Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies mas-settur pubbliku u entitajiet pubbliċi kull xahar fl-aħħar 12-il xahar? Jista’ jagħti lista tal-gradi u d-dipartimenti/entitajiet fejn ġew impjegati xahar b’xahar?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar.
Birżebbuġa, Żurrieq, Ħal Safi, Qrendi, Imqabba, Ħal Kirkop u Ħal Farruġ – toroq rurali — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jindika liema huma t-toroq rurali li hemm ippjanat li jsiru matul dawn it-tnax-il xahar li ġejjin fil-lokalitajiet ta' Birżebbuġa, Żurrieq, Ħal Safi, Qrendi, Mqabba, Ħal Kirkop u Ħal Farruġ?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il speed camera hawn f'Malta u Għawdex? Jista’ jagħti d-dettalji ta' kemm-il kontravenzjoni nqabdet minn kull speed camera f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, xahar b’xahar?
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu biex jimmitiga l-ħsejjes eċċessivi li jiġġenera l-Freeport u li minħabba dawn il-ħsejjes, il-komunità ta’ Birżebbuġa speċjalment dawk li jgħixu fil-viċinanzi, qed ibatu biex jorqdu speċjalment fix-xhur tas-sajf?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat mill-Malta Freeport Terminals Ltd.(MTFL) li sar studju dettaljat fuq il-livelli ta’ ħsejjes f’Birżebbuġa u l-akwati, liema rapport kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta numru 460 tas-7 ta’ Diċembru 2016, mistoqsija parlamentari 27135 (PL 8131). Dan ir-rapport fih numru ta’ rakkomandazzjonijiet kemm medium term kif ukoll long term li qegħdin jiġu implimentati mill-MTFL u monitorjati regolarment mill-Environmental Monitoring Committee (EMC).
Jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu biex il-baħar tal-Bajja s-Sabiħa ta' Birżebbuġa ma jerġax ikun affetwat negattivament jekk ikun hemm ħruġ ta' żejt minn vapuri?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid għandux xi pjanijiet biex il-Bajja s-Sabiħa f'Birżebbuga ikollha aktar faċilitajiet bħal showers u changing rooms li jistgħu jintużaw mill-pubbliku inkluż turisti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li hemm pjanijiet sabiex issir open shower fil-Bajja s-Sabiħa ta’ Birżebbuġa u din tkun tista’ tintuża mill-pubbliku, inkluż it-turisti. Bħalissa qed jitfassal pjan dettaljat ta’ riġenerazzjoni ta’ Birżebbuġa.