Ir-Rabat, Malta – Muturi – Parking Bays għall-muturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tistax issir parking bay għall-muturi (MC) fi Triq Inguanez, Triq San Bastjan jew Triq Ġorġ Borg Olivier fir-Rabat, Malta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fir-rigward ta’ tabelli għal MC Bays:
§
Fi Triq Inguanez
, Transport Malta kienet irċeviet talba mingħand il-Kunsill Lokali rispettiv għal MC Bay. Madankollu, din it-talba ma ġietx milqugħa peress li l-post identifikat ma kienx meqjus addattat skont il-
Motor Vehicles Regulations
.
§
Fir-rigward ta’ Triq San Bastjan u Triq Ġorġ Borg Olivier
, l-Awtorità ma rċeviet l-ebda talba għal MC Bays.
Il-Kunsill Lokali jista’ jressaq talba lill-Awtorità fil-każ li jitqies li hemm il-ħtieġa għall-istabbiliment ta’ dawn il-bays.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-inkjesta relatata mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-inkjesta relatata mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor.Interpellant biex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
L-Isptar Mater Dei – OECI accreditation – Quality standards
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34131, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi tibdiliet dwar il-quality standards relatati mal-akkreditazzjoni mal-Organisation of European Cancer Institutes (OECI) fis-settur tal-onkoloġija? Jista’ jgħid ukoll jekk l-istaff ingħatax training relatat mal-OECI?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li f’Jannar 2026 beda proġett pilota fejn hemm core group li qiegħed imexxi study groups għas-sebgħa kapitli tal-assesjar imfassla għal dan il-proċess ta’ ċertifikazzjoni li huma Governanza, Kura, Riċerka, Integrazzjoni tar-Riċerka mal-Kura, Innovazzjoni, Prevenzjoni u Edukazzjoni u Taħriġ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ċittadini minn pajjiżi terzi (TCNs) li ġew ingaġġati bħala Allied Assistants mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fis-snin li ġejjin ġew inganġati dawn it-TCNs bħala Allied Assistants kien kif ġej: 2024 – 3; 2025 – 5; u 2026 (sakemm qed titwieġeb din il-mistoqsija – 2.
Physiotherapists u Occupational Therapists – Uniformijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34125 dwar l-uniformijiet il-ġodda li ngħataw lill-Physiotherapists u lill-Occupational Therapists (OTs) is-sena l-oħra, fejn ġie mwieġeb li l-uniformijiet “għalihom ikunu mibdula u skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi neċessarji.”, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi time frame ppjanat għal dan?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li d-Direttorat ikkonċernat jinsab f'kuntatt mal-fornitur biex jiżgura li l-uniformijiet jiġu mibdula skont l-ispeċifikazzjonijiet mitluba, u t-target huwa li dawn jitqassmu sa tmiem it-tieni kwart ta’ din is-sena.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34126, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma ntużatx il-konferenza tal-Primary Health mtella’ fit-3 ta’ Ottubru biex jinkisbu l-ħiliet imsemmija fl-istess tweġiba?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-konferenza kienet iffokata fuq il-professjonijiet miġbura f’dan id-Direttorat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34126, jista’ l-Ministru jipprovdi break down tal-ispejjeż li ssemmew, kopji ta’ rċevuti, u jagħti rendikont jekk kienx hemm xi dħul finanzjarju minn dawn il-konferenzi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-ispiża tal-konferenza li saret fl-2025 kienet tinkonsisti: f’kiri ta’ sala f’Dar il-Mediterran; loġistika; apparat awdjoviż; kelliema internazzjonali u spejjeż oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-konferenzi tal-Allied Health professionals fl-2022 u 2023 kienx hemm call for abstracts? Jista’ jgħid ukoll jekk xi waħda minn dawn il-konferenzi kenitx meqjusa bħala ‘scientific conference’?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-konferenzi li saru fis-snin preċedenti 'Allied Health Conference: Together we Make a Difference' fl-2022 u 'Allied Health: Trending Digitally' fl-2023 kienu fundamentali biex jiddaħħal l-ispirtu ta' tiġdid professjonali. Dawn il-konferenzi kienu ffukati fuq il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiċi u l-iżvilupp professjonali kontinwu.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34126, jista’ l-Ministru jagħti break down tal-ispejjeż relatati mal-konferenza tal-Allied Health li saret fl-2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-ispiża tal-konferenza li saret fl-2024 kienet tinkonsist: f’kiri ta’ sala; loġistika; onorarja lill-kelliema; kif ukoll servizzi u spejjeż oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-konferenza tal-Allied Health fl-2023 u jagħti breakdown tal-ispejjeż? Jista’ jgħid ukoll kemm attendew delegati?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li għall-konferenza li saret fl-2023 attendew għaliha 230 parteċipant. L-ispiża kienet ta’ €3,600.00 VAT eskluż. Din l-ispiża tinkonsisti: f’kiri ta’ sala; loġistika; u spejjeż oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34126, fejn intqal li “l-konferenza li saret fl-2025, attendew għaliha 600 parteċipant.”, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn is-600 delegat kenux delegati differenti fuq jumejn jew delegati li attendew iż-żewġ ġranet ġewx magħduda darbtejn (doppji)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li r-reġistrazzjoni kienet miftuħa b'tali mod li persuna setgħet tattendi għal ġurnata waħda biss jew għaż-żewġ sessjonijiet.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34128 fejn intqal li “fil-perjodu msemmi kien hemm żewġ riżenji ta’ Professional Leads tal-Allied Health.”, jista’ l-Ministru jelabora dwarhom? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm aktar riżenji ta’ Professional Leads tal-Allied Health u jekk iva, minn liema professjoni kienu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li, kien hemm total ta’ tliet riżenji ta’ Professional Leads fl-Allied Health, b’waħda minnhom isseħħ wara li weġibt PQ 34128. Dawn kienu mill-Clinical Perfusion, l-Occupational Therapy u r-Radjografija.
