Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16488 u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13480, jista’ l-Ministru jgħid kemm u fuqiex kienu l-ilmenti u s-suġġerimenti tar-residenti ta’ dawk il-Kunsilli Lokali li jżommu records ta’ dawn l-ilmenti/suġġerimenti?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi din l-Informazzjoni għadha qed tinġabar, u tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16487 u jindika liema huma dawk il-kunsilli lokali li qed jagħmlu użu mill-iskejjel tal-Istat wara il-ħin tal-iskola u jekk dan is-servizz huwiex jingħata lilhom bla ħlas?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi din l-Informazzjoni għadha qed tinġabar, u tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jindika fiex jikkonsisti s-servizz tal-Bronja? Kemm hemm voluntiera li qegħdin iċemplu kuljum lill-istess anzjani li għandhom bżonn l-għajnuna speċjalment għax jinsabu jgħixu fis-solitudni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, s-servizz imsemmi minnu mhuwiex servizz ipprovdut mill-Ministeru tal-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta Socjali.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex is-servizz COVID-19 li kien jingħata lill-anzjani li għandhom iktar minn 60 sena u għandhom bżonn għajnuna minħabba t-tqassim tal-ikel jew il-mediċina, m’għadux jingħata?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz imsemmi minnu kien servizz ta’ emerġenza li ngħata fil-perjodu li kien mwaqqaf temporanjament is-servizz tal-Għajnuna fid-Dar. Meta reġa beda s-servizz normali tal-Għajnuna fid-Dar ma kienx hemm aktar bżonn tas-servizz imsemmi minnu.
L-għajnuna minflok kompliet tingħata bis-servizzi offruti mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, u dan billi wiehed ikun applika għas-servizz tal-‘Meals on Wheels’, servizz tal-Għajnuna fid-Dar u servizzi oħra li jista’ jigi bżonn l-anzjan. L-applikazzjoni ghal dawn is-servizzi issir kemm permezz ta’ applikazzjoni onlajn billi jidħlu fuq il-
website: www.activeageing.gov.mt jew billi jżuru ċ-Ċentru Servizz Anzjan fi Triq Żekka, l-Belt Valletta.
Għal aktar informazzjoni wiehed jista ukoll iċempel fuq in-numru tat-telefon 159 jew 22788800.
Jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk il-kunsilli lokali li qed jagħmlu użu mill-iskejjel tal-Istat wara il-ħin tal-iskola u jekk dan is-servizz huwiex jingħata lilhom bla ħlas?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13480, jista’ l-Ministru jgħid kemm u fuqiex kienu l-ilmenti u s-suġġerimenti tar-residenti ta’ dawk il-Kunsilli Lokali li jżommu records ta’ dawn l-ilmenti/suġġerimenti?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15712 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari W444 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jindika wkoll kemm kien hemm persuni li għamlu użu mill-postijiet tal-gambling matul l-2016, 2017, 2018 u l-2019? Jista’ jindika wkoll kemm minnhom kienu Maltin u kemm minnhom kienu barranin?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor, Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Flus li ntefqu mill-poplu Malti fl-industrija tal-logħob
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15711 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm flus nefaq il-poplu Malti f’konsum ta’ logħob matul l-aħħar tliet snin?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-MGA tagħmel studju kull sentejn bl-isem, “Gambling Behaviours amongst the Maltese Population”, fejn jiġu studjati l-attitudnijiet u d-drawwiet assoċjati mal-logħob tal-popolazzjoni Maltija.
Skont dan l-istudju huwa stmat li l-popolazzjoni Maltija nefqet €125 miljun fuq servizzi ta’ logħob fl-2015 u €128 miljun fl-2017. Il-figuri relatati mas-sena 2019 jiġu ppublikati aktar il-quddiem meta l-istudju jigi finalizzat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15710 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm iġġenerat flus l-industrija tal-logħob fl-ekonomija Maltija f’dawn l-aħħar tliet snin? Kemm hemm impjegati jaħdmu f’din l-industrija f’pajjiżna? Kemm minnhom huma Maltin?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15709 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u jelenka l-ħidmiet li wettqet ir-Responsible Gaming Foundation matul l-aħħar sena? Kemm tat fondi lura lis-soċjetà fil-ġbir tagħha mill-industrija tal-logħob din il-Fondazzjoni?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-missjoni tal-Fondazzjoni hi li tinħoloq kuxjenza billi jingħata tagħrif wiesgħa dwar il-limitu, kawzi possibbli u konsegwenzi tal-problema tal-logħob f’Malta b’għan ta’ prevenzjoni u li jiġi pprovdut is-sapport kollu neċessarju lil persuni li jbatu mill-vizzju tal-logħob u persuni qrib tagħhom, fl-isforzi kontinwi matul il-proċess ta’ rkupru mill-problema.
