Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bajja ta’ Birżebbuġa – studju tal-kwalità tal-arja u l-livelli tal-ħsejjes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta sar l-aħħar studju tal-kwalità tal-arja u l-livelli tal-ħsejjes fil-Bajja ta’ Birżebbuġa? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li saru fl-aħħar tnax-il xahar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li juri l-livelli ta’ tniġġis f’Birżebbuġa fl-2019 u 2020 skont il-monitoraġġ li tagħmel l-Awtorità għar-Riżorsi u l-Ambjent (l-ERA). Ninsab infurmat ukoll li fir-rigward tal-livelli tal-ħsejjes, fl-aħħar tnax-il xahar, l-ERA ma għamlitx studji fir-rigward tal-livelli tal-ħsejjes fil-Bajja ta’ Birżebbuġa

Freeport – test fuq vapuri biex ikunu konformi mar-regoli tat-tniġġiż tal-arja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il test sar fuq vapuri li daħlu l-Freeport mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-lum, biex jassigura li dawn huma konformi tar-regoli applikabbli tat-tniġġiż fl-arja waqt li qegħdin fil-port? Jista’ jgħid kemm instabu li ma kenux hekk konformi? X’passi ttieħdu kontra tagħhom?

Response (FARRUGIA, AARON)

B’żieda mat-tweġiba li kont tajt ghall-mistoqsija parlamentari 16394, ninsab infurmat li l-kontroll tal-emissjonijiet minn vapuri hija responsabbilta’ ta’ Transport Malta u allura nitolbu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Birżebbuġa – equipment biex jitkejjel it-tniġġiż

Question

Jista’ l-Ministru: (a) jissottometti rapport tal-kejl tal-inkwinament mill-istazzjon taż-Żejtun għas-sena 2019?; (b) jgħid meta jikkonsidra li Birżebbuġa hi fost l-aktar raħal li qed jaqla’ velenu, u dan minħabba li ‘l fuq minn 2,000 vapur fis-sena jqattgħu ġranet fil-port, u jekk l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tikkonsidrax li tinstalla equipment biex ikejjel it-tniġġiż ġo Birżebbuġa ħalli r-residenti jkollhom informazzjoni iżjed eżatta? u (c) jgħid jekk ir-riżultati minn dan l-equipment jistax jibda jiġi ppubblikat kuljum ħalli min għandu bżonn jieħu prekawzjonijiet (bħall-morda) ikunu jistgħu jagħmlu hekk?

Response (FARRUGIA, AARON)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport mitlub dwar iż-żejtun għas-sena 2019. Infurmat ukoll li f’B’Bugia l-ERA tagħmel monitoraġġ ta’ volatile organic compounds, sulphur dioxide u nitrogen dioxide habba il-kwalità tal-arja u dan isir bl-użu ta’ diffusion tubes li jiġu esposti għal-perjodu ta’ erbgħa ġimgħat. Ir-riżultati juru li l-ebda sustanza ta’ tniġġis minn dawk imsemmija hawn fuq ma teċċedi l-limiti stabbiliti fid-Direttiva tal-Unjoni Ewropea (Direttiva 2008/50/KE dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa). Barra minn hekk peress li l-kampjuni jittieħdu fuq perjodu ta’ erba’ ġimgħat u l-analiżi tal-kampjuni ssir f’laboratorju barra minn Malta, ir-riżultati ma jistgħux ikunu disponibbli kuljum. Meta jkunu analizzati, l-ERA tipproduċi mapep li juru l-informazzjoni miġbura mid-diffusion tubes. Dawn il-mapep huma disponibbli fuq il-website tal-Awtorità. Madankollu, id-data hija wkoll disponibbli għal individwi fuq talba lill-ERA.

Port Ħieles – twaħħil ta’ żewġ krejnijiet

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19045, peress li ż-żewġ krejnijiet ġodda ser joperaw fuq l-akbar vapuri li jidħlu l-Freeport u peress li Terminal 1, fejn hu maħsub li jitwaħħlu huwa l-aktar qrib tar-residenti, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li tali krejnijiet jitwaħħlu f’Terminal aktar ‘l barra mir-residenti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Informazzjoni għadha qed tinġabar.

Freeport – servizz mill-Enemalta għall-shore to ship supply — preparamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed isiru xi preparamenti min-naħa tal-Freeport bi tħejjija għal meta jasal is-servizz mill-Enemalta biex ikun possibbli li l-Freeport jopera ix-shore to ship supply?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant fi f’dan ir-rigward għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Korporazzjoni, l-Malta Freeport Terminals u l-Enemalta.

Port Ħieles – Shore to Ship power supply – flus ivvutati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm flus ivvutati fil-budget ta’ din is-sena għall-proġett tax-shore to ship power supply fil-Port Ħieles?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Port Ħieles – vapuri — fjuwil

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk vapuri li jkunu fil-Port Ħieles humiex jieħdu l-fjuwil waqt li qegħdin fil-port?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.

Port Ħieles — Parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda u jitlesta l-proġett tal-parking biswit il-Port Ħieles? Kemm se jkun jesa karozzi u kemm minnhom se jkunu riservati għar-residenti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra

Port Ħieles — parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min se jkun qed jamministra l-parkeġġ biswit il-Port Ħieles? Dan il-parkeġġ se jkun bi ħlas?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra

Birżebbuġa – impjant tal-fuel – pjanijiet għas-sit

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux qed jitħejjew pjanijiet għas-sit fejn hemm l-impjant tal-fuel 31 ta’ Marzu f’Birżebbuġa? Fiex jikkonsistu dawn il-pjanijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat f’mistoqsija parlamentari 17961.

