Legislature:
Category:
Reset
Active:

Settur pubbliku - NGOS, għaqdiet/skejjel - Tobba u infermiera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tobba u infermiera jaħdmu f’NGOS, għaqdiet jew skejjel li huma ingaġġati mis-settur pubbliku u f’liema postijiet jaħdmu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Każijiet ta’ scabies

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ scabies fl-2024 u fl-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li t-Taqsima tal-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard Infettiv (IDCU), irreġistrat total ta’ 204 każijiet ta’ skabbja fl-2024 li ġew riveduti u kkonfermati minn dermatologu. Infurmat ukoll li sal-24 ta’ Settembru 2025, l-IDCU irreġistrat total ta’ 102 każijiet ta’ skabbja li ġew riveduti u kkonfermati minn dermatologu.

Settur tas-saħħa - Riżenji

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi tabella bl-informazzjoni dwar riżenji ta’ ħaddiema fis-settur tas-saħħa maqsuma skont il-professjoni tagħhom (tobba; allied health professionals; nurses u midwives) fl-2024 u fl-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li din is-sena ġew inganġati sa issa 139 tabib u irriżenjaw 14, għar-rigward tal-infermiera ġew inganġati 77 infermiera u irreżenjaw 22, u għar-rigward tal-allied health professionals ġew inganġati 27 u irriżenjaw 16. Tajjeb li wieħed ifakkar lill-Onor. Interpellant, l-inġaġġ ta’ dawn il-ħaddiema isir f’dan iż-żmien tas-sena meta jiggradwaw. Għall-informazzjoni dwar is-sena 2024, ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-PQ 25333.

L-Isptar Mater Dei - Upgrade tal-pagers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isir l-upgrade tant mistenni tal-mobiles kollha li jintużaw bħala pagers fl-Isptar Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fil-mument mhemmx pjan li l-mobile phones jagħmlu parti mill-paging system.  Jekk il-Management tal-Isptar Mater Dei jara din il-ħtieġa, dan jiġi kkunsidrat.

L-Isptar Mount Carmel - Każijiet ta’ Emerġenza ta’ saħħa mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm pazjenti ddaħħlu l-Isptar Mount Carmel għal għajnuna għas-saħħa mentali minn Jannar sa Awwissu tal-2025, maqsuma xahar b’xahar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

L-Isptar Mater Dei - Każijiet ta’ Emerġenza ta’ saħħa mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li żaru d-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei għal bżonnijiet u għajnuna għas-saħħa mentali minn Jannar sa Awwissu tal-2025, maqsuma xahar b’xahar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Helpline 1400 - Każijiet ta’ Emerġenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ċemplu fuq il-helpline 1400 minn meta nfetħet? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-persuni ġew riferuti lid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, lil servizzi ta’ emerġenza oħrajn (privati), lil ċentri tas-saħħa u kemm kien hemm persuni li ma kellhom bżonn ebda għajnuna, maqsuma xahar b’xahar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Servizz ta’ Emerġenza fil-privat - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa koperta fil-kuntratt li sar mal-privat għal servizzi ta’ emerġenza minn meta bdew jingħataw? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar u skont l-emerġenzi differenti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Servizz ta’ Emerġenza fil-privat - Numru ta’ pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm pazjenti rrikorrew fil-privat għal servizz ta’ emerġenza minn meta beda l-ftehim mal-privat u jaqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Paola Hub - Operat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Paola Hub jistax jibda jopera fl-intier tiegħu? Jekk le, meta ser ikun jista’ jopera b’mod sħiħ?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li sal-lum infetħu erbgħa minn ħames sulari minn fejn jingħata servizz lejn il-pazjienti. L-aħħar sular se jitlesta fi żmien ftit ġimgħat oħra.

Paola Hub – Fornituri ta’ apparat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għadx hemm xi kwistjonijiet pendenti bejn il-Paola Hub u xi fornituri ta’ apparat? Jista’ jgħid ukoll jekk il-kontijiet kollha li kienu dovuti ġewx imħallsa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li ma hemm ebda kwistjoni mal-fornituri tal-apparat, u l-kontijiet kollha qed jitħallsu skont it-termini stabbiliti fil-kuntratt.

Paola Hub - Appuntamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm appuntamenti bbukkjati u kemm attendew pazjenti minn meta nfetaħ il-Paola Hub sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma ġurnata b’ġurnata?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Paola Hub - Servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi għad iridu jiżdiedu ma’ dawk li qed jingħataw fil-preżent fil-Paola Hub?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li sa nofs ix-xhar ta' Ottubru iċ-Ċentru Reġjonali għas-Saħħa Ċensu Moran se jkun qed joffri madwar 50 servizz.  Sa l-aħħar ta' din is sena huwa previst li is-servizzi jiżdiedu ghal madwar 140. Il-lista’ ta’ servizzi offruti qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.  Is-servizzi li ser jiżdiedu ser jitħabbru meta jkun il-waqt.