Skont l-aħħar ċifri uffiċċjali li jkopru għas-sena 2017, il-Fondazzjoni nefqet €50,554 fuq din l-attivita’, li ma jinkludux l-amministrazzjoni tal-Fondazzjoni nnifisha.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta’ każijiet pożittivi tal-COVID-19 reġistrati għal kull nazzjonalità mill-bidu tal-pandemija sal-lum?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt.
Nazzjonalità
Numru ta’ każijiet
(Mis-7 ta’ Marzu 2020 sat-2 ta’ Lulju 2020)
Maltija (
Malta
)
469
Indjana (
India
)
31
Taljana (
Italy
)
22
Sudani¿a (
Sudan
)
18
Filippina (
Philippines
)
12
Ingli¿a (
United Kingdom
)
12
Somala (
Somalia
)
9
Pakistana (
Pakistan
)
7
Spanjola (
Spain
)
7
Tal-Gambia (
Gambia
)
6
Tal-Bangladesh (
Bangladesh
)
5
Serbjana (
Serbia
)
5
Taċ-Chad (
Chad
)
4
Tal-Eritrea (
Eritrea
)
4
Sirjana (
Syria
)
4
Libjana (
Libya
)
4
Tal-Kosta tal-Avorju (
Ivory Coast)
3
Marokkina (
Morocco
)
3
Norveġiza (
Norway
)
3
Tas-Senegal (
Senegal
)
2
Tal-Etjopja (
Ethiopia
)
2
Tan-Nepal (
Nepal
)
2
Niġerjana (
Nigeria
)
2
Griega (
Greece
)
2
Portugi¿a (
Portugal
)
2
Tal-Ukrajna (
Ukraine
)
2
Ungeri¿a (
Hungary)
2
Iranjana (
Iran)
1
Irlandi¿a (
Ireland
)
1
Russa (
Russia
)
1
Ġappuni¿a
(Japan)
1
Tat-Togo (
Togo
)
1
Albani¿a (
Albania
)
1
Amerikana (
United States of America
)
1
Tal-Maċedonja ta’ Fuq (
North Macedonia
)
1
Bulgara (
Bulgaria
)
1
Kanadi¿a (
Canada
)
1
Tal-Mali (
Mali
)
1
Tune¿ina (
Tunisia
)
1
Kolombjana (
Colombia
)
1
Eġizzjana (
Egypt
)
1
Tan-New Guinea (
New Guinea
)
1
Ċini¿a (
China
)
1
Finlandi¿a (
Finland
)
1
Franċi¿a (
France
)
1
Tas-Sri Lanka (
Sri Lanka
)
1
Tal-Georgia (
Georgia
)
1
Alġerina (
Algeria
)
1
Ġermani¿a (
Germany
)
1
Tal-Ghana (
Ghana
)
1
Ta’ Hong Kong (
Hong Kong
)
1
Rumena (
Romania
)
1
Svedi¿a (
Sweden
)
1
Torka (
Turkey
)
1
Jista’ l-Ministru jelenka l-ħidmiet li wettqet ir-Responsible Gaming Foundation matul l-aħħar sena? Kemm tat fondi lura lis-soċjetà fil-ġbir tagħha mill-industrija tal-logħob din il-Fondazzjoni?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onorevoli interpellant biex din il-mistoqsija tiġi riferuta lill-Ministru ikkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm iġġenerat flus l-industrija tal-logħob fl-ekonomija Maltija f’dawn l-aħħar tliet snin? Kemm hemm impjegati jaħdmu f’din l-industrija f’pajjiżna? Kemm minnhom huma Maltin?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onorevoli interpellant biex din il-mistoqsija tiġi riferuta lill-Ministru ikkonċernat.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari W444 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jindika wkoll kemm kien hemm persuni li għamlu użu mill-postijiet tal-gambling matul l-2016, 2017, 2018 u l-2019? Jista’ jindika wkoll kemm minnhom kienu Maltin u kemm minnhom kienu barranin?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onorevoli interpellant biex din il-mistoqsija tiġi riferuta lill-Ministru ikkonċernat.
