Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti kontra l-Awtorità tal-Ippjanar mis-sena 2013 - 2020? Kemm minn dawn il-kawżi ġew deċiżi sal-2020? Kif ukoll kemm kienu dawk il-kawżi li ġew irtirati mill-Awtorità u fuq liema bażi? X’inhi l-pożizzjoni tal-kawżi pendenti li għandha l-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun iktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni kif deċiżjonijiet meħuda mill-Environment and Planning Review Tribunal (EPRT) kontra petizzjonijiet mill-multa ta’ kuljum imposti minn avviż ta infurzar skont Reg. 5 tal Avviż Legali 276 tas-sena 2012, mhux qegħdin fuq il-website tal-Awtorità tal-Ippjanar 'available to public'?
Response (FARRUGIA, AARON)
Filwaqt li infakkar li l-Environment and Planning Review Tribunal (EPRT) huwa indipendenti mil-Awtorità tal-Ippjanar, ninsab infurmat li t-Tribunal beda proċess sabiex tkun aġġornata l-websajt tiegħu u meta din tkun lesta iktar tard din is-sena din ser tkun qed tinkorpora l-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet kontra petizzjonijiet mill-multa ta’ kuljum imposti minn avviż ta infurzar skont Reg. 5 tal Avviż Legali 276 tas-sena 2012. Sadanittant tali decizjonijiet huma aċċessibli fir-reġistru tat-Tribunal u anke jekk issir talba b’permezz ta’ email.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm petizzjonijiet ġew deċiżi mill-Kunsill Eżekuttiv Penali kuljum mill-avviżi ta’ infurzar skont Reg 6 tal-Avviż Legali 276 tas-sena 2012 mis-sena 2013 sal-2020?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata seduta oħra.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20239, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta’ suwiċidji matul is-sena 2020?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2020 kien hemm 23 każi ta` mwiet minn suwiċidju. Peress illi l-informazzjoni kollha qed tiġi kkonfermata, din il-figura hija proviżorja.
Mwiet minħabba problemi relatati ma’ mard fil-qalb
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20240, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta’ mwiet minn problemi relatati ma’ mard fil-qalb fis-sena 2020?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn Jannar sa Lulju tal-2020 kien hemm 515 imwiet kaw¿a ta’ problemi relatati minn mard fil-qalb. L-informazzjoni għal kumplament tax-xhur l-oħra ghal-2020 għadha provi¿orja.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Istrateġija Nazzjonali dwar is-Saħħa Mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan id-dokument diġa tpoġġa fuq il-mejda tal-kamra għal-mistoqsija parlamentari li kien għamel hu stess, għalhekk nitlobu jirreferi għal-mistoqsija parlamentari numru 10880.
Ċentri ta' Rijabilitazzjoni — Servizz Reaching Out
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10529, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika liema huma dawk iċ-Ċentri ta' Rijabilitazzjoni li għandna fil-komunità u li qed jorganizzaw gruppi ta' sapport għall-familjari ta' persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali u meta u fi x'ħin dawn il-gruppi qed jiltaqgħu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 5 Ċentri ta’ Rijabilitazzjoni fil-komunita’. Dawn huma l-Floriana Rehab Centre, Qormi Rehab Centre, Paola Rehab Centre, ¯ejtun Rehab Centre u Cospicua Rehab Centre.
Fil-ħames Ċentri ta’ Rijabilitazzjoni, jiġi offrut sapport lill-familjari ta' klijenti li ju¿aw dawn is-servizzi. Dawn is-sessjonijiet normalment isiru l-iktar fuq ba¿i individwali milli fi grupp, peress li jingħata servizz li hu iktar personalizzat. Qabel il-pandemija tal-
Covid-19
, kien hemm drabi fejn involvejna lill-qraba fi gruppi, pero minħabba l-imxija tal-
Covid-19
, dan ma baqax possibbli. Fis-sessjonijiet li jiġu nvoluti l-qraba, jiġu ndirizzati il-ħtigijiet tal- individwu skont il-kuntest li j/tkun j/tgħix fih inklu¿a il-familja tiegħu/tagħha. Il- fatt li naħdmu ma’ etajiet, kundizzjonijiet u livelli ta’ kapacitajiet differenti, li taħdem b’mod individwali huwa iktar effettiv. Fiċ-Ċentri ta’ Riabilitazzjoni, naħdmu ħafna viċin tal-familjari skont il-b¿onn. Dan is-sapport fejn ikun hemm il-ħtieġa jingħata anke mingħajr appuntament, speċjalment jekk il-familjari jikkuntatjaw lill-
Occupational Therapist
b’mod telefoniku jew imorru personalment fiċ-ċentru ta rijabilitazzjoni.
