Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pain clinic

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan fil-futur qarib li titkabbar il-klinika magħrufa bħala ‘pain clinic’ minħabba l-lista ta’ stennija li hemm? Jekk iva, kif ser isir dan u meta?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Pain Clinic qiegħda kontinwament titkabbar, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, biex titnaqqas il-lista ta’ stennija u jinqdew aktar pazjenti. Il-Pain Clinic barra li tieħu ħsieb pazjenti b’uġigħ kroniku, żiedet ukoll il-kura ta’ pazjenti ta’ uġigħ akut. Is-servizz tal-Pain Clinic jingħata minn erba’ konsulenti speċjalisti Malta, u wieħed minnhom joffri wkoll is-servizzi fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Bejn is-sena 2024 u 2025 in-numru ta’ pazjenti li għaddew mill-Pain Clinic żdiedu minn 3,142 għal 5,197 u proċeduri minn 2,139 għal 2,480. Fil-bidu tas-sena żdiedu żewġ kliniċi f’Ċensu Moran Ċentru Reġjonali tas-Saħħa.

Operazzjonijiet tal-irkoppa, bunion, hip u operazzjonijiet relatati mad-dahar - Lista ta’ stennija

Question

Jista l-Ministru jgħid kemm ilhom jistennew l-aktar, dawk il-pazjenti li qegħdin fuq il-lista għall-operazzjoni tal-irkoppa, bunion, hip u operazzjonijiet relatati mad-dahar? Jista’ jgħid ukoll meta dawn il-pazjenti ddaħħlu uffiċjalment fuq il-lista ta’ stennija?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li hemm 345 pazjent li qed jistennew hip replacement u li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.  Tajjeb li jingħad li matul l-2025 saru 247 operazzjoni tal-hip replacement. Infurmat ukoll li hemm 268 pazjent li qed jistennew operazzjoni relatata mad-dahar.  Dawn jinkludu laminectomy/decompression, discectomy u fusion.  Tajjeb li nfakkar lill-Onor. Interpallant li matul l-2025, saru 347 operazzjoni relatata mad-dahar. Għar-rigward tat-total knee replacement, nirrferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba PQ 34230.  Irid jingħad li fl-2025, saru 1,214 operazzjoni tat-total knee replacement. Infakkar lill-Onor. Interpellant, li bħalma weġibt diversi drabi oħra, kull każ urġenti jingħata priorità biex l-operazzjoni ssir fl-iqsar żmien possibbli. Nominalment dawk huma il-figuri li jinkludu persuni li meta ġew ikkuntatjati m’aċċettawx l-appuntament li rċevew, persuni li ma stajniex nikkuntatjaw u persuni li minħabba l-kundizzjoni tagħhom ma jistgħux jiġu operati barra minn Mater Dei.

Operazzjonijiet tal-bunion

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet tal-bunion matul is-snin 2021, 2022, 2023, 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li matul l-2022 saru 10, fl-2023 saru 16, fl-2024 saru 30, fl-2025 saru 18 u sa Frar ta’ din is-sena saru 3.

Operazzjonijiet tal-bunion

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ pazjenti li qegħdin jistennew operazzjoni tal-bunion u jaqsam din l-informazzjoni billi jagħti n-numru ta’ pazjenti li kienu qegħdin jistennew matul Frar 2021, Frar 2022, Frar 2023, Frar 2024 u Frar 2025?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Rabat/Ħad-Dingli - Triq Santa Katerina u Triq is-Swatar - Ħaxix ħażin

Question

Jista’ l-Ministri jgħid jekk sarux rapporti mill-Iskola Sekondarja bejn ir-Rabat u Ħad-Dingli, rigward meta ser jinqata’ l-ħaxix selvaġġ mit-tarf tat-Triq San Katerina u Triq is-Swatar fir-Rabat/Ħad-Dingli minħabba l-periklu li qed joħloq lill-istudenti li jattendu din l-iskola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Rabat/Ħad-Dingli - Triq Santa Katerina u Triq is-Swatar - Ħaxix selvaġġ

Question

Jista’ l-Ministri jgħid meta ser jinqata’ l-ħaxix selvaġġ mit-tarf tat-Triq Santa Katerina u Triq is-Swatar fir-Rabat/Ħad-Dingli, minħabba l-periklu li qed joħloq lill-istudenti li jattendu l-iskola tal-viċin?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsilli Lokali tar-Rabat u ta’ Ħad-Dingli li l-ħaxix selvaġġ ser jinqata’ fil-jiem li ġejjin.

