Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tal-Ippjanar – ħaddiema full time li tattendi kors l-Università ta’ Malta

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk fl-uffiċċju legali tal-Awtorità tal-Ippjanar hemmx impjegata full time li wkoll qed tattendi kors tal-liġi fl-Università ta’ Malta? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti relatati?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant Ii t-tgħarrif għadu qed jinġabar.

Awtorità tal-Ippjanar – deċiżjoni tat-tribunal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar hix ser tappella mid-deċiżjoni tat-tribunal tal-Imħallef Mizzi dwar PAB 266/20 u mill-permess PA 1182/20 fejn hemm li ser jitneħħa front garden li hu schemed?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fir-rigward id-deċiżjoni tat-Tribunal ta’ Reviżjoni għall-Ambjent u l-Ippjanar fl-ismijiet Imħallef Antonio Mizzi kontra l-Awtorità tal-Ippjanar moqrija fit-2 ta’ Marzu 2021, l-Awtorità tal-Ippjanar qed tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha fir-rigward ta’ Appell quddiem il-Qorti tal-Appell skont id-dispo¿izzjonijiet tat-Taqsima VI tal-Att V tal-2016, tenut tal-fatt illi appell minn deċiżjonijiet tat-Tribunal għandu jsir fuq punti ta’ liġi.

Port Ħieles – twaħħil ta’ żewġ krejnijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19465 u 19207 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19045, peress li ż-żewġ krejnijiet ġodda ser joperaw fuq l-akbar vapuri li jidħlu l-Freeport u peress li Terminal 1, fejn hu maħsub li jitwaħħlu huwa l-aktar qrib tar-residenti, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li tali krejnijiet jitwaħħlu f’Terminal aktar ‘l barra mir-residenti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Iż-żewġ krenijiet il-ġodda ser jeħlu minflok żewġ krenijiet qodma li hemm fuq Terminal 1. Dawn il-krenijiet huma magħmmra b’sensors biex meta jitniżżel container, u joqrob biex jiġi ppostjat fuq it-trakk, jinżel eżatt u ma jikkawżax storbju żejjed. Huma magħmmrin bil-white noise sabiex filgħaxija ma jkunux t’inkonvenjent għar-residenti. Huma magħmmra bl-aħħar teknoloġija għal dak li għandu x’jaqsam bħala emissjonijiet u ħsejjes u għalhekk ser jonqos dan l-inkonvenjent. Dan it-tibdil qed isir wara li saret applikazzjoni lil-ERA u ġie żgurat li l-inkonvenjent għar-residenti ser jonqos meta komparat ma dak preżenti. Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li dawk il-krenijiet ser jibdlu dawk qodma li għandhom il-fuq minn 20 sena.

Ilmenti fuq abbużi fuq anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ ilmenti li kien hemm matul is-sena 2019 u s-sena l-oħra fuq abbużi fuq anzjani u dwar fiex kienu jikkonsistu dawn l-ilmenti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2019 u l-2020 l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali rċeviet żewġ ilmenti dwar abbuż fuq anzjani. L-ilmenti ġew investigati u ttieħdu l-passi meħtieġa.

Port Ħieles — Parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19055 u jgħid meta se jibda u jitlesta l-proġett tal-parking biswit il-Port Ħieles? Kemm se jkun jesa karozzi u kemm minnhom se jkunu riservati għar-residenti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 17426 u ngħarrfu lix-xogħol ta kostruzzjoni mistenni li jibda għal April ta’din is-sena u mistenni jieħu sentejn minn meta jibda. Il-Parking biswit il-Port Hieles se jkun jesa 450 karozza u bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta’ Birzebbuġia dwar parkeġġi riservati għar-residenti.

Bajja ta’ Birżebbuġa – studju dwar il-livell ta’ ħsejjes

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19204, jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jsir studju dwar il-livell tal-ħsejjes fil-Bajja ta' Birżebbuġa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li l-istudji tal-ħsejjes li tagħmel l-ERA huma dawk rikjesti mill-Environmental Noise Directive li jesiġu li jsir studju (noise maps) fejn hemm toroq maġġuri li fihom isiru iktar minn tlett miljun traġitt ta’ vetturi fis-sena jew inkella fejn hemm densita’ qawwija ta’ popolazzjoni li f’Malta primarjament hi iż-żona ta’ madwar il-Port l-Kbir. L-istudji imsemmija isiru kull ħames snin u li jmiss għandu jsir fl-2022. Fil-każ ta’ B’Bugia it-triq li minn Ħal-Far twassal sal-Freeport u dik li tgħaddi min ħdejn Għar Dalam sal-Bajja ta’ San Ġorġ it-tnejn huma koperti min dawn in-noise maps u allura anticipat li ser jerġhu ikunu studjati permezz tan-noise maps fl-2022. Ir-riżultati qiegħdin fuq il-webportal tal-ERA fl-indirizz https://eraportal.org.mt/meps. Sadanittant, bi preparazzjoni ghall-istudju li jmiss fl-2022, l-ERA ser tagħmel analizi biex tistabbilixxi jekk l-volum tat-traffiku li jgħaddi mit-toroq tal-bajja ta’ B’Birżebbugia illum jeċċedix l-livelli meħtieġ mid-direttiva ghal preparazzjoni ta’ noise maps u jekk jirriżulta hekk, allura imbagħad anke dawn it-toroq ikunu inklu¿i fl-istudju li jrid isir fl-2022.