Birżebbuġa — Impjant tal-Fuel - għeluq

Question

Tista’ l-Ministru tagħti data definitiva meta se jingħalaq kompletament l-impjant tal-fuel f’Birżebbuġa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjant ta’ Birżebbuġa se jkun “on cold standby” bl-għeluq definittiv tal-impjant mistenni jseħħ mhux aktar tard mill-aħħar ta’ din is-sena.
Leg 13 PQ #19072 Sitting 428 2021-02-16 Oral · Final From: HERMANN SCHIAVONE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Port Ħieles – Shore to ship power supply – fondi mill-EU

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk ġewx approvati fondi tal-EU biex jiġi stallat shore to ship power supply fil-Port Ħieles? Jista’ jgħid kemm huma l-fondi approvati?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Port Ħieles – twaħħil ta’ żewġ krejnijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema terminal tal-Port Ħieles ser jitwaħħlu ż-żewġ krejnijiet il-ġodda?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Kumpanija Malta Freeport Terminals hija kumpanija private pero mill-informazzjoni li il-Korporazzjoni ghandna u skond l-applikazzjoni li saret mal-Environment and Resources Authority (ERA), dawn ser jitwahhlu fuq Terminal 1.

Bajja ta’ Birżebbugia – studju dwar il-kwalità tal-arja u l-livelli tal-ħsejjes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija tal-Port Ħieles tikkummisjonax studju tal-kwalità tal-arja u l-livelli tal-ħsejjes fil-bajja ta’ Birżebbuġia minn fejn topera? Meta sar l-aħħar studju jekk sar? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tali rapporti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudju sar mill-Malta Freeport Terminals fil-passat u bhalissa ghaddej studju iehor. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-Kumpanija Malta Freeport Terminals hija kumpanija private.

Żarmar ta’ krejnijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema terminal joperaw iż-żewġ krejnijiet li ser jiġu żarmati?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-Informazzjoni li ghandna l-korporazzjoni u skond l-applikazzjoni li saret mill-Malta Freeport Terminals mal-Environment and Resources Authority (ERA) dawn iz-zewg krejnijiet qodma mhux ser joperaw aktar min Malta.

Port Ħieles – stallazzjoni ta’ żewġ krejnijiet – tnaqqis tat-tniġġis fl-arja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif iż-żewġ krejnijiet ġodda li ser jiġu installati fil-Port Ħieles ser jgħinu biex jitnaqqas it-tniġġis fl-arja fil-port, mill-vapuri li jkunu qed iħottu/jgħabbu l-containers?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li permezz ta dawn iz-zewg krejnijiet godda , il-Freeport ser jibda jilqa vapuri li joperaw bl-LNG u ghaldaqstant ser jitnaqqas drastikament it-tniggis fl-arja.

Port Ħieles – stallazzjoni ta’ żewġ krejnijiet – tnaqqis fil-livell ta’ ħsejjes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif iż-żewġ krejnijiet ġodda li ser jiġu installati fil-Port Ħieles ser jgħinu biex jitnaqqas il-livell ta’ ħsejjes mill-vapuri li jkunu qed iħottu/jgħabbu l-containers?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal applikazzjoni li Malta Freeport Terminals għamlet mal-Environment and Resources Authority (ERA) fejn fija hemm speċifikat it-tnaqqis ta’ ħsejjes ikkaw¿ati waqt li ikunu qed iħottu/jgħabbu l-containers permezz tal-installazzjoni ta’ dawn i¿-¿ewġ krejnijiet ġodda.

Residenti ta’ Birżebbugia – skema ta’ double glazing – skema għall-xiri ta’ airconditioners

Question

B’referenza għall-iskema ta’ double glazing għar-residenti ta’ Birżebbugia u peress li biex jittaffa l-istorbju ġenerat mill-Port Ħieles it-twieqi jridu jinżammu magħluqa, il-gvern qiegħed jaħseb f’xi skema li tgħin lill-poplu ta’ Birżebbugia biex jixtri airconditioners? Qed jaħseb biex il-poplu ta’ Birżebbugia jingħata sussidju fil-kontijiet tad-dawl biex ikun jista’ jixgħel l-airconditioners peress li hu kostrett iżomm it-twieqi magħluqa?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din id-domanda ghanda tigi imwiegba mill-Ministru ikkoncernat.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin: Regolamenti tal-Ħabs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-priġunieri jingħatawx kopja tar-Regolamenti dwar il-Ħabs meta huma jidħlu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li kull persuna li tiġi ammessa fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin tingħata ktejjeb bir-regolamenti biex ikun gwidat kemm jekk ikun għadu arrestat u kemm jekk ikun issentenzjat.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin: Konsultazzjoni mal-Priġunieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-priġunieri fil-prattika jingħatawx opportunità sabiex jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar kif jistgħu jitmexxew aħjar l-affarijiet fil-Faċilità u kif huma jistgħu jressqu l-ilmenti tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-prigunieri għandhom il-liberta’ kollha biex jikkomunikaw mall-Monitoring Board tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u hemm jistgħu jressqu kemm ilmenti kif ukoll suġġerimenti. Ninsab infurmat ukoll li l-amministrazzjoni tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin iżżur id-Diviżjonijiet kollha b’mod regolari u jkun hemm il-possibilta’ li anke hawn iressqu s-suġġerimenti tagħhom. Inżid ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm ukoll il-possibilita’ li wieħed jikteb u jagħmel suġġeriment lill-Bord ta’ Governanza tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.