Sptarijiet pubbliċi – Sistemi elettroniċi tal-informazzjoni – Reġistrazzjoni tal-imwiet
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3887 u jgħid x’inhuma l-proċeduri fis-seħħ fl-isptarijiet pubbliċi biex il-mewt ta’ pazjent tiġi rreġistrata fis-sistemi elettroniċi tal-informazzjoni? Jista’ jispeċifika liema sistemi jintużaw, inklużi l-ICM, il-Patient Dashboard, l-EPR u l-Converge, u jispjega kif l-informazzjoni dwar il-mewt ta’ pazjent tiġi trażmessa u aġġornata bejn dawn is-sistemi? Jista’ jispjega wkoll jekk hemmx differenza bejn meta persuna tmut fid-dar residenzjali tagħha jew fl-isptar?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3284 u 3845 u jispjega kif inhuma mqassmin l-Allied Health Practitioners bl-iskali, maqsuma professjoni professjoni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm professjonijiet varji tal-Allied Health. Dawn jinkludu:
• Audiology
• Clinical Perfusion
• Dental Hygiene
• Dental Technology
• Dietetics
• Medical Laboratory Science
• Nutrition
• Occupational Therapy
• Ophthalmic
• Orthotics and Prosthetics
• Physiotherapy
• Podiatry
• Radiography
• Speech and Language Therapy
L-iskali tal-professjonijiet ivarjaw kif ġej:
• Allied Health Professional – Scale 10 / 9
• Senior Allied Health Professional – Scale 8
• Allied Health Practitioner – Scale 7
• Higher Allied Health Practitioner – Scale 6
• Advanced Clinical Allied Health Practitioner – Scale 5
• Executive Allied Health Practitioner – Scale 5
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 3629 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Mobbiltà Sostenibbli u tgħid meta se jsir ix-xogħol ta’ resurfacing fi Sqaq it-Tokk, fl-Imtarfa u liema aġenzija hija responsabbli għalih?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata mill-Kunsill Lokali tal-Imtarfa li Sqaq it-Tokk huwa propjetà privata.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru operazzjonijiet tal-katarretti fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u sptarijiet privati mħallsin mill-Gvern, fix-xhur ta’ Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru 2026?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru hip replacements fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u sptarijiet privati mħallsin mill-Gvern, fix-xhur ta’ Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru 2026?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru knee replacements fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u sptarijiet privati mħallsin mill-Gvern, fix-xhur ta’ Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru 2026?
Settur tad-dental hygiene – Online course 'Oral health for people with special needs'
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex ser isir online course (DH Circular 1024/26; DH file number DH 1082/2026) għal dental hygiene class in scale 10, 8, 7 u 6, fis-settur tad-dental hygiene bl-isem 'Oral health for people with special needs', meta studenti jkollhom taħriġ waqt li qed jistudjaw il-kors ta' dental hygiene fl-Università ta’ Malta? Jista’ wkoll jqabbel u jagħti x'inhi d-differenza bejn dan il-kors u dak li jkun ingħata mill-Università ta' Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li t-taħriġ online “Oral Health for People with Special Needs” (imsemmi fid-DH Circular 1024/26 u DH File 1082/2026) qed jiġi offrut bħala Żvilupp Professjonali Kontinwu (CPD) għad-dental hygienists ikkwalifikati li diġà qegħdin jaħdmu fis-servizz (fi skali 10, 8, 7 u 6). L-għan ta’ dan il-kors ta’ CPD huwa li jwieġeb għall-iżviluppi xjentifiċi u l-evidenza klinika l-ġdida li tkun ħarġet mill-mument li l-professjonisti jkunu kkwalifikaw. Barra minn hekk, mhux id-dental hygienists kollha li bħalissa qegħdin jipprattikaw fis-servizz pubbliku rċevew it-taħriġ tagħhom permezz tal-kurrikulu universitarju attwali. Għal dawn il-professjonisti, dan il-kors iservi bħala opportunita’ essenzjali ta' aġġornament u tiġdid fl-għarfien tagħhom.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kienx hemm interess minn professjonisti Maltin fil-Fiżjoterapija, Midwifery, Speech Language Pathology, Dentistrija, Podjatrija u Nursing?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema nteress qed jirreferi.
L-Isptar Ġenerali t’Għawdex – Klinika tal-Fiżjoterapija
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm pazjenti nqdew mill-Klinika ta' Fiżjoterapija fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex? Jista’ wkoll jagħti l-ġranet li tinfetaħ din il-klinika u kemm appuntamenti jsiru f'kull sessjoni?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema perjodu qiegħed jirreferi.
L-Isptar Ġenerali t’Għawdex – Klinika tal-Podjatrija
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm pazjenti nqdew mill-Klinika tal-Podjatrija fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex? Jista’ wkoll jagħti l-ġranet li tinfetaħ din il-klinika u kemm appuntamenti jsiru f'kull sessjoni?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema perjodu qiegħed jirreferi.
L-Isptar Ġenerali t’Għawdex – Klinika tad-Dentistrija għal Persuni b'Diżabilità
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm pazjenti nqdew mill-Klinika tad-Dentistrija għal Persuni b'Diżabilità fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex? Jista’ wkoll jagħti l-ġranet li tinfetaħ din il-klinika u kemm appuntamenti jsiru f'kull sessjoni?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema perjodu qiegħed jirreferi.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm wasal tilqim tal-influwenza f'Malta, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li l-Ministeru għas-Saħħa għandu biżżejjed dożi tat-tilqima kontra l-influwenza sabiex ikopri l-ammonti meħtieġa għall-kampanja ta' din is-sena. Nieħu l-okkażjoni sabiex inħeġġeġ lill-Onor. Interpellant, kif ukoll lill-pubbliku inġenerali, sabiex ukoll jieħu t-tilqima.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentaru 3295 u jgħid kemm kien hemm riferti għal mole mapping f’dawn l-aħħar ħames snin u x’kien il-perjodu ta’ stennija, maqsuma sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li t-taqsima tal-Illustrazzjoni Medika (Medical Illustration Unit), fi ħdan l-isptar Mater Dei, rċeviet għadd ta’ talbiet għall-immappjar tal-għazz (mole mapping), tul dawn l-aħħar 5 snin, kif ġej:
Sena
Numru ta’ pazjenti riferuti
2022
82
2023
96
2024
110
2025
155
2026 (sat-22 ta’ Ottubru)
155
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3294 u jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ għazz (moles) li tneħħew minħabba li kien hemm riskju ta’ kanċer, kemm minnhom kienu kanċer u kemm minnhom kienu severely dysplastic?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-10 ta’ Ottubru 2026, tneħħew 2,300 għazz. Dawn jinklidu 275 każ ta’ ‘dysplastic naevi’. Din iċ-ċifra tinkludi l-każijiet kollha ta’ ‘dysplastic naevi’ u ma tagħmilx distinzjoni bejn il-livelli differenti ta’ displasja.
Huwa importanti li jiġi nnotat li dawn iċ-ċifri huma approssimattivi. Barra minn hekk, l-għazz jistgħu jitneħħew għal diversi raġunijiet u mhux neċessarjament minħabba riskju ta’ kanċer.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3292 u jgħid sa kemm huwa validu t-tender tal-uniformijiet preżenti?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema tender qiegħed jirreferi.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3279, tista’ l-Ministru tgħid jekk saritx investigazzjoni dwar il-materjal li nstab f’għalqa privata f’Wied il-Qlejgħa? Tista’ tgħid ukoll jekk sarx it-tindif ta’ dan il-materjal, fid-dawl tal-fatt li jinsab fil-parti fejn tgħaddi n-nixxiegħa tal-ilma f’dan il-wied?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) għamlet spezzjoni fis-sit u ġie nnutat munzell ta' materjal konsistenti f'ħamrija b'ġebel imdaqqas f'għalqa biswit il-Wied. Il-materjal ma jidhirx li hu skart però f'dan l-istadju l-ERA se tkompli tinvestiga.
Allied Health Professionals - Ħlasijiet għal sigħat żejda
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3199 u jgħid meta ser jitħallsu l-Allied Health Professionals li qed jaħdmu sigħat żejda barra l-ħin tagħhom biex jinqatgħu l-listi ta’ stennija? Jista’ jgħid ukoll għaliex, minkejja li dan ix-xogħol beda fil-bidu tas-sena, sal-lum dawn il-professjonisti għadhom ma tħallsux?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2764 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2024, jista’ l-Ministru jagħti update ta’ x’sar f’dawn l-aħħar tliet xhur fir-rigward ta’ Triq Ġorġ Borg Olivier, ir-Rabat, Malta, fid-dawl li dalwaqt se jerġgħu jibdew l-iskejjel u ser jiżdied iktar l-użu ta’ din it-triq u magħha jiżdiedu l-inkonvenjenzi, ħsarat lir-residenti u perikli?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.
L-Isptar Mater Dei – Ħaddiema – Kundizzjonijiet għall-parkeġġ
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2763, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-ħaddiema tal-Gvern fl-Isptar Mater Dei għandhomx kundizzjonijiet differenti mill-ħaddiema tal-kuntrattur fir-rigward tal-parkeġġ tal-vetturi tagħhom waqt il-ħin tax-xogħol? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhuma dawn il-kundizzjonijiet?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2672 u jgħid kemm qed jgħixu persuni bil-kundizzjoni tad-dijabete f’Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li hemm 45,551 persuna li qed jgħixu bil-kundizzjoni tad-dijabete.