Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birżebbuġa – Triq ix-Xatt ta’ San Ġorġ – problema ta’ ilma baħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tissolva l-problema tal-ilma baħar li jitla’ fit-Triq ix-Xatt ta’ San Ġorġ, Birżebbuġa? Jekk fl-affermattiv, jista’ jagħti indikazzjoni meta hu maħsub li se jibda u jitlesta x-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isiru studji u pjanti necessarji sabiex tissolva l-problema tal-ilma baħar li jitla’ fit-Triq ix-Xatt ta’ San Ġorġ, Birżebbuġa.

LNG Tanker

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba daħal it-tanker li jimla l-LNG tanker fil-bajja ta’ Marsaxlokk minn meta wasal l-LNG tanker? Jista’ jgħid kemm kien il-volum globali ta’ gass trasferit għal-LNG tanker fl-istess perjodu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta wasal l-LNG tanker fil-bajja ta’ Marsaxlokk, inħattu total ta’ seba’ kunsinni ta’ LNG. It-tagħrif mitlub rigward il-volum globali ta’ gass trasferit għal-LNG tanker fl-istess perjodu għandu valur kummerċjali għal Enemalta plc. Minħabba f’hekk, l-iżvelar ta’ dan it-tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Leg 13 PQ #1653 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: HERMANN SCHIAVONE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali – votanti li vvutaw qabel il-jum tal-elezzjoni ġenerali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm votanti, distrett b'distrett, ivvutaw kmieni skont l-Art. 77(3A)(a) tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali minħabba li fil-jum proprju tal-Elezzjoni Ġenerali tal-2017, kienu se jkunu barra minn Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li hawn taħt jinsab it-tagħrif mitlub rigward il-votanti li ivvutaw fis-27 ta’Mejju 2017. DISTRETT VOTANTI REĠISTRATI IVVUTAW 1 278 275 2 262 254 3 255 250 4 219 214 5 263 259 6 212 205 7 266 260 8 381 377 9 470 463 10 582 571 11 391 385 12 423 414 13 240 237
Leg 13 PQ #1654 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: HERMANN SCHIAVONE To: Ministeru għat-Turiżmu

Elezzjoni Ġenerali – biljetti sussidjati tal-Air Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm passiġġieri li siefru b'titjiriet issussidjati tal-Air Malta biex ġew jivvutaw fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2017? Jista' jgħid x'kien in-numru għal kull ajruport li minnhom saru dawn it-titjiriet? Kemm minnhom kienu eletturi u kemm minnhom kienu dipendenti u mhux eletturi? X'kienet is-somma totali li tħallset bħala sussidju?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat li kien hemm total ta’ 2052 passiġġier li siefru b’titjieriet tal-Air Malta biex ġew jivvutaw fl-Elezzjoni Ġenerali 2017. Dawn it-titjiriet saru minn 22 ajruport differenti. Kien hemm 1717 persuna li kienu eletturi u 335 li kienu dipendenti u mhux eletturi. L-Air Malta imxiet fuq l-istess linji u mudel kif saru elezzjonijiet u referenda matul dawn l-aħħar 20 sena.
Leg 13 PQ #1012 Sitting 21 2017-10-02 Oral · Final From: HERMANN SCHIAVONE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Settur Pubbliku — impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 581 u 845 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies mas-settur pubbliku u entitajiet pubbliċi kull xahar fl-aħħar 12-il xahar? Jista’ jagħti lista tal-gradi u d-dipartimenti/entitajiet fejn ġew impjegati xahar b’xahar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Ġunju 2016 u Ġunju 2017, ġew impjegati 1,750 persuna fis-settur pubbliku fejn 603 minnhom kienu fil-qasam edukattiv u 393 fil-qasam tas-saħħa. Fl-entitajiet pubbliċi ġew impjegati 2,376 li 532 minnhom kienu fil-qasam edukattiv u 64 fil-qasam tas-saħħa. Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li fl-istess perjodu 1,395 tterminaw l-impjieg tagħhom fis-settur pubbliku u 1,270 fl-entitajiet pubbliċi.

LESA – speed cameras — kontravenzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tan-numru ta' kontravenzjonijiet li kienu reġistrati mil-LESA minn kull speed camera, kull xahar fl-aħħar tnax-il xahar?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Birżebbuġa – Bajja s-Sabiħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu biex il-baħar tal-Bajja s-Sabiħa ta' Birżebbuġa ma jerġax ikun affettwat negattivament jekk ikun hemm ħruġ ta' żejt minn vapuri li jkunu fil-port?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 13 PQ #845 Sitting 18 2017-07-17 Oral · Final From: HERMANN SCHIAVONE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Settur pubbliku — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 581 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies mas-settur pubbliku u entitajiet pubbliċi kull xahar fl-aħħar 12-il xahar? Jista’ jagħti lista tal-gradi u d-dipartimenti/entitajiet fejn ġew impjegati xahar b’xahar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar.