Matul dawn l-aħħar xhur, qed jingħata s-sapport ukoll b’mod virtwali.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm hemm professjonisti, kategorija b'kategorija, li qed jaħdmu fl-Isptar Monte Carmeli?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 462 professjonisti li fil-pre¿ent qegħdin jaħdmu fl-isptar Monte Carmeli. Dawn il-professjonijiet huma diversi fostom Allied Health Professionals, Medical Professionals, Nursing staff, Pharmacy staff, Psychologists kif ukoll Social workers. Ninfurmah ukoll illi n-numru totali ta’ professjonisti li fil-pre¿ent qegħdin jaħdmu fil-qasam tas-saħħa mentali huwa ta’ 543.
Jista' l-Ministru jindika kemm hemm ħaddiema soċjali mal-Proġett Leap u f'liema lokalitajiet jaħdmu? X'għandu jagħmel wieħed biex jikkuntattjahom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nibda billi ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2019, is-servizz li kien jingħata mill-programm LEAP għadda għand l-Aġenzjia għas-Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS). Dan sar billi l-Politika Strateġika Nazzjonali għal Tnaqqis fil-Faqar u għal Inklużjoni Soċjali (2014-2024), għandha bħala għan ewlieni l-ħidma multi-dixxiplinarja fil-kommunità favur tisħiħ tal-iżvilupp soċjali ħolistiku.
L-Aġenzija għandha numru ta’ Ċentri għall-Familji fil-Komunità madwar Malta, speċifikament fil-Qawra, fil-Mosta, fl-Imsida, fil-Belt Valletta, fil-Birgu, f’Sta Luċija, f’Ħal-Qormi, f’Ħal-Kirkop u f’Marsaskala*. (N.B. Sa’ issa is-servizz ta’ social work f’Ħal Kirkop, Marsaskala u Qormi qiegħed jingħata mill-Intake and Family Support Sevice tal-Appoġġ.)
F’ Għawdex, hemm ċentri simili fix-Xewkija, Ir-Rabat u Marsalforn. Minn dawn iċ-ċentri, l-aġenzija toffri is-servizz ta’ social work u social mentoring li huma mibnija fuq il-prinċipji ta’ żvilup tal-komunità. Hemm ukoll numru ta’ outposts fejn professjonisti jiltqgħaw mal-membri tal-komunità, darba f’ġimgħa bħal l-Isla, Bormla, Ħaż-Żabbar, il-Fgura , Ħal-Safi u Birkirkara.
Permezz ta’ din il-ħidma, is-servizzi jistinkaw biex jintlaħaq l-għan prinċipali li l-familji u komunitajiet ikollhom kwalità ta’ ħajja aħjar mibnija fuq is-sisien ta’ żvilup soċjali sostenibbli. Il-qofol tal-ħidma soċjali fil-komunità jintlaħaq billi jiġu indirizzati problemi soċjali li jkunu qed itaqqlu l-ħajja ta’ tfal, familji u individwi oħra fil-komunita’. Is-servizzi huma mibnija fuq filosofija iffukata fuq il-klijent fil-kuntest tal-komunita’ li jgħix fiha. Għaldaqstant, minn kull ċentru issir ħidma favur tisħiħ tan-networks soċjali u billi jsir użu minn servizzi u riżorsi li jeżistu fil-komunita’ bħala mezz effetiv kif jinstabu soluzzjonijiet li jkun addatati għall-kommunitajiet rispettivi. Permezz tal-community development work jinbnew ukoll partnerships mar-residenti u gruppi importanti għall-komunita’ filwaqt li jħaddnu u jixprunaw kull opportunita’ mibnija fuq ġustizzja soċjali, ugwaljanza u inkluzzjoni.
Is- servizz ta’ ħarsien soċjali mill-professjonisti isir permezz ta’ pjan ta’ kura bi qbil bejn il-partijiet nvoluti. Dan isservi bħala pjan ċar ta’ x’inhu mistenni minn kulhadd filwaqt li jpoġġi miri speċifici ta’ fejn wieħed irrid jasal hekk kif ikun indikat mill-ezerċizzju tal-assesjar. Il-pjan ta’ kura jkun iffirmat kemm mill-klijent u l-professjonisti, u jkun marbut b’data ta’ tlestija. Kopja tal-pjan tingħata lil klijent.
