Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex aċċettabbli li f’ċerti żoni ta’ xi lokalitajiet, l-iskart jinġabar fis-6:45am?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsilli Reġjonali jistgħu jilħqu ftehim mal-kuntrattur rispettiv sabiex il-ġbir jibda f’ħin speċifiku miftihem bejn iż-żewġ partijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-magni għal newly diagnosed diabetics (bidu u nofs Frar) ma humiex disponibbli u għandhom stennija ta’ tliet ġimgħat, meta dawn iridu jiċċekkjaw iz-zokkor sa tliet darbiet kuljum biex jingħataw trattament xieraq?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-magni li qed jagħmel referenza għalihom l-Onor. Interpellant, kienu u għadhom disponoibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ittieħditx azzjoni rigward ilma li jidher dieħel minn tieqa u mill-ġebel tal-madwar fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo (SAMOC) kif jidher fir-ritratt mehmuż? Jista’ jgħid ukoll x’kienet ir-raġuni?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li azzjoni diġà ittieħdet rigward it-tebgħa tal-ilma madwar it-tieqa kif indikat mill-Onor. Interpellant.
Infurmat li l-kawża kienet li xi ilma tax-xita daħal minn xaqq bejn l-art u ċint tal-bejt. Ix-xaqq li kkawża dan, ġie mblokkat u qed issir xogħol biex il-“water proofing” f’dik il-parti tal-bejt tiġi rranġata.
Jista' l-Ministru jgħid fejn ġew trasferiti l-impjegati li kienu għadhom jaħdmu fil-Public Health Laboratory fl-Evans Building, il-Belt Valletta, sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 34283.
Jista' l-Ministru jgħid minn fejn ser jibda jopera l-Public Health Laboratory ġaladarba kien hemm ordni ta' żgumbrament mill-Evans Building fil-Belt Valletta? Jista' jgħid ukoll jekk is-servizz li kien jagħti dan il-laboratorju huwiex ser jibqa' jingħata?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellat għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 34283, infurmat ukoll li l-Laboratorju tas-Saħħa Pubblika jista jkompli jipprovdi s-servizzi tiegħu,permezz ta outsourcing ta’ testijiet.
Jista' l-Ministru jgħid x'wassal biex impjegati tal-Public Health Laboratory fl-Evans Buildings, il-Belt Valletta ngħataw struzzjonijiet biex jevakwaw il-post minnufih?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li, fuq rapport tal-perit inkarigat, ittieħed deċiżjoni sabiex il-ħaddiema tal-Laboratorju tas-Saħħa Pubblika li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jkunu rilokati għal binja oħra aktar addattata. Sadanitant, l-impjegati ġew rilokati temporanjament fl-uffiċċju ewlieni tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali f’Santa Venera sakemm jinstab post alternattiv.
Ħad-Dingli – Skola sekondarja – Aċċess għall-bitħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni rigward l-iskola sekondarja f’Ħad-Dingli, minħabba l-fatt li l-istudenti mhux jitħallew jaċċessaw il-bitħa tal-iskola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Iskola msemmija sar proġett li kien jinvolvi l-kostruzzjoni ta' struttura permanenti fil-bitħa tal-iskola li tinkludi tinda motorizzata ritrattibbli biex l-iskola tkun tista' torganizza attivitajiet fil-miftuħ waqt li t-temp ma jkunx favorevoli. Ħafna mix-xogħol sar matul is-sajf tas-sena li għaddiet, kif ukoll wara l-ħinijiet tal-iskola biex l-inkonvenjent għall-iskola jkun minimu. Il-proġett tlesta u l-bitħa hi sigura biex tintuża.
L-Imġarr – Triq Sir Temi Zammit - Traffic Management
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi u studji lesti dwar it-Traffic Management fl-Imġarr wara li tressqet il-petizzjoni ‘Onor. Ian Vassallo – Diskussjoni għal sistema ta’ Traffic Management aħjar fi Triq Sir Temi Zammit’ u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li saru?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità wettqet l-evalwazzjonijiet u l-analiżi meħtieġa dwar il-ġestjoni tat-traffiku fl-inħawi tal-Imġarr u ġew ikkunsidrati diversi proposti. Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet konċernati għadhom għaddejjin sabiex tintlaħaq soluzzjoni adegwata.
Il-Mosta – Ċentru tas-Saħħa – Pjanijiet ta’ rilokazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux studji ta’ fattibbiltà biex iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta jieħu f’idejh il-binja kollha fejn jinsab bħalissa, u jekk ġewx identifikati postijiet alternattivi għall-Kunsill Lokali u l-Għassa tal-Pulizija? Jista’ jgħid ukoll jekk sarux laqgħat mal-partijiet konċernati (stakeholders), meta saru dawn il-laqgħat u x’inhu l-perjodu ta’ żmien (timeline) maħsub biex jibda u jitlesta dan il-proġett?
