Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Imtarfa – Sqaq it-Tokk

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Sqaq it-Tokk fl-Imtarfa huwiex proprjetà tal-Awtorità tal-Artijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bil-għan illi l-informazzjoni tkun waħda preċiża u korretta l-Onorevoli Interpellant qiegħed jiġi mitlub jipprovdi site plan li tindika il-post preċiż imsemmi.

Hip replacements

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4252 u 5062 u jgħid kemm saru hip replacements fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u sptarijiet privati mħallsin mill-Gvern, fix-xhur ta’ Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru 2026?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li bejn Frar u Settembru 2026, is-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa wettaq 281 operazzjoni ta’ hip replacements f’Malta u Għawdex. Is-servizz huwa kkumplimentat mis-settur privat skont il-ħtieġa.

Knee replacements

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4251 u 5000 u jgħid kemm saru knee replacements fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u sptarijiet privati mħallsin mill-Gvern, fix-xhur ta’ Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru 2026?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li bejn Frar u Settembru 2026, is-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa wettaq 760 operazzjoni ta’ knee replacements f’Malta u Għawdex. Is-servizz huwa kkumplimentat mis-settur privat skont il-ħtieġa.

Ir-Rabat, Malta - Żona ta’ Koronja - Wied il-Qlejgħa - Installazzjoni ta’ bozoz

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 4435 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Mobbiltà Sostenibbli u tgħid jekk hemmx pjan jew applikazzjoni biex jiġu installati bozoz mal-bridge li jaqsam fuq Wied il-Qlejgħa (Chadwick Lakes), fiż-żona ta’ Koronja, fil-limiti tar-Rabat, Malta?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Reġistrazzjoni tal-imwiet – Aġġornament awtomatiku jew manwali tad-data

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3888 u 4420 u jgħid jekk ir-reġistrazzjoni tal-mewt ta’ pazjent f’sistema waħda twassalx għal aġġornament awtomatiku tal-istatus tal-pazjent fis-sistemi l-oħra, jew jekk dan jiddependix minn intervent manwali? Jista’ jgħid ukoll fejn ikunu meħtieġa aġġornamenti manwali, liema kontrolli huma fis-seħħ biex jiġi żgurat li l-informazzjoni tiġi aġġornata b’mod korrett u fil-ħin?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru. 5064.

Sptarijiet pubbliċi – Sistemi elettroniċi tal-informazzjoni – Reġistrazzjoni tal-imwiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3887 u 4419 u jgħid x’inhuma l-proċeduri fis-seħħ fl-isptarijiet pubbliċi biex il-mewt ta’ pazjent tiġi rreġistrata fis-sistemi elettroniċi tal-informazzjoni? Jista’ jispeċifika liema sistemi jintużaw, inklużi l-ICM, il-Patient Dashboard, l-EPR u l-Converge, u jispjega kif l-informazzjoni dwar il-mewt ta’ pazjent tiġi trażmessa u aġġornata bejn dawn is-sistemi? Jista’ jispjega wkoll jekk hemmx differenza bejn meta persuna tmut fid-dar residenzjali tagħha jew fl-isptar?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li fl-isptarijiet pubbliċi, l-mewt ta’ pazjent tiġi rreġistrata skont proċeduri stabbiliti, u l-informazzjoni tiġi aġġornata fis-sistemi rilevanti tas-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa. Fil-każ ta’ mwiet li jseħħu barra mill-isptar, inkluż fir-residenza tal-persuna, l-informazzjoni tiġi aġġornata abbażi tad-dokumentazzjoni uffiċjali. Is-sistemi u l-proċessi relatati jiġu riveduti b’mod kontinwu, bil-għan li tissaħħaħ aktar l-interoperabbiltà bejniethom.

Operazzjonijiet tal-katarretti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4253 u jgħid kemm saru operazzjonijiet tal-katarretti fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u sptarijiet privati mħallsin mill-Gvern, fix-xhur ta’ Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru 2026?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li bejn Frar u Settembru 2026, is-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa wettaq 3,504 operazzjonijiet tal-katarretti f’Malta u Għawdex. Is-servizz huwa kkumplimentat mis-settur privat skont il-ħtieġa.

Hip replacements

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4252 u jgħid kemm saru hip replacements fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u sptarijiet privati mħallsin mill-Gvern, fix-xhur ta’ Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru 2026?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Knee replacements

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4251 u jgħid kemm saru knee replacements fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u sptarijiet privati mħallsin mill-Gvern, fix-xhur ta’ Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru 2026?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

L-Isptar Ġenerali t’Għawdex – Klinika tal-Fiżjoterapija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4248, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm pazjenti nqdew mill-Klinika ta' Fiżjoterapija fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex matul l-2023, l-2024, l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jagħti l-ġranet li tinfetaħ din il-klinika u kemm appuntamenti jsiru f'kull sessjoni?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tingħata fit-tabella ta’ hawn taħt: Sena Appuntamenti 2023 13,473 2024 13,331 2025 13,498 2026 (Minn Jannar sal-aħħar ta’ Awissu) 8,799 Il-Klinika tiftaħ mit-Tnejn sas-Sibt u jsiru madwar 60 appuntament kuljum.