Is-servizzi tal-Agenzija huma mibnija fuq perspettivi innovativi u multi-dixxiplinarji. Fejn il-bzonnijiet jirrikjedu għajnuna speċjaliżżata issir riferta għas-servizz konċernat. Is-social workers u l-mentors jagħmlu żjarat fid-djar, jiltaqgħu ma’ professjonijiet oħra relevanti għall-kaz, kif ukoll jattendu għall-case conferences skond il-bżonn. Jkun hemm drabi fejn il-klijenti jiġu akkumpanjati għal xi visti li jkunu importanti bħal sptar jew laqgħat tal-iskola.
Kull servizz huwa marbut ma’ kejl tal-eżitu sistematiku (outcome measrues) li jwassal għal evalwazzjoni ta’ kemm is-servizz qed ikun effettiv u relevanti għall-familja jew klijent partikolari, kif ukoll ikun indikattivi ta’ x’hemm bżonn issir ’il quddiem.
Kull min jixtieq jagħmel kuntatt ma’ servizz tal-kommunità jista’ jasal wasla sa’ l-eqreb Ċentru tal-Familja fil-Kommunità jew iċempel għall-aktar informazzjoni. Jkun hemm drabi fejn servizzi oħra ta’ ħarsien soċjali speċjalizati jirrefew lill-klijenti tagħhom għall-servizzi tal-kommunità.
Intant, l-għadd ta’ professjonisti li jaħdmu f’ dawn iċ-ċentri huwa ta’ 65. Dawn huma mqassmin skont kif jidher fit-tabella mehmuża ma’ din it-tweġiba.
Fl-aħħarnett, qed nipprovdi wkoll lill-Onor. Interpellant lista bl-indirizzi tal-postijiet fejn jinsabu dawn iċ-ċentri flimkien man-numri tat-telefon (linja fissa) ta’ kull post.
Ħaddiema Soċjali u Social Mentors li jaħdmu fiċ-Ċentri tal-Familja fil-Kommunità
Professjonisti
Għadd
Social Workers
37
Birkirkara Community Services
5
Cottonera Community Services
3
Qawra Community Services
7
Valletta Community Services
5
Zabbar Community Services
2
Mosta Community Services
3
Qormi Leap Centre
1
Msida Leap Centre
1
Paolo Freire Institute
2
Community Family Centre - Victoria
5
Community Family Centre - Xewkija
2
Community Family Centre - Marsalforn
1
SWP - Social Welfare Professionals
27
Birkirkara Community Services
2
Cottonera Community Services
4
Qawra Community Services
4
Valletta Community Services
3
Zabbar Community Services
1
Kirkop Leap Centre
6
Qormi Leap Centre
4
Santa Lucija Leap Centre
1
Community Family Centre - Xewkija
1
Community Family Centre - Marsalforn
1
Social Worker - Trainee
1
Qawra Community Services
1
Total
65
FSWS – Aġenzija għas-Servizzi Terapwetiċi u fil-Kommunità - Indirizzi u Numri tat-Telfon taċ-Ċentri għall-Familji fil-Kommunità
Reġjun ta’ Nofsinhar tal-Port
Birgu/Zabbar
Santa Lucija
23985110
21691385/
21676960
Community Family Centre (FSWS Therapeutic & Community Services), Triq San Dwardu, Birgu, BRG9030
Community Family Centre (FSWS Therapeutic & Community Services), 14 Triq Inez Soler, Sta Lucija, SLC 1450
Reġjun Nofsinhar
Kirkop
Marsaskala
21640181
21522572
Community Family Centre (FSWS Therapeutic & Community Services), Triq San Pietru, Kirkop
Community Family Centre (FSWS Therapeutic & Community Services), 59 Training Centre, Triq il-Kappar, Marsascala, MSK 3303
Reġjun Tramuntana
Qawra
21697142
Community Family Centre (FSWS Therapeutic & Community Services), Triq il-Frejgatina, Qawra, SPB 1273
Reġjun Tramuntana
Mosta
21437447
Community Family Centre (FSWS Therapeutic & Community Services), 3A St Anne’s Street, Mosta, MST 3210
Reġjun tat-Tramuntana tal-Port
Valletta
23953115
Community Family Centre (FSWS Therapeutic & Community Services), 72 Melita Street, Valletta VLT1120
Reġjun Punent
Qormi
21496045/
21370788
Community Family Centre (FSWS Therapeutic & Community Services), 393 Triq il-Vitorja, Qormi, QRM 2504.