Birżebbuġa, Żurrieq, Ħal Safi, Qrendi, Imqabba, Ħal Kirkop u Ħal Farruġ – toroq rurali — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 582 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jindika liema huma t-toroq rurali li hemm ippjanat li jsiru matul dawn it-tnax-il xahar li ġejjin fil-lokalitajiet ta' Birżebbuġa, Żurrieq, Ħal Safi, Qrendi, Mqabba, Ħal Kirkop u Ħal Farruġ?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jeżistu numru ta’ toroq madwar il-pajjiż kollu li jifurmaw parti mill-applikazzjoni ta’ Malta għal fondi Ewropej fuq toroq rurali suġġett għall-approvazzjoni u l-fondi neċessarji.

Malta u Għawdex — Speed cameras

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 583 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il speed camera hawn f'Malta u Għawdex? Jista’ jagħti d-dettalji ta' kemm-il kontravenzjoni nqabdet minn kull speed camera f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, xahar b’xahar?

Response (BORG, IAN)

1) Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispeed cameras li hawn Malta u Għawdex huma dawn tal-lista: St Andrews Road/Coast Road (in the vicinity of White Rocks) Mdina Road, Zebbug Notary Zarb Road/Valletta Road, Attard Regional Road, St Julians Mriehel By Pass, Qormi Burmarrad Road, Burmarrad Hal Far Road, Gudja Tal-Barrani Road, Zejtun Santa Venera Tunnels, Santa Venera B'Kara By Pass, Birkirkara Mdina Road off/ j/w Triq il-Helsien area, Qormi Triq Mons. Mikiel Azzopardi, Siggiewi St Paul's Bay By Pass, St Paul's Bay 2) Il-LESA hija l-entità responsabbli mill-immaniġġjar tal-kontravenzjonijiet ta’ dawn l-ispeed cameras, għaldaqstant it-tieni parti tal-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.

Qajjenza – impjant

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu għall-ex impjant tal-gass fil-Qajjenza li issa ilu snin ma jintużax u mitluq?

Response (MIZZI, JOE)

L-impjant tal-gass fil-Qajjenza ġie decommissioned fl-2013 u żżarma fis-snin li għaddew. Enemalta plc qed tevalwa x’inhu l-aħjar użu li tista’ tagħmel minn dan is-sit.

Birżebbuġa — Triq tal-Ġebel - xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 771 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol fi Triq tal-Ġebel f'Birżebbuġa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, Triq il-Ġebel hija triq rurali li tifforma parti mill-applikazzjoni ta’ Transport Malta li ġiet sottomessa għall-fondi Ewropej fuq toroq rurali u li tinstab fi stadju ta’ proċess biex eventwalment jibdew il-preparamenti għax-xogħlijiet meħtieġa.

Pipeline tal-gas għall-powerstation ta’ Delimara — Xogħol

Question

Peress li l-Prim Ministru ħabbar li ser jibda x-xogħol biex jitpoġġa pipeline tal-gass għall-power station ta' Delimara, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal dan ix-xogħol u kemm ser idum biex dan il-proġett ikun komplut?

Response (MIZZI, JOE)