L-Isptar Ġenerali t’Għawdex – Klinika tal-Podjatrija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4247, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm pazjenti nqdew mill-Klinika tal-Podjatrija fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex matul l-2023, l-2024, l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jagħti l-ġranet li tinfetaħ din il-klinika u kemm appuntamenti jsiru f'kull sessjoni?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tingħata fit-tabella ta’ hawn taħt: Sena Appuntamenti 2023 731 2024 524 2025 366 2026 (Minn Jannar sal-aħħar ta’ Awissu) 330

L-Isptar Ġenerali t’Għawdex – Klinika tad-Dentistrija għal Persuni b'Diżabilità

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4246, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm pazjenti nqdew mill-Klinika tad-Dentistrija għal Persuni b'Diżabilità fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex matul l-2023, l-2024, l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jagħti l-ġranet li tinfetaħ din il-klinika u kemm appuntamenti jsiru f'kull sessjoni?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2026, minn meta bdiet tinżamm l-informazjoni, sal-aħħar ta’ Awwissu, ingħataw 81 appuntament għall-persuni b’diżabilità fil-Klinika tad-Dentistrija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Il-klinika tkun miftuħa mit-Tnejn sas-Sibt u f’kull sessjoni jsiru madwar 23 appuntament.

L-Isptar Mater Dei – Customer care – Ilmenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex persuna biex tagħmel ilment mal-customer care tal-Isptar Mater Dei bilfors trid tagħti d-dettalji tagħha u ma tistax tibqa’ anonima?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Servizz għall-Kura tal-Klijenti (Customer Care) tal-Isptar Mater Dei jaċċetta lmenti anonimi meta dawn ikunu ta’ natura ġenerali. Meta lment ikun jirrigwarda aspetti speċifiċi tal-kura u l-investigazzjoni tiegħu tkun teħtieġ aċċess għal data personali, is-servizz ikollu bżonn id-dettalji tal-persuna li tkun ressqet l-ilment sabiex ikun jista’ jipproċessah. Jekk l-ilment jitressaq b’mod anonimu, is-servizz lanqas ma jkun jista’ jagħti risposta lil dik il-persuna jew iżommha infurmata dwar xi azzjoni li tkun ittieħdet b’rabta mal-ilment tagħha.

Uniformijiet - Tender

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4054, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid sa kemm huwa validu t-tender preżenti għall-uniformijiet tal-Allied Health Professionals?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li l-kuntratt għall-uniformijiet bħalissa huwa magħluq. Infurmat ukoll li kien hemm sospensjoni temporanja minħabba kwistjonijiet ta’ kwalità fil-materjal. Sa llum, il-fornitur issupplimenta u biddel l-uniformijiet kollha meħtieġa.

Allied Health Professionals - Ħlasijiet għal sigħat żejda

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3199 u 3955 u jgħid meta ser jitħallsu l-Allied Health Professionals li qed jaħdmu sigħat żejda barra l-ħin tagħhom biex jinqatgħu l-listi ta’ stennija? Jista’ jgħid ukoll għaliex, minkejja li dan ix-xogħol beda fil-bidu tas-sena, sal-lum dawn il-professjonisti għadhom ma tħallsux?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li xi pagamenti diġà saru fl-aħħar paga, u l-bqija tal-pagamenti pendenti qed jiġu segwiti.

Ir-Rabat, Malta – Triq Ġorġ Borg Olivier

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2764 u 3954 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2024, jista’ l-Ministru jagħti update ta’ x’sar f’dawn l-aħħar tliet xhur fir-rigward ta’ Triq Ġorġ Borg Olivier, ir-Rabat, Malta, fid-dawl li dalwaqt se jerġgħu jibdew l-iskejjel u ser jiżdied iktar l-użu ta’ din it-triq u magħha jiżdiedu l-inkonvenjenzi, ħsarat lir-residenti u perikli?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jiġu diskussi numru ta’ proposti f’laqgħat li qed isiru mal-Kunsill Lokali tar-Rabat.

L-Isptar Mater Dei – Ħaddiema – Kundizzjonijiet għall-parkeġġ

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3953 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2763, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-ħaddiema tal-Gvern fl-Isptar Mater Dei għandhomx kundizzjonijiet differenti mill-ħaddiema tal-kuntrattur fir-rigward tal-parkeġġ tal-vetturi tagħhom waqt il-ħin tax-xogħol? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhuma dawn il-kundizzjonijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li l-obbligi kuntrattwali dwar il-parkeġġ tal-ħaddiema tal-kuntratturi jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-kuntratturi rispettivi u mhux tal-amministrazzjoni tal-Isptar Mater Dei.

Ir-Rabat, Malta - Żona ta’ Koronja - Wied il-Qlejgħa - Installazzjoni ta’ bozoz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan jew applikazzjoni biex jiġu installati bozoz mal-bridge li jaqsam fuq Wied il-Qlejgħa (Chadwick Lakes), fiż-żona ta’ Koronja, fil-limiti tar-Rabat, Malta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Reġistrazzjoni tal-imwiet – Aġġornament awtomatiku jew manwali tad-data

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3888 u jgħid jekk ir-reġistrazzjoni tal-mewt ta’ pazjent f’sistema waħda twassalx għal aġġornament awtomatiku tal-istatus tal-pazjent fis-sistemi l-oħra, jew jekk dan jiddependix minn intervent manwali? Jista’ jgħid ukoll fejn ikunu meħtieġa aġġornamenti manwali, liema kontrolli huma fis-seħħ biex jiġi żgurat li l-informazzjoni tiġi aġġornata b’mod korrett u fil-ħin?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.