Persuna meta tirriżenja mhix obbligati li tati r-raġuni.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34129 dwar fiex wasal in-National Cancer Plan, jista’ l-Ministru jgħid kif inhu kompost il-kumitat multidixxiplinarju li jiġbor flimkien il-professjonisti, kemm fih membri, min huma u x’inhu r-rwol tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-laqghat huma ikkoordinati mid-Dipartiment tal-Cancer Care Pathways u l-Uffiċju tal-Chief Medical Officer.
Il-persuni mistiedna regolarment huma l-kapijiet tal-entitajiet kollha li huma nvoluti fil-kontroll tal-kanċer f’pajjizna, fosthom l-entittajiet responsabbli għal-prevenzjoni, skrinjar, dijagnożi, trattament, palliazzjoni, riabilitazzjoni u servizzi għal persuni li huma cancer survivors.
Jiġu mistiedna wkoll id-diversi Diretturi Ġenerali fid-Dipartiment tas-Saħħa, CEOs u d-Diretturi mediċi tal-isptarijiet Mater Dei u l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex, il-Chairpersons ta’ diversi dipartimenti kliniċi, kapijiet tan-nursing u allied health professionals, id-dipartimenti tal-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni mill-mard, il-National Screening unit, Hospice Malta u l-Malta Community Chest Fund Jiġu mistiedna wkoll rappreżentanti tal-pazjenti.
Infurmat li sa issa saru ħames laqgħat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34127, jista’ l-Ministru jipprovdi kjarifika dwar kif inhu kompost id-Direttorat tal-Allied Health Professionals u jgħid x’inhu r-rwol tagħhom? Jista’ wkoll jagħti informazzjoni dwar jekk l-impjegati humiex full-time jew part-time u jinkludi l-clerical staff?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li d-Direttorat tal-Allied Health Professionals huwa kompost minn Direttur u tlett impjegati li jinkludu Uffiċjal fi Skala 4, Assistent Direttur, u Occupational Therapist. Dawn flimkien ma’ uffiċjali klinici jmexxu oqsma bħall-Assigurazzjoni tal-Kwalità, żvilupp tal-istaff u r-riċerka. Ir-rwol ewlieni tagħhom huwa li jikkoordinaw it-tmexxija strateġika mal-kapijiet tas-servizzi kliniċi u jippromwovu l-professjonijiet tad-Diretorrat.
L-Uffiċċjal fi Skala 4 u l-Occupational Therapist jagħmlu wkoll xogħol kliniku f’ċerti jiem.
L-Imġarr – Triq Sir Temi Zammit - Traffic Management
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34253, jista’ l-Ministru jgħid ma’ min għadhom qed isiru d-diskussjonijiet dwar Triq Sir Temi Zammit, fl-Imġarr? Jista’ jgħid ukoll meta ser isiru laqgħat futuri u jekk hemmx pjan għal meta ser tittieħed xi azzjoni li twassal għall-konklużjoni?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx ġie preparat kimoterapija fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u jekk hemmx faċilità biex dan isir?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-kimoterapija bħala trattament parenterali se jkun possibbli li tibda tingħata meta jkun lest il-proġett tal-ispiżerija l-ġdida fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn ser tiġi mgħammra għal dan il-għan.
Sadanitant ħarġet tender għad-drones sabiex meta jibda dan is-servizz jkun jista’ jitnaqqas l-iskariġġ tal-pazjenti Għawdxin li jkollhom bżonn ċertu tipi ta’ kimoterapija.
Pazjenti b’kundizzjonijiet ta’ ‘high risk’ - Insulin pumps
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex għadhom ma ngħatawx insulin pumps dawk il-pazjenti li jbatu minn kundizzjonijiet ta’ ‘high risk’ u li jwasslu għal diversi admissions fl-isptarijiet? Jekk hemm pjan biex dawn il-pazjenti jibdew jingħataw l-insulin pumps, jista’ jgħid b’liema pjan ser jibdew jingħataw, x’se jkunu l-kundizzjonijiet u x’inhu t-timeframe?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hemm pjan li l-insulin pumps l-ewwel jitqasmu lit-tfal, liż-żgħażagħ u lill-pazjenti morda bil-frixa.