Matul din is-sena tlesta d-disinn bażiku tal-infrastruttura neċessarja u ġiet iddentifikata r-rotta bejn Malta u Sqallija u s-siti fejn ha jitpoġġew it-terminal stations ġewwa Gela u Delimara. F’Mejju ġie ffirmat ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u r-Reġjun ta’ Sqallija fuq livell tekniku għall-kollaborazzjoni sħiħa bejn Malta u r-Reġjun Sqalli – b’koordinament ma’ Ruma. Dan is-sajf ħa jinbeda l-proċess tal-permessi ambjentali ġewwa Malta kif ukoll ġewwa l-Italja bis-sottomissjoni tal-‘Project Description Statement’ u ‘Scoping Report’ lil-Awtoritajiet rispetivi. Is-sena li ġejja ħa jibdew isiru l-istudji dettaljati ambjentali (EIA) kif ukoll tekniċi u dawn jinkludu wkoll “marine survey” tar-rotta kollha tal-baħar b’tul ta' madwar 152km. Il-Gvern mistenni japplika għal-fondi Ewropej għal dawn l-istudji li ħa jkunu jiswew madwar 8 miljun ewro. Għaddejjin ukoll pjanijiet biex titwaqqaf kumpanija pubblika għat-twettieq ta’ dan il-proġett, u iktar tard, l-operat tal-infrastruttura meta tiġi kkumissjonata. Huwa mistenni li l-proġett idum sebgħa snin biex jitwettaq.
Leg 13 PQ #774 Sitting 17 2017-07-12 Oral · Final From: HERMANN SCHIAVONE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Elezzjonijiet tal-kunsilli lokali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'kien in-numru ta' votanti reġistrati ta' bejn is-16 u t-18-il sena fl-aħħar round t'elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, lokal b’lokal? Jista’ jgħid ukoll x'kien il-persentaġġ ta' din il-kategorija ta' votanti li vvutaw fl-istess round t'elezzjonijiet lokal lokal?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Hawn taħt jinsab it-tagħrif mitlub: Lokalita’ Numru ta’ Votanti Rregistrati bejn is-16 u t-18-il sena % BIRGU 51 66.67% ISLA 52 59.62% QORMI 328 70.12% ZEBBUG 267 62.55% SIGGIEWI 206 65.53% ATTARD 269 63.20% BALZAN 70 54.29% BIRZEBBUGA 242 55.37% DINGLI 106 74.53% FLORIANA 43 67.44% GZIRA 110 55.45% GHSIELEM 73 76.71% GHARGHUR 71 74.65% HAMRUN 153 69.93% IKLIN 73 46.58% KERCEM 51 88.24% KIRKOP 62 41.94% LUQA 100 66.00% MARSA 87 51.72% MXLOKK 82 75.61% MOSTA 468 61.11% MUNXAR 37 91.89% NADUR 90 80.00% PAOLA 139 56.83% QALA 47 95.74% SAFI 61 73.77% SAN GILJAN 147 40.14% SAN LAWRENZ 12 91.67% S PAWL 342 42.98% S LUCIJA 54 55.56% SWIEQI 216 52.78% XAGHRA 100 85.00% ZEBBUG G 49 32.65% ZURRIEQ 227 74.01% TOTAL 4,485 62.27%

Struttura ta’ periklu – xogħol ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isir ix-xogħol ta' manutenzjoni fuq l-istruttura ta' periklu fil-fond li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport mehmuż dwar dan il-każ ma jindikax li hemm periklu strutturali immedjat. Madanakollu din il-ġimgħa stess għandha ssir spezzjoni fuq il-post minn Perit tal-Awtorità tad-Djar sabiex jivverifika x'tiswijiet huma meħtieġa.

Triq il-Qajjenza — xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 558 u ċjoè: Jista' l-Ministru jagħti data meta x-xogħol fuq Triq il-Qajjenza ser ikun komplut?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-kuntratt iffirmat, il-kuntrattur għandu jlesti x-xogħlijiet fuq triq il-Qajjenza sal-aħħar ta’ Novembru 2017. Ix-xogħlijiet tal-finishes li huma fl-inkarigu tal-Public Works jibdew wara u mistennija jkunu lesti fi zmien ħmistax-il ġimgħa.

Żurrieq — Vjal ix-Xarolla - Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 557 u ċjoè: Jista' l-Ministru jagħti data meta ser ikun lest ix-xogħol fuq Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-kuntratt iffirmat, il-kuntrattur għandu jlesti x-xogħlijiet fuq Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq sal-aħħar t’Awwissu 2017.
Leg 13 PQ #770 Sitting 16 2017-07-11 Oral · Final From: HERMANN SCHIAVONE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Special leave għall-uffiċjali pubbliċi

Question

Jista’ l-Prim Ministru ġentilment jikkunsidra li jibda jingħata special leave biex uffiċjali pubbliċi li jkollhom kemm ir-raġel jew il-mara morda kif ukoll l-ulied b'xi kundizzjoni medika, ikunu jistgħu jassistu l-membri tal-familja għall-appuntamenti mediċi mingħajr ma jużaw il-vacation leave? Jista’ l-Prim Ministru jara l-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward special leave?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-Servizz Pubbliku diġa jiehu hsieb kazijiet simili permezz tal-leave bank. Dan jithaddem b’linja gwida ċara kemm ghal dawk li jixtiequ jagħtu donazzjoni tal-leave tagħhom kif ukoll ghal dawk li jixtiequ jibbenefikaw minn dan il-fond. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-kaz imsemmi se jkun qiegħed jigi segwit għal assistenza neċessarja mill-People & Standards Division.

Birżebbuġa – sit fejn jinħażen il-fuel – xogħol ta’ twaqqih u żgumbrar

Question

Peress li l-Prim Ministru kien ħabbar li ser jiġi żgumbrat is-sit fejn jinħażen il-fuel f'Birżebbuġa magħruf bħala il-31 ta' Marzu , jista’ l-Ministru jgħid meta x-xogħol ta' twaqqigħ u żgumbrar ser jibda?

Response (MIZZI, JOE)

L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li x-xogħol ta’ twaqqiegħ diġà beda fl-imsemmi sit.