Programm LEAP: Għajnuna lil persuni vulnerabbli

Question

Jista’ l-Ministru jindika xi twettaq mill-Proġett LEAP biex jiġu megħjuna persuni vulnerabbli s-sena l-oħra sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn Jannar 2019, ix-xogħol li kien jagħmel il-programm LEAP ġie integrat bħala parti mis-servizzi tal-Aġenzjia għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunità, li jinkludi il-Home Based Therapy Service u l-Community Social Work u Social Mentors. L-għan tal-Aġenzija huwa li tiġġieled kontra l-faqar u l-eskluzzjoni soċjali filwaqt li ssaħħaħ l-iżvillup soċjali permezz ta’ ħidma multi-dixxiplinarja fil-komunità. Permezz ta’ tim multi-dixxiplinarju, noffru assistenza lill-familji l-aktar fil-bżonn. Dan isir permezz ta’ pjan ta’ kura maqbul bejn il-partijiet kollha, b’interventi u strateġiji li huma iffukati fuq li nħegġu l-familji joħorġu jaħdmu waqt li nuruhom u nigwidawhom kemm hija importanti l-edukazzjoni matul il-ħajja. B’żieda ma’ dan, il-familji jiġu mgħejuna ukoll fir-rigward ta’ edukazzjoni finanzjarja u akkwist ta’ dħul stabbli u sostennibli, kif ukoll għarfien fuq trobbija pożittiva. Dan issir billi naħdmu fuq il-motivazzjoni, kif ukoll noffru sapport lil dawn il-familji fir-rigward x’servizzi soċjali jistgħu jirrikorru għalihom sabiex jgħinu lil familja tagħhom, skont l-għanijiet u l-bżonnijiet prinċipali tal-istess familja. L-Aġenzjia għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunità taħdem f’kuntest ta’ komunità, fuq il-prinċipji tal-iżvilupp tal-komunità u parteċipazzjoni lokali. Dan jista’ ikun possibbli permezz ta’ ħidma mal-isħab soċjali bħal għaqdiet governattivi u non-governattivi, kunsilli lokali, Parroċċi u dawk kollha li għandhom interess fil-kommunita rispettiva. Dawn in-networks soċjali jiġu ffurmati fuq bażi lokali, reġjonali u anke tematiċi. Dan il-mekkaniżmu jgħin sabiex jiġu iddentifikati l-isfidi kif ukoll is-soluzzjonijiet. Il-ħidma u l-preżenża tal-professjonisti fil-komunità twassalna biex nakkwistaw għarfien kommunitarju li jservi biex noħolqu proġetti u inizzjativi relevanti għal komunità rispettiva.

Pulizija fil-Komunità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u liema lokalitajiet madwar il-pajjiż sejrin jibbenefikaw mis-servizz tal-Pulizija fil-Komunità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Fl-aħħar xhur estendejna l-proġett tal-community policing u fil-baġit għal din is-sena ħabbarna li se nkomplu insaħħuħ. Huwa l-impenn tal-Amministrazzjioni tal-Korp tal-Pulizija sabiex sal-aħħar tas-sena 2023, il-lokalitajiet kollha madwar il-pajjiż jkunu jistgħu jibbenfikaw mis-servizz tal-community policing.

Budget 2021 — Lista ta' benefiċċji mogħtija lill-persuni b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’benefiċċji hemm indikati għall-persuni b’diżabilità fil-Budget ta’ din is-sena 2021?’

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-benefiċċji indikati għall-persuni b’di¿abilità għall-2021 huma dawk imħabbra fid-diskors tal-baġit għall-istess sena. F’kaz li jkunu jinħtieġu aktar dettalji, dawn jistgħu jintalbu mill-ministru kkonċernat.

Aġenzija Appoġġ — Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jindika in-numru ta’ każijiet ta’ abbużi sesswali fuq tfal taħt l-età fejn l-Aġenzija Appoġġ investigat mis-sena 2018 sas-sena l-oħra?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nibda billi niġbed l-attenzjoni tal-Onor, Interpellant li, dak li kien is-Servizz għall-Ħarsien (Protezzjoni) tat-Tfal fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ, issa sar Direttorat awtonomu fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) u dan bħala riżultat tal-Liġi approvata minn dan il-Parlament u li permezz tagħha daħal fis-seħħ l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Kura Alternattiva), Kap 602 tal-Liġijiet ta’ Malta. Intant, in-numru ta’ każijiet li wara li ġew irrappurtati ġew investigati u kklassifikati bħala li kienu jikkostitwixxu xi forma ta’ abbuż sesswali fuq minuri kienu kif irraportat fit-tabella t’hawn taħt: Sena Rapporti dwar allegat abbuż sesswali fuq minuri 2018 53 2019 45 2020 100

Proprjetà kummerċjali — Fidi ta’ ċnus temporanji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux maħsub li sidien ta' ċnus temporanji ta' proprjetà kummerċjali hux ser jingħataw l-opportunità li jifdu tali ċnus bħalma qed jingħataw ċans sidien ta' proprjetà residenzjali?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skemi fuq propjeta kummercjali jithabbru fil-mument opportun.

