Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Isptar Mount Carmel - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni qed isiru bħalissa fl-Isptar Mount Carmel?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li bħalissa għadejjin xogħlijiet fuq Block 1 u fuq il-binja tal-YPU.  Fl-istess ħin, hemm pjanijiet għal diversi xogħlijiet oħra li se jibdew fix-xhur li ġejjin fuq Blokk 2 u Blokk 8.

Il-Furjana - Ċentru tas-Saħħa - Rinnovazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser issir rinnovazzjoni fuq il-parti magħluqa taċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Furjana?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Kif spjegat diġa f’dan il-Parlament, bħalissa għaddej xogħol ta’ rinovar fuq l-ex-Sptar Boffa sabiex ikun jista’ jilqa’ fih ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana. Sadanittant, dawk is-servizzi li kienu jingħataw fil-parti li ġiet magħluqa taċ-Ċentru tas-Saħħa preżenti qed jingħataw f’Ċentri oħra sakemm il-proġet ttal-ex-Sptar Boffa jitlesta.  Dan iċ-Ċentru ser ikun tal-ogħla kwalità u ser ikun jista’ joffi aktar servizzi fil-komunità.

L-Isptar Mount Carmel - Uffiċjali tas-sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali tas-sigurtà jaħdmu fl-Isptar Mount Carmel? Jista’ jgħid ukoll x’titli differenti għandhom dawn l-uffiċjali?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ uffiċjali tas-sigurtà impjegati direttament fis-Servizz Pubbliku u jaħdmu fl-Isptar Mount Carmel huwa kif ġej: 2 huma Maniġers tas-Servizzi tas-Sigurtà; 4 huma Uffiċjali tas-Sigurtà; filwaqt li tlieta huma Gwardjani tas-Sigurtà. Minbarra l-uffiċjali tas-sigurtà impjegati direttament fis-servizz pubbliku, hemm ukoll kuntratt għal servizzi tas-sigurtà li huwa bbażat fuq sigħat.

Ir-Rabat, Malta – Triq Gorg Borg Olivier – Traffic Management

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser isir traffic management minn uffiċjali ta’ Transport Malta fi Triq Borg Olivier fir-Rabat, imqar waqt il-ħinijiet tal-iskejjel, peress li meta jgħaddu vetturi kbar jinħoloq staġnar tat-traffiku u jkun hemm nuqqas ta’ sigurtà għal min juża din it-triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħala parti mill-pjan imħejji minn Transport Malta għal ‘ back to school’ , ser isiru rondi frekwenti f’żoni fejn hemm numru kbir ta vetturi, inkluż iż-żona indikata.

Mediċina għat-thyroid ‘Carbimazole’ - Out of stock

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-mediċina għat-thyroid ‘Carbimazole’ ser tkun lura fl-istock tal-POYC peress li ilha out of stock mill-ispiżerji għal ġimgħat sħaħ, u l-pazjenti qegħdin ibatu għaliex mill-Isptar Mater Dei kull darba qegħdin jingħataw supply għal għaxart ijiem biss?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi Carbimazole mhuwiex out of stock fl-ispiżerija tal-gvern.  Id-dipartiment tas-saħħa qiegħed ibiegħ lil min mhux intitolat mill-POYC minħabba n-nuqqas fil-privat.

Sptar Mount Carmel — Inkjesta fuq pazjent li nstab il-Belt, Valletta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx inkjesta rigward pazjent li ħareġ mill-Isptar Mount Carmel u nstab il-Belt Valletta, u wara kellu jiġi kkurat fl-ITU tal-Isptar Mater Dei minħabba ġrieħi li ġarrab?  Jista’ jippreżenta kopja ta’ din l-inkjesta?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi rigward dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.  Barra minn hekk, inħatar bord investigattiv intern biex jinvestiga dan il-każ.

Paola Hub — Servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma s-servizzi li qed jingħataw mill-Paola Hub u meta bdew jingħataw?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-bieraħ it-Tnejn, 15 ta’ Settembru 2025, is-servizzi kollha li kienu jingħataw miċ-Ċentru tas-Saħħa f’Raħal il-Ġdid imxew għaċ-Ċentru Ċensu Moran – Ċentru Reġjonali tas-Saħħa.  Ma’ dawn is-servizzi kollha qed jingħataw ukoll dawk fil-manometrija, physio, podjatrija, immunoloġija, ortopedija u servizzi konnessi mar-respiratorju.