Marsaskala: Residenti Maltin imressqa fuq reati kriminali
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14448, jista’ l-Ministru jgħid issa kemm huwa n-numru ta’ residenti Maltin li joqogħdu Marsaskala li tressqu l-Qorti matul is-sena l-oħra? X’reati huma akkużati li wettqu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi mid-dettalji miġbura mill-Pulizija n-numru ta’ residenti Maltin u li joqogħdu Marsaskala li tressqu l-Qorti fuq reati kriminali matul is-sena 2019 kien ta’ mija u tmienja u ħamsin (158). Ir-reati li wettqu huma varji u jinkludu: pretenzjonijiet – feriti fuq il-persuna gravi jew ħfief – vjolenza domestika – pussess ta’ droga – theddid u insulti – użu ħażin tat-telefon – sewqan mingħajr assikurazzjoni – ħsarat volontarji jew involontarji – attentat ta’ qtil u vjolenza – reati dwar manteniment u familja – inġurji – reat ta’ akkużi foloz u hit and run.
Qala Għawdex – Triq il-Wileġ u Triq il-Kunċizzjoni – sistema implimentata minħabba trakkijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’sistema ġiet implimentata fi Triq il-Wileġ u Triq il-Kunċizzjoni fil-Qala Għawdex biex jittaffew il-problemi li qed jiffaċċjaw ir-residenti minħabba n-numru ta’ trakkijiet li jgħaddu kuljum minn dawn it-toroq biex imorru f’impjanti u barrieri li hemm fil-qrib? Jista’ jpoġġi site plan jew pjanta fuq il-Mejda tal-Kamra dwar dan l-arranġament u s-sistemi ta’ one way għat-trakkijiet? Jista’ jgħid jekk in vista ta’ dawn it-tabelli, hemmx permess lil xi trakkijiet biex xorta waħda jgħaddu minn Triq il-Wileġ? Jekk iva, kemm-il trakk ingħata dan il-permess u x’kienet ir-raġuni li ngħataw dan il-permess?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Transport Malta approvat sistema ta’ immaniġjar ta’ traffiku għal vetturi kbar fil-Qala, Għawdex f’Lulju tal-2015 fuq talba ta-Kunsill Lokali tal-Qala.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan l-arranġament fejn huwa spjegat li Transport Malta ma tat l-ebda permess lil xi trakkijiet partikulari.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-LESA jew Transport Malta għamlitx camera biex tkun tista’ tikkontrolla min jikser is-sistema ta’ one way għat-trakkijiet fi Triq il-Wileġ fil-Qala? Jista’ jgħid meta twaħħlet din il-camera u minn meta twaħħlet, kemm-il trakk kiser dawn ir-regolamenti? Kemm-il ċitazzjoni nħarġet per konsegwenza u kemm minnhom tħallsu sal-lum? Kemm hu l-valur taċ-ċitazzjonijiet li nħarġu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi informazzjoni dwar l-installar ta’ cameras kif ukoll ċitazzjonijiet maħruġa jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ Transport Malta u l-Local Enforcement System Agency (LESA).
Għaldaqstant, l-Onorevoli Interpellant ġentilment mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u l-Ministru għall-Affarijiet Interni, Sigurtà Nazzjonali u Infurzar tal-Liġi.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm kien hemm persuni li mietu f’pajjiżna minħabba mard relatat mat-tipjip mis-sena 2017 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont ir-reġistru Nazzjonali tal-Imwiet kien hemm 387 mwiet minħabba mard relatat mat-tipjip fis-sena 2017. Kien hemm 305 irġiel u 82 nisa.
Jista’ l-Ministru jispjega x'xogħol sar s’issa fil-proġett ta' Wied Fulija?
Response (FARRUGIA, AARON)
B’żieda ma dak li ġa intqal fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12911, ninsab infurmat li x-xogħlijiet li saru u qed isiru bħalissa f’Wied Fulija jinkludu xogħlijiet ta 'reprofiling' tal-miżla, xogħlijiet ta’ capping, bini ta’ ħajt ta’ lqugħ fit-tarf tal-irdum; tħaffir u kostruzzjoni ta’ ġibjun ta' l-ilma kif ukoll it-tneħħija u l-ipproċessar ta’ sitt elef tunnellata ta’ ħġieġ li kienu mormija fuq din il-miżbla.