Legislature:
Category:
Reset
Active:

Applikazzjonijiet għal oqbra

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal oqbra f'kull ċimiterju madwar Malta u Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru tal-applikazzjonijiet għall-oqbra fiċ-Ċimiterji amministrati mill-Gvern madwar Malta u Għawdex sal-20 ta’ Settembru 2018 huwa kif indikat fit-tabella t'hawn taħt: Lista ta’ ċimiterji In-numru t’applikazzjonijiet skont kull ċimiterju Military Cemetery Kalkara 23 Resurrection Cemetery Qormi 220 St Anthony Cemetery Rabat6 Omm il-Ħniena Cemetery Mellieħa188 St Margaret Cemetery Rabat650 Our Lady of Mount Carmel Cemetery Mġarr62 Santa Maria Addolorata Cemetery PaolaMa hemm ebda lista ta’ applikazzjonijiet. Kull min qed japplika qed jintbgħat ghalih biex jidhol fi ftehim għall xiri ta’ qabar Divine Mercy Cemetery Burmarrad439 Duramblat Cemetery Mosta572 Ta' Braxia Cemetery Pieta’162 St Andrew Cemetery ¯ebbuġ266 Ċimiterju Santa Marija, Xewkija, Għawdex62

Aġenzija Ambjent Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal it-twaqqif tal-aġenzija ‘Ambjent Malta’ li t-twaqqif tagħha ġie mħabbar f’Lulju 2017?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-twaqqif ta’ Ambjent Malta jinsab fi stadju avvanzat. Ħarġu sejħiet għal Direttur Ġenerali kif ukoll għal żewġ Diretturi oħra. Malli jingħalaq il-proċess tal-għażla tkun tista’ tiġi varata Ambjent Malta. Sadanittant qiegħed jinħoloq ukoll Bord ta’ Governanza biex jissorvelja l-operat ta’ Ambjent Malta kif ukoll qed jitħejjew il-business plans għal dan id-Direttorat Ġenerali ġdid.

Proċess tal-applikazzjoni tad-Dar tal-Anzjani fl-Imqabba

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar il-proċess tal-applikazzjoni tad-Dar tal-Anzjani fl-Imqabba? Peress li saru oġġezzjonijiet kbar mir-residenti dwar is-sit propost, jista’ l-Ministru jgħid humiex qed jiġu kkunsidrati siti alternattivi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett qed jitmexxa minn Projects Malta. Għaldaqstant, nitolbu jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Ħal Kirkop – Triq il-Ħawħ u Triq il-Lewżiet – bini ta’ units

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il unit ser jinbena f’Ħal Kirkop fiż-żona ta’ bejn Triq il-Ħawħ u Triq il-Lewżiet? Meta ser ikun lest il-proġett? Meta se jidħlu l-ewwel residenti? Kemm minn dawn se jkunu offruti għal bejgħ u kemm għal kiri?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fiż-żona ta’ bejn Triq il-Ħawħ u Triq il-Lewżiet Ħal Kirkop, ser ikunu qed jinbnew 19 -il unit. Iż-żmien tat-tlestija għadu mhux stabbilit peress li l-proċess tat-tender biex jinbena dan is-sit għadu qed jiġi pproċessat. L-ebda unit mhu ser ikun qed jiġi offrut għall-bejgħ. Din il-binja ser tkun komposta minn 4 appartamenti ground floor u 5 appartamenti fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet sular.

Kunsill Malti għas-settur tal-Volontarjat -

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-Kunsill Malti għas-settur tal-Volontarjat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kunsill Malti għas-settur tal-Volontarjat qed jistenna l-konferma tal-Kumitat tal-Kamra għall-Affarijiet Soċjali sabiex ikunu konfermati l-Membri tal-istess Kunsill. Hekk kif dawn ikunu konfermati nkun nista’ ninforma lill-Kamra bl-ismijiet tal-Membri appuntati.

Eżamijiet għall-Uffiċjali Eżekuttivi fis-Servizz Pubbliku — riżultati

Question

Jista' l-Ministru jispjega għalfejn wara li fis-27 ta' Diċembru 2017 ġew ippubblikati r-riżultati tal-Eżamijiet għall-Uffiċjali Eżekuttivi fis-Servizz Pubbliku, li kienet ħarġet is-sejħa għalihom f'Ġunju 2017, dawn ir-riżultat ġew irtirati u reviżi, bir-riżultati finali jiġu ppubblikati f'Marzu 2018 fejn juru differenzi kbar fil-pożizzjoni li spiċċaw fiha ċertu applikanti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Wasteserv – impjegati li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3416 u jgħid kemm impjegati rriżenjaw mill-kumpanija Wasteserv bejn Jannar 2017 u Diċembru 2017? Għal kull każ, jista’ jgħid f'liema gradi kienu dawk li rriżenjaw? Jista’ jgħid ukoll jekk ġewx sostitwiti? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid jekk kienx hemm internal call?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

MRF – rapport dwar l-inċident tal-ħruq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rapport dwar l-inċident tal-ħruq ġewwa l-Material Recovery Facility (MRF) ġiex konkluż u jekk fl-affermattiv hux se jkun ippubblikat?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-inċident għadu suġġett għal inkjesta maġisterjali u m’aħniex infurmati li din ġiet konkluza.

