Skejjel primarji u sekondarji - Sospensjonijiet ta’ studenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33878 u jgħid kemm kien hemm studenti fi skejjel primarji u sekondarji li ġew sospiżi (suspended) mill-iskola kull sena fis-snin bejn l-2021 u l-2025 u jagħti t-tagħrif separatament għal skejjel primarji u dawk sekondarji? F’każ li m’hemmx din l-informazzjoni, jista’ jagħti l-aħħar ċifri miġbura?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Skejjel
2021
2022
2023
2024
2025
Primarja
1
1
3
4
9
Sekondarja
303
430
484
426
292
Skejjel primarji u sekondarji - Tkeċċija ta’ studenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33879 u jgħid kemm kien hemm studenti fi skejjel primarji u sekondarji li ġew imkeċċija (expelled) mill-iskola għal perjodu qasir jew fit-tul kull sena fis-snin bejn l-2021 u l-2025 u jagħti t-tagħrif separatament għal skejjel primarji u dawk sekondarji? F’każ li m’hemmx din l-informazzjoni, jista’ jagħti l-aħħar ċifri miġbura?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Skejjel
2021
2022
2023
2024
2025
Primarja
0
0
0
1
3
Sekondarja
1
1
23
34
15
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu ż-żmien ta’ stennija (waiting time) biex persuna li jkollha MRI bbukkjat minħabba uġigħ li ma jkunx ta’ natura urġenti, isirilha dan l-eżami?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li għall-każijiet ta’ natura li ma jkunux urġenti, il-median time hawn Malta hu ta’ xahrejn. Ġewwa Għawdex hu ta’ sitt ġimgħat.
Infakkar lill-Onor. Interpellant, li l-Gvern illum joffri tliet MRIs fl-Isptar Mater Dei li qed jaħdmu 24 siegħa kuljum, 7 t'ijiem fil-ġimgħa. Introduċejna MRI fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, servizz tal-MRI fiċ-Ċentru Ċensu Moran u ġiet installata magna tal-MRI fir-Residenza San Vinċenz.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bdewx jingħataw l-adrenaline auto-injectors (EpiPens), bla ħlas, kif kien imwiegħed is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid ukoll kemm-il persuna qed tibbenefika minn din l-iskema?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li minħabba data ta’ skadenza qasira ferm u export bans f’ħafna pajjizi, il-loġistika għall-akwist ta’ din il-mediċina hija partikolari iżda l-Ministeru qiegħed on track għal din is-sena kif wegħdt jiena stess. Ninsab infurmat u nikkonferma li qed isir kull sforz biex il-proċess tal-procurement jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
Huwa stmat li din l-iskema ser tkun ta’ benefiċċju dirett għal madwar 480 tifel u tifla, kif ukoll 1,120 pazjenti adulti. It-tfal ser ikunu forniti b’żewġ Epipens f’kull ħin filwaqt li l-adulti ser ikun fornuti b’waħda f’kull ħin.
Ħaż-Żebbuġ, Malta - Triq Giovanni Pullicino - Miżuri ta’ sigurtà
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi miżuri biex Triq Giovanni Pullicino f’Ħaż-Żebbuġ, Malta, issir aktar sigura fid-dawl tas-sewqan eċċessiv u perikoluż, kif ukoll minħabba d-diversi inċidenti tat-traffiku li qed iseħħu f’din it-triq? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhuma dawn il-miżuri u meta se jsiru?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi se tkun indirizzata l-problema fiż-żona indikata.
Ir-Rabat, Malta - Il-Baħrija - Triq prinċipali - Bankina u dwal
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li ssir bankina u dwal fit-triq prinċipali li twassal għall-Baħrija, ir-Rabat, Malta? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid meta?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Occupational Therapists u Physiotherapists - Uniformijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jinbidlu l-uniformijiet tal-Occupational Therapists u Physiotherapists wara dawk li ngħataw fl-aħħar sena, peress li ġie rrappurtat li huma ta’ kwalità inferjuri?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa r-rinnovazzjoni taċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat u jagħti lista tax-xogħlijiet li saru?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni li saru fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat kienu jikkonsistu minn xogħlijiet strutturali u ta’ infrastruttura ġenerali. Dan ix-xogħol inkluda wkoll it-tibdil u l-installazzjoni ta’ apertura ġodda u xogħlijiet tal-aluminium; xogħol ta’ elettriku u plumbing; l-instalazzjoni ta’ sistema HVAC, li tinkorpora tisħin, ventilazzjoni u arja kkundizzjonata; l-instalazzjoni ta’ generator; l-instalazzjoni ta’ sistema ta’ sigurtà li tinkludi intruder alarm u fire fighting; l-installazzjoni ta’ network u sistema RFID; l-instalazzjoni ta’ oxygen outlets; it-tqegħid ta’ madum u vinyl flooring; għamara ġdida u tagħmir mediku, kif ukoll s-servizzi ta’ project management, trasport, kiri ta’ skips u xogħlijiet relatati ma’ tindif u rimi ta’ skart. Infurmat li n-nefqa totali għal dan l-investiment importanti sabiex jipprovdi servizz ta’ kura primarja f’din iż-żona kienet tammonta madwar €624,000.
Sptar Ġenerali t’Għawdex - Klinika għall-kimoterapija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema area qed tiġi ppreparata l-klinika biex tingħata l-kimoterapija fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-kimoterapija tingħata mill-Chemo Lounge fi ħdan id-Day Ward. L-estensjoni ser issir fl-istess Chemo Lounge sabiex tippermetti infużjonijiet li jdumu aktar minn ġurnata u b’hekk il-pazjenti jkunu jistgħu jibqgħu rikoverati fis-sala għall-jiem kollha tat-trattament.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex taħriġ għal spiżjara f’Għawdex li ser ikunu involuti f’riċetti ta’ kimoterapija meta jinfetaħ is-servizz f’Għawdex?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li diġà hemm professjonisti mħarrġa fit-taħlit tal-kimoterapija. Madankollu, aktar ’il quddiem se jerġa’ jsir taħriġ adattat skont il-proċessi li ser ikunu fis-seħħ fl-ispiżerija l-ġdida tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser tibda tingħata kimoterapija fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, u jekk iva, meta?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kimoterapija diġà tingħata ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, iżda bl-introduzzjoni tas-servizzi tad-drones, se jiżdiedu 11-il tip ta’ trattamenti ġodda li jingħataw ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Puttinu Cares - Binja ġdida - Kuntratt ta’ servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi kuntratt ta’ servizzi li ser ikunu qegħdin jingħataw mill-Ministeru tas-Saħħa lill-binja l-ġdida ta’ Puttinu Cares, u jekk iva, x’servizzi huma?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li f’dan il-mument, ma hemm l-ebda kuntratt ta’ servizzi bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, u l-binja l-ġdida ta’ Puttinu Cares.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10158, jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar il-pjanijiet tal-Gvern fuq il-propost ċentru terapewtiku għall-minuri bi problemi ta’ mġiba fl-Imtarfa u jekk dan hux ippjanat li se jsir?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant, sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 18203