħlas, mhux ser isiru kmamar individwali (single rooms)? Jista’ jgħid ukoll x’ser jiġri meta jkun hemm każ infettiv?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li s-sala l-ġdida ppjanata għan-nisa li jkunu għaddejjin minn korriment qabel il-ħlas toffri l-possibiltà li għal każijiet sensittivi jkunu individwali. Bħal dejjem, tittieħed kull prekawzzjoni biex tiġi mħarsa u tingħata l-kura meħtieġa kull meta jfeġġ każ infettiv.
Sala ġdida — Nisa li jkunu għaddejjin minn korriment - Counselling
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fejn ser tingħata l-għajnuna ta’ counselling lil persuni li jkollhom bżonn l-għajnuna waqt li jkunu qed jgħaddu minn korriment, fid-dawl tal-fatt li fis-sala l-ġdida ppjanata ma hemmx kamra ddedikata għal dan l-iskop?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li ser ikun hemm kamra biex tingħata l-għajnuna ta’ counselling lill-persuni li jkollhom bżonn l-għajnuna waqt li jkunu qed jgħaddu minn korriment.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isiru x-xogħlijiet meħtieġa, fuq il-parti taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana li hija meqjusa bħala ta’ periklu biex tintuża u li minnha tneħħew il-ħaddiema?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-parti taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana li hija meqjusa bħala ta’ periklu ġiet magħluqa għall-ħaddiema u s-servizzi ġew relokati f’postijiet oħra sabiex ma jintilfux appuntamenti għall-pazjenti. Xogħlijiet meħtieġa ta’ rinovazjoni se jsiru bħala parti mill-pjan ta’ refurbishment ħolistiku li ser isir fuq iċ-Ċentru tal-Furjana.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħareġ skart mill-Isptar Mater Dei fl-2024 u kemm minnu kien riċiklabbli?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 5556 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 350 tat-Tlieta, 3 ta’ Ġunju 2025)