Wasteserv – impjegati li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm impjegati rriżenjaw mill-kumpanija Wasteserv bejn Jannar 2017 u Diċembru 2017? Għal kull każ, jista’ jgħid f'liema gradi kienu dawk li rriżenjaw? Jista’ jgħid ukoll jekk ġewx sostitwiti? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid jekk kienx hemm internal call?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – Trasferiment ta’ persuni mis-Segretarjati Privati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2999 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2884, jista' l-Ministru jwieġeb il-kumplament tal-mistoqsijiet u ċjoè x’kienu l-pożizzjonijiet tal-ħaddiema li tneħħew jew li ġew trasferiti? Meta tneħħew jew ġew trasferiti? X’kienet ir-raġuni għat-tneħħija jew trasferiment?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-maġġoranza tal-ħaddiema tneħħew jew ġew trasferiti mis-Segretarjat tal-Ministeru, ma’ kull bidla tal-Ministru, kif inhi l-prassi.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – trasferiment ta’ persuni mis-segretarjati privati

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2884, jista' l-Ministru jwieġeb il-kumplament tal-mistoqsijiet u ċjoè x’kienu l-pożizzjonijiet tal-ħaddiema li tneħħew jew li ġew trasferiti? Meta tneħħew jew ġew trasferiti? X’kienet ir-raġuni għat-tneħħija jew trasferiment?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – trasferiment ta’ persuni mis-segretarjati privati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji ta’ kemm tneħħew jew ġew trasferiti persuni mis-segretarjati privati tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali bejn Marzu 2013 u Mejju 2017? X'kienu l-pożizzjonijiet tagħhom? Meta tneħħew jew ġew trasferiti? X’kienet ir-raġuni għat-tneħħija jew trasferiment?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn Marzu 2013 u Mejju 2017 tneħħew 14 il-persuna mis-Segretarjati privati tal-Ministeru, filwaqt li kienu trasferiti 4, u kien hemm 3 riżenji.
Leg 13 PQ #2885 Sitting 64 2017-12-12 Oral · Final From: HERMANN SCHIAVONE To: Ministeru għat-Turiżmu

Xatt ta’ Marsaxlokk – proġett ta’ tisbiħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda l-proġett ta' tisbiħ fix-Xatt ta' Marsaxlokk?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant lix-xogħlijiet fuq il-proġett tar-riġenerazzjoni ta’ Marsaxlokk bdew f’Lulju tal-2016. B’rabta ma’ dan il-proġett saru xogħlijiet fuq il-junction li tgħaqqad Triq M’Xlokk, Triq Axtart u Triq Żejtun li lkoll inqalgħu u ngħataw asfalt ġdid u sarulhom servizzi ġodda kif ukoll sar tisbieħ tar-roundabout permezz ta’ tħawwil ta’ siġar. Intant, dwar il-parti tax-xatt beda proċess ta’ konsultazzjoni mal-istakeholders kollha nvoluti fosthom mal-entitajiet li jipprovdu s-servizzi fosthom l-Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, mal-pubbliku inġenerali, mal-bejjiegħa tal-Monti u anke m’entitajiet oħra fosthom mall-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u l-MHRA. Ftit tal-jiem ilu beda wkoll ix-xogħol fuq il-parkeġġ ġdid li se jsir wara l-grawnd tal-football ta’ Marsaxlokk, li mistenni joffri aktar minn mitejn parkeġġ ġdid għar-residenti u anke t-turisti li jżuru dan il-villaġġ pittoresk. Intant, it-tieni fażi tax-xogħlijiet mistennija jinkludu ż-żona tal-Magħluq filwaqt lit-tielet fażi se tinkludi xogħlijiet fuq iż-żona fejn jarma l-Monti. Ix-xogħlijiet fuq dan il-proġett għaddejin b’ritmu maqbul mal-istakeholders u r-riżultat aħħari tiegħu mistenni jkun ta’ benefiċċju kemm għar-residenti ta’ dan il-lokal, it-turisti li jżuruh, is-sajjieda u l-istabbilimenti kummerċjali.
Leg 13 PQ #2737 Sitting 61 2017-12-05 Oral · Final From: HERMANN SCHIAVONE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarjat tal-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta’ kemm tneħħew jew ġew trasferiti persuni mis-segretarjati privati tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali bejn Marzu 2013 u Mejju 2017? X'kienu l-pożizzjonijiet tagħhom? Meta tneħħew jew ġew trasferiti? X'kienet ir-raġuni għat-tneħħija jew għat-trasferimenti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Impjant tal-Electrogas – persentaġġ ta’ enerġija ġġenerata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-persentaġġ ta' enerġija ġenerata mill-impjant tal-electrogas bejn April 2017 u Novembru 2017?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persentaġġ ta’ enerġija ġenerata mill-impjant tal-ElectroGas bejn April 2017 u Novembru 2017 kien ilaħħaq ħamsin fil-mija (50%) tat-total tal-enerġija ġenerata mill-impjanti kollha tal-power station ta’ Delimara u mill-interconnector bejn Malta u l-Italja.

Delimara 1 – twaqqigħ taċ-ċumnija tal-power station

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda t-twaqqigħ taċ-ċumnija tal-power station magħrufa bħala Delimara 1?

Response (MIZZI, JOE)

L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li x-xogħol ta’ żarmar tal-impjant Delimara