Reġjun Għawdex
Marsalforn
21563925 / 6
Community Family Centre – Marsalforn
Victoria (Rabat)
2334 5023 / 027
Community Family Centre – Victoria
Xewkija
2258 8998 /3
Community Family Centre - Xewkija
Jista’ l-Ministru jindika meta ċ-Ċentru Ċiviku ġdid tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala se jibda jiffunzjona? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta ta’ dan iċ-Ċentru l-ġdid?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li ċ-Ċentru Ċiviku l-ġdid hu maħsub li jibda jiffunzjona fil-bidu tas-sena 2022.
Għaldaqstant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta ta’ dan iċ-Ċentru
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar stħarriġ li sar fost il-membri tal-Korp tal-Pulizija dwar is-servizzi li huma qed iwettqu? X’azzjoni ttieħdet wara dan l-istħarriġ biex jiġu ndirizzati r-rakkomandazzjonijiet tal-Pulizija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninfroma lill-Onor Interpellant kull komunikazzjoni interna tal-Korp mal-membri tagħha ssir sabiex dejjem jitjieb is-servizz li jingħata mill-korp u sabiex il-membri tal-korp jaħdmu dejjem f'ambjent aħjar. Jintilef kull skop jekk rapporti ta' dan ix-xorta, purament intiżi sabiex jitjieb l-operat, li jispiċċaw fil-konsum pubbliku. Bħala politiċi għandna nħeġġu sabiex istituzzjonijiet bħal Pulizija, jistħarrġu u jaraw b'mod konsistenti x'hemm bżonn li jinbidel jew jissaħħaħ.
Jista’ l-Ministru jindika d-drittjiet tal-vittmi tal-kriminalità? Kemm kien hemm vittmi li talbu l-għajnuna f’dawn l-aħħar tliet snin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Gvern qed isaħħaħ is-servizzi lill-vittmi tal-krimintalità skont id-drittijiet fundamentali tal-bniedem u fid-dawl ta' dan kollu, fi żmien qasir, se titħabbar Aġenzija ġdida li se toffri servizz ħolistiku lil dan il-vittmi.
Il-Unit għas-Sapport tal-Vittmi attwil tal-Korp tal-Pulizija kien ta' assistenza skont hawn taħt:
Jannar 2019 - Diċembru 2019 - 465 każ
Jannar 2020 - Diċembru 2020 - 464 każ
Jannar 2021 - Marzu 2021 - 183 Każ
Taħriġ lil dawk il-persuni li jieħdu ħsieb l-anzjani fil-komunità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jingħatax taħriġ lil dawk il-membri tal-familja li jieħdu ħsieb l-anzjani tagħhom fil-komunità? Jekk iva, x’tip ta’ taħriġ jingħataw u meta sar dan it-taħriġ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għall-familjari ta’ min qiegħed jieħu ħsieb persuna anzjana jew bid-dimensja, jingħataw taħriġ maħruġ mit-Training Centre, San Vincenz de Paul. Għadu kemm tlesta kors dwar il-kura tal-anzjani li sar bejn Settembru 2020 u Marzu 2021. Bħalissa qiegħed jingħata wkoll taħriġ dwar id-dimensja li qed jiġi offrut online. Dan il-kors huwa ta’ għaxar ġimgħat u jispiċċa fis-26 ta’ April 2021.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta’ suwiċidji maqsuma separatament għal kull sena fl-2018, fl-2019 u fl-2020? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm suwiċidji mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-aħħar ta' Frar 2021?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont ir-Reġistru Nazzjonali tal-Imwiet fl-2018 kien hemm 22 persuna li kienet residenti f’Malta u Għawdex li mietet kawża ta’ suwiċidju filwaqt li fl-2019 kien hemm 23. L-informazzjoni għas-sena 2020 għadha qed tiġi vverifikata.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta' mwiet minn problemi relatati ma’ mard fil-qalb, maqsuma separatament għal kull sena fl-2018, fl-2019, u fl-2020?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont ir-Reġistru Nazzjonali tal-Imwiet fl-2018 kien hemm 925 persuna li kienet residenti f’Malta u Għawdex li mietet kawża ta’ problemi relatati minn mard fil-qalb filwaqt li fl-2019 kien hemm 972. L-informazzjoni għas-sena 2020 għadha qed tiġi vverifikata.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19630, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mietu nies kull sena separatament jiġifieri kemm mietu nies fl-2015, fl-2016, 2017, 2018, 2019, 2020 b’mod separat mhux il-medja kif ġiet imwieġba l-mistoqsija parlamentari 19630?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2015 mietu 3443 persuna, fl-2016 3343, fl-2017 3571, fl-2018 3688, fl-2019 3688 u fl-2020 4075 persuna.