Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li jbatu bid-dijabete u jieħdu mediċini mill-formularju tal-Gvern sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm żgħażagħ taħt it-30 sena jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali u jieħdu mediċini mill-formularju tal-Gvern? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni fi gruppi ta’ età: 0-16-il sena, 17-25 sena u 25-30 sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Operazzjonijiet ta’ ortopedija li ġew ikkanċellati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex f’dawn l-aħħar ġranet (bidu ta’ Ġunju), kien hemm ammont kbir ta’ operazzjonijiet ta’ ortopedija skedati li ġew ikkanċellati lejliet li kellhom isiru? Jista’ jgħid ukoll għaliex kien hemm pazjenti fl-Isptar Mater Dei li minkejja l-urġenza, damu ħafna biex saritilhom il-proċedura meħtieġa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Kif minn dejjem kien jiġri meta jkun hemm numru ta’ aċċidenti fejn persuni jiddaħħlu b’emerġenza, l-isptar jara li jkun qiegħed jagħti l-kura meħtieġa lil dawn il-persuni. Meta n-numru jkun akbar min-normal, jista’ jkun hemm istanzi fejn ikollhom jitħassru xi operazzjonijiet. Fl-aħħar ġimgħat kien hemm numru kbir ta’ pazjenti li ddaħħlu l-emerġenza bi ksur u għaldaqstant dan kellu effett fuq l-operazzjonijiet li jkunu skedati b’appuntament u li madanakollu dawn jiġu riskedati għal data oħra mingħajr dewmien biex tkun tista’ ssir tali operazzjoni.
L-Isptar Mater Dei u l-Isptar Mount Carmel — Admissions
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm admissions fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Mount Carmel relatati ma’ kura tas-saħħa mentali minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li dawn kienu l-admissions fl-Isptar Mount Carmel relatati ma’ kura tas-saħħa mentali: fl-2023 kien hemm, 2,381; fl-2024 kien hemm, 2,198 u fl-2025 sal-ġurnata li qed tiġi mwieġba din il-PQ, 918.
Ma kien hemm ebda admission fl-Isptar Mater Dei relatata ma’ kura tas-saħħa mentali.
Ir-Rabat, Malta — Triq Borg Olivier - Traffic management
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żvilupi fuq it-traffic management ta’ Triq Borg Olivier, fir-Rabat, Malta sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa qed jiġi evalwat l-impatt potenzjali li jista’ jirriżulta minn tibdil fil-mod ta’ kif jiġi mmaniġġjat it-traffiku f’dawn l-inħawi.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jerġa’ jibda jaħdem il-lift fil-Foss tal-Imdina?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-ħsara tal-lift tal-Foss tal-Imdina ingħatat attenzjoni immedjata. It-tiswija tinħtieġ bdil ta’ parts u għalhekk ittieħdet deċiżjoni li sakemm dawn jaslu minn barra, il-lift jinżamm mitfi, għal raġunijiet ta’ saħħa u sigurtà. Il-lift għandu jkun jopera mill-ġdid fi żmien għaxart ijiem. Infakkar illi il-Foss jibqa aċċessibbli għal kulħadd mid-daħla ta’ fejn il-Bieb tal-Griegi.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-donazzjonijiet finanzjarji jew rigali li ngħataw mill-Ministeru tas-Saħħa matul is-sena 2024, inkluż l-ammont ta’ kull donazzjoni u lil min ingħataw (individwi, NGOs jew għaqdiet)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fejn hemm imniżżel ir-rigali uffiċjali li ngħataw matul din is-sena u f’liema okkażjoni. L-ispiża totali kienet tlaħħaq €302.20.
Transport Malta — Tabella '7.1: General Distance for parking bays'
Question
Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni tat-tabella 7.1: ‘General Distance for Parking Bays’ fid-dokument Parking ta’ Transport Malta, fejn hemm riferiment għal ‘Parking from Street Corner 5.00 (and as applicable)’? Jista’ jgħid ukoll kif tiġi mkejla din id-distanza meta t-triq ma jkollhiex kantuniera iżda ddur għat-tond?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi żona ta’ ħames (5) metri mingħajr parkeġġ fil-kantunieri tintuża fejn meħtieġ biex tindika l-projbizzjoni, u għalhekk hija elenkata bħala ‘as applicable’ fil-policy ta’ Transport Malta. Każijiet mhux standard jistgħu jinkludu postijiet fejn il-5 metri jiġu estiżi, pereżempju għall-vetturi li jagħtu servizz, bħal ġbir tal-iskart, li jkollhom iduru fi triq dejqa, jew jekk ikun il-każ li vetturi ma jiksrux minħabba d-direzzjoni tat-triq, u għalhekk il-projbizzjoni ma tapplikax. Dawn il-ħames (5) metri jitkejjlu skont l-Artikolu 79(g) tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 65.11.
Transport Malta — Tabella '7.1: General Distance for parking bays'
Question
B’referenza għat-tabella 7.1: ‘General Distance for Parking Bays’ fid-dokument Parking ta’ Transport Malta, fejn hemm riferiment għal ‘Parking from Street Corner 5.00 (and as applicable)’, jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni ta’ xi tfisser il-parti 'as applicable'?
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-donazzjonijiet finanzjarji jew rigali li ngħataw mill-Ministeru għall-Edukazzjoni matul is-snin 2023, 2024 u fl-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż l-ammont ta’ kull donazzjoni u lil min ingħataw (individwi, NGOs jew għaqdiet)?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28379, jista’ l-Ministru jgħid meta ż-żewġ zebra crossings li għad hemm fi Vjal il-Ħaddiem fir-Rabat, Malta, ser jiġu konvertiti f’Pelican Ligħts?
Response (BONETT, CHRIS)
Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant illi fi Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat, Malta, bħalissa hemm ħames controlled pedestrian crossings, ninfurmah li l-Awtorità m’għandhiex talbiet pendenti relatati mal-bdil tat-tip ta’ crossings.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex it-tim tal-Awdjoloġija fl-Isptar Mater Dei m’għadux jagħmel aġġustamenti tal-hearing aids fl-Isptar Mater Dei (twaqqaf is-servizz) u minflok qed isir biss fl-Isptar San Vinċenz de Paul?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Learning Support Educators (LSEs) neqsin mis-sistema edukattiva u kemm hemm studenti li qed jistennew li jingħataw LSE?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.