Mediċina ‘Adelimumab’ — Effetti ħżiena fuq il-pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jittieħdu passi biex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni tal-pazjenti li jieħdu l-‘Adelimumab’ peress li l-‘Hyrimoz’ qed tagħmlilhom effetti ħżiena meta kumparat mal-‘Amgevita’?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-uffiċċju taċ-Chief Medical Officer ġie nfurmat u għandha tittieħed deċiżjoni fil-jiem li ġejjin.

Ċentru Vincent Moran — Trasferimenti ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif direttur jieħu deċiżjoni li jiġu trasferiti ħaddiema mill-post tax-xogħol tagħhom għaċ-Ċentru Vincent Moran b’mod immedjat (mil-lum għall-għada), mingħajr ma jiġu kkunsidrati l-effetti li tali trasferiment jista’ jħalli fuq is-servizz li jkun diġà qed jingħata, u mingħajr ma ssir diskussjoni mal-managers rispettivi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru dejjem jirrikonoxxi l-importanza ta’ djalogu strutturat u komunikazzjoni effettiva mal-maniġers rispettivi u l-impjegati kollha. Ġejt infurmat li ma kien hemm l-ebda deċiżjoni finali dwar trasferiment b’mod immedjat ta’ ħaddiema lejn iċ-Ċentru Ċensu Moran, minkejja li ġew ikkunsidrati diversi għażliet ta’ ridistribuzzjoni ta’ riżorsi umani. Tali proċess ta’ evalwazzjoni dejjem ikun bbażat fuq għanijiet strateġiċi relatati mal-twettiq tal-kura sekondarja fl-aħjar interess tal-pazjenti.

L-Isptar Mater Dei — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal it-tender tal-bini tal-estensjoni tal-emerġenza u s-swali tas-saħħa mentali fl-Isptar Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tat-tender tal-bini tal estensjoni tal-emerġenza u s-swali tas-saħħa mentali fl-Isptar Mater Dei irid jieħu il-per kors tiegħu skont il-liġi. Nassigura lill-Onor. Interpellant li s-saħħa mentali hi priorità nazzjonali. Għalhekk, dan il-Gvern qed jinvesti bla precedent, fil-kura ts-saħħa mentali fil-komunità. Infakkar li 9 xhur ilu, ġie mniedi investiment ta’ 4 miljun ewro u nofs biex jissaħħu s-servizzi tas-saħħa mentali madwar il-pajjiż u jmorru qalb il-komunitajiet. Barra minn hekk, ftit tal-ġimgħat ilu, il-Gvern, flimkien mal-Fondazzjoni Richmond, bdew jingħataw korsijiet bla ħlas tal-Ewwel Għajnuna f’għadd ta’ lokalitajiet fil-gżejjer Maltin.

Mediċina Adalimumab – Pazjenti li qed ikollhom reazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’għandhom jagħmlu l-pazjenti li qed ikollhom reazzjoni għall-mediċina Adalimumab, wara li d-ditta nbidlet minn dik li kienet tiġi mogħtija qabel mill-POYC?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li meta pazjent jesperjenza reazzjonijiet avversi għal kwalunkwe mediċina illi titqassam mill-POYC għandhom jinfurmaw b’dan lit-tabib kuranti tagħhom u lill-ispiżjar ta’ l-ispiżerija ta’ l-għażla tagħhom (i.e. minn fejn jiġbru l-mediċini), mill-aktar fis possibbli. Tobba jew spiżjara illi jippreżentawlhom pazjenti b’tali ilmenti, għandhom jagħmlu kuntatt mal-uffiċċju tal-uffiċċjali responsabbli tal-POYC fuq rp.poyc@gov.mt sabiex tiġi provduta lilhom formola illi permezz tagħha jinġabru d-dettalji tal-każ għan-nom tal-pazjent. Dan sabiex permezz ta’ din il-formola ssir sottomissjoni ma l-Awtorità tal-Mediċini ta’ Malta biex il-każ jiġi investigat.