Port Ħieles – twaħħil ta’ żewġ krejnijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19207 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19045, peress li ż-żewġ krejnijiet ġodda ser joperaw fuq l-akbar vapuri li jidħlu l-Freeport u peress li Terminal 1, fejn hu maħsub li jitwaħħlu huwa l-aktar qrib tar-residenti, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li tali krejnijiet jitwaħħlu f’Terminal aktar ‘l barra mir-residenti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.

Freeport – test fuq vapuri biex ikunu konformi mar-regoli tat-tniġġiż tal-arja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19205 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il test sar fuq vapuri li daħlu l-Freeport mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-lum, biex jassigura li dawn huma konformi tar-regoli applikabbli tat-tniġġiż fl-arja waqt li qegħdin fil-port? Jista’ jgħid kemm instabu li ma kenux hekk konformi? X’passi ttieħdu kontra tagħhom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-vapuri li jidħlu u jirmiġġjaw fil-Portijiet Maltin inkluż il-Freeport huma obbligati li jsegwu r-Regolamenti dwar il-Kwalità tal-Karburanti (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.18) billi jużaw karburant b’kontenut ta’ kubrit li ma jeċċedix 0,10% bil-massa jew billi jagħmlu użu minn metodi approvati ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet. L-Awtorità kompetenti li timplementa u tinforza dawn ir-Regolamenti, inkluż li jsiru spezzjonijiet, huwa r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) u għaldaqstant, din il-mistoqsija parlamentari għandha tiġi referuta lill-Ministeru responsabbli.

Port Ħieles – vapuri — fjuwil

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19051 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk vapuri li jkunu fil-Port Ħieles humiex jieħdu l-fjuwil waqt li qegħdin fil-port?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-vapuri li jidħlu fil-Portijiet Maltin inkluż il-Freeport u jkollhom bżonn jieħdu l-fjuwil, jistgħu jixtru s-servizz minn fornituri lokali awtorizzati li jipprovdu l-fjuwil (bunkers). Dawn l-operazzjonijiet isiru skont il-liġijiet applikabbli bl-awtorizzazzjonijiet neċessarji u taħt sorveljanza stretta.

Port Ħieles — parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19056 u jgħid min se jkun qed jamministra l-parkeġġ biswit il-Port Ħieles? Dan il-parkeġġ se jkun bi ħlas?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta’ Birzebbuġia.

Port Ħieles – Shore to ship power supply – fondi mill-EU

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19072 li oriġinarjament saret lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk ġewx approvati fondi tal-EU biex jiġi stallat shore to ship power supply fil-Port Ħieles? Jista’ jgħid kemm huma l-fondi approvati?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bhal issa l-Unjoni Ewropeja ghadha ma hargitx il-programmi ta’ fondi li ser ikunu disponibli ghall-istati membri.

Freeport – skemi għar-residenti ta’ Birżebbuġa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Freeport hux ser joħroġ xi skemi oħra, apparti l-iskema tad-double glazing, biex tittaffa t-tbatija tar-residenti ta' Birżebbuġa?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta u jekk ikun hemm mizuri jithabbru fil-mument opportun.

Freeport – ħaddiema li twaqqfu mix-xogħol minħabba emmissjonijiet fl-arja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar sentejn kienx hemm okkażżjonijiet li ħaddiema tal-Freeport twaqqfu mix-xogħol minħabba emmissjonijiet fl-arja minn intrapriżi oħra fil-viċinanzi? Jista’ jagħti dettalji ta' tali okkażżjonijiet?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija li topera mill-Port Hieles hija privata u ghalhekk il-Korporazzjoni m’ghandiex talli informazzjoni u qatt ma dahlu rapport diretti ghand il-Koprporazzjoni f’dan ir-rigward.

Residenti ta’ Birżebbugia – skema ta’ double glazing – skema għall-xiri ta’ airconditioners

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19050 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B’referenza għall-iskema ta’ double glazing għar-residenti ta’ Birżebbugia u peress li biex jittaffa l-istorbju ġenerat mill-Port Ħieles it-twieqi jridu jinżammu magħluqa, il-gvern qiegħed jaħseb f’xi skema li tgħin lill-poplu ta’ Birżebbugia biex jixtri airconditioners? Qed jaħseb biex il-poplu ta’ Birżebbugia jingħata sussidju fil-kontijiet tad-dawl biex ikun jista’ jixgħel l-airconditioners peress li hu kostrett iżomm it-twieqi magħluqa?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.