Il-Mosta – Ċentru tas-Saħħa – Pjanijiet ta’ rilokazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet konkreti biex iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta jespandi fl-ispazju li bħalissa huwa okkupat ukoll mill-Kunsill Lokali u mill-Għassa tal-Pulizija tal-istess lokalità? Jekk iva, jista’ jgħid jekk sarux diskussjonijiet uffiċjali mal-Kunsill Lokali u mal-Korp tal-Pulizija dwar ir-rilokazzjoni tagħhom u f’liema stadju jinsabu dawn it-taħditiet?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali li qed jaħdmu fl-Allied Health, fil-grad Officer in Scale minħabba li kellhom pożizzjoni ta’ Director jew Assistant Director, maqsuma skont il-professjoni?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hemm Speech Therapist u Occupational Therapist li huma fil-grad ta’ Officer in Scale.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-tul ta’ żmien bejn is-sejħa għax-xogħol u l-ingaġġ ta’ Allied Health Professionals, maqsuma skont il-professjoni?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi l-perjodu li qed jistaqsi dwaru l-Onor. Interpellant huma indikat fil-Manual on Industrial Relations and the Selection and Appointment Process under Delegated Authority in the Malta Public Service. Jiġri wkoll li jkun hemm ċirkostanzi li jtawwlu l-proċess. F’dan il-każ tkun segwita l-proċedura applikabbli minn l-istess manwal.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex Sir Anthony Mamo Oncology Centre (SAMOC) jiġi akkreditat mill-Organisation of European Cancer Institute (OECI) u b’hekk Malta tingħaqad mal-maġġoranza tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea? Jekk iva, f’liema stadju qegħdin?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-Isptar Mater Dei, li jinkorpora ċ-Ċentru tal-Onkoloġija, mhux se jidħol fi proċess ta’ akkreditazzjoni mal-Organisation of European Cancer Institutes (OECI) peress li għażel li jsegwi l-proċess alternattiv tal-Joint Action EUnetCCC.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex iċ-Ċentru tal-Onkoloġija jsir Comprehensive Cancer Centre u jekk iva, meta huwa t-target biex dan iseħħ?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li diġà nbeda proġett pilota f’dan ir-rigward u ġie stabbilit core working group sabiex jibda jaħdem fuq dan il-proċess. Dan huwa proċess kumpless li jinvolvi żviluppi kliniċi, organizzattivi, ta’ riċerka u edukazzjoni, u għalhekk jitwettaq fuq perjodu ta’ żmien.
It-targets jiġu stabbiliti skont il-progress miksub u r-riżorsi disponibbli.
Bħala gvern, hemm impenn ċar sabiex is-servizzi onkoloġiċi f’Malta jkomplu jiġu żviluppati b’mod integrat u skont l-aqwa standards internazzjonali. F’dan il-kuntest, qed isiru evalwazzjonijiet u xogħol preparatorju sabiex Malta tavvanza lejn mudell ta’ Comprehensive Cancer Centre. L-Isptar Mater Dei, li jinkorpora ċ-Ċentru tal-Onkoloġija, daħal bħala ċentru pilota fil-Joint Action (JA) EUnetCCC sabiex jibda l-proċess preparatorju meħtieġ biex eventwalment jidħol fil-proċess ta’ ċertifikazzjoni bħala Comprehensive Cancer Centre.
Infurmat li l-fażi pilota hija mistennija ddum bejn 12 u 18-il xahar.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal in-National Cancer Plan peress li l-aħħar pubblikazzjoni kienet tkopri mill-2017 sal-2021?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li n-National Cancer Plan qed jiġi aġġornat sabiex jibni fuq il-pjan preċedenti. Ix-xogħol fuq dan l-aġġornament qed isir f’kollaborazzjoni ma’ diversi stakeholders ewlenin fil-qasam tal-onkoloġija, inkluż professjonisti tas-saħħa, entitajiet governattivi u rappreżentanti tal-pazjenti. Għal dan il-għan, ġie ffurmat kumitat multidixxiplinari li jiġbor flimkien dawn il-professjonisti. L-għan huwa li jiġi żgurat li l-pjan il-ġdid jirrifletti l-iżviluppi riċenti fil-kura tal-kanċer kif ukoll il-prijoritajiet nazzjonali u Ewropej f’dan il-qasam. IL-pjan IL-ġdid ser jkopri l-perjodu 2026–2035.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw Professional Leads tal-Allied Health mill-2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infrmet li fil-perjodu msemmi kien hemm żewġ riżenji ta’ Professional Leads tal-Allied Health.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm staff li jaħdem fid-direttorat tal-Allied Health Professionals u fid-direttorat tan-nursing, maqsumin separatament?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fid-Direttorat tal-Allied Health Professionals, hemm Direttur u tlett impjegati. Dawn l-impjegati xorta għadhom jagħmlu xogħol kliniku f’ċertu jiem.
Għar-rigward tad-Direttorat tan-Nursing, ninsab infurmat li hemm Direttur u 9 infermiera/qwiebel fi gradi diversi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-konferenza tal-Allied Health fis-snin 2024 u 2025? Jista’ jgħid ukoll kemm attendew professjonisti għal kull sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-konferenza li saret fl-2024, attendew għaliha 250 persuna. Din kienet konferenza ta’ ġurnata waħda u l-ispiża totali ammontat għal €11,975.30.
Iinfurmat ukoll li l-konferenza li saret fl-2025, attendew għaliha 600 parteċipant. Il-konferenza kienet maqsuma ta’ jumejn u l-ispiża totali ammontat għal €47,904.97. L-ispiża tinkludi l-kera tas-sala (f’Dar il-Mediterran), catering (intuża wieħed mis-suppliers ta’ Dar il-Mediterran), loġistika organiżżattiva u spejjeż relatati mal-kelliema barranin.
Irid jingħad, li l-konferenza tal-2025 kienet ibbażata fuq komponent xjentifiku, li kien l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fi ħdan id-Direttorat tal- Allied Health Services. Barra minn hekk, serviet ukoll bħala tħejjija u biex tinkiseb l-esperjenza meħtieġa meta Malta tospita l-Konferenza Ewropea tal-European Forum for Primary Care, li hija skedata li ssir fl-2027.