L-Imġarr - Substation ġdida

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33801, tista’ l-Ministru tagħti l-pjan bid-dati u bid-deadlines, ta’ kif ser tkun qed tiġi implimentata substation ġdida fl-Imġarr?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li fil-ġranet li ġejjin ser jibda jintrama l-apparat fis-substation. Ix-xogħlijiet fit-toroq biex tkun tista’ tinxtgħel din is-substation jibda wara li jinħareġ il-permess minn Transport Malta.

Operazzjonijiet vaskolari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm operazzjonijiet vaskolari saru mill-Gvern, matul is-snin 2022, 2023, 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam l-ammonti sptar, sptar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Operazzjonijiet kardjovaskolari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm operazzjonijiet kardjovaskolari saru mill-Gvern, matul is-snin 2022, 2023, 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam l-ammonti sptar, sptar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Operazzjonijiet tal-oftalmoloġija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm operazzjonijiet tal-oftalmoloġija saru mill-Gvern, matul is-snin 2022, 2023, 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam l-ammonti sptar, sptar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Operazzjonijiet tal-ortopedija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm operazzjonijiet tal-ortopedija saru mill-Gvern, matul is-snin 2022, 2023, 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam l-ammonti sptar, sptar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għar-rigward tal-istatistika għas-sena 2025, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-PQs 33425, 33426 u 33427.

Operazzjonijiet fid-dahar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm operazzjonijiet fid-dahar saru mill-Gvern, matul is-snin 2022, 2023, 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam l-ammonti sptar, sptar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Operazzjonijiet ta’ bdil tal-irkoppa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm operazzjonijiet ta’ bdil tal-irkoppa saru mill-Gvern, matul is-snin 2022, 2023, 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam l-ammonti sptar, sptar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

L-Imġarr - Bajja tal-Ġnejna - Latrina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li tiġi upgraded il-latrina tal-Bajja tal-Ġnejna fl-Imġarr?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali L-Imġarr li hemm pjanijiet sabiex il-latrina fil-Bajja tal-Ġnejna tiġi ristrutturata. Barra minn hekk, riċentament intlaħaq ftehim mad-Diviżjoni tal-Indafa Pubblika sabiex il-latrini fil-lokalità jkollhom attendant fuq bażi regolari, bil-għan li jiġi evitat il-vandaliżmu.

L-Imġarr - Ċentru tas-Saħħa - Trasport

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li jiġi offrut trasport għar-residenti tal-Imġarr li issa jridu jattendu ċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat għall-appuntamenti tas-saħħa tagħhom minflok fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta, fejn kienu jinqdew b’karozza tal-linja waħda?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirrefei lill-Onor. Interpellant għall-PQ 35054.

Night shelters għall-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li jinfetħu night shelters għall-anzjani? Jekk iva, meta u fejn ser jinfetħu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li bħalissa l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità diġà toffri servizz ta’ night shelter għall-anzjani li jkollhom bżonn dan it-tip ta’ appoġġ.

Rabat, Malta - Residential parking scheme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan ta’ residential parking scheme f’xi partijiet fir-Rabat, Malta? Jekk iva, fejn u meta ser isir?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta, flimkien mal-Ministeru kkonċernat, bħalissa għaddejjin b’diskussjonijiet mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali dwar proposti li saru mhux biss fir-Rabat, iżda f’numru ta’ lokalitajiet oħra.

Rabat, Mtarfa, Ħaż-Żebbug, Mdina u Ħad-Dingli - Toroq ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ġew mibnija mill-ġdid fil-lokalitajiet tar-Rabat, Mtarfa, Ħaż-Żebbuġ, Mdina u Ħad-Dingli, bejn l-2013 u l-2025?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34265.

Rabat, Mtarfa, Ħaż-Żebbug, Mdina, Ħad-Dingli - Toroq ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ser ikunu qegħdin jiġu mibnija mill-ġdid fil-lokalitajiet tar-Rabat, Mtarfa, Ħaż-Żebbuġ, Mdina u Ħad-Dingli, matul is-sena 2026?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta għandha ppjanat xogħlijiet fi Triq l-Imtarfa, Parkeġġ fuq il-garaxxijiet parti minn Binja Qlejjgħa,Triq ir-Reġimenti Maltin fl-Imtarfa.  Triq Ġdida fi Triq tal-Ħlas f’Ħaż-Żebbuġ.  Triq Santa Katarina, Sqaq fi Triq Santa Katarina, Triq San Dwardu, Triq Taċ-Ċagħki, Triq Santa Barbara, Sqaq Santa Barbara, Triq San Vincenz Ferreri, Triq Anton Muscat Azzopardi fir-Rabat.  Triq il-Buskett, Triq il-Qaws, Triq l-Imnarja f’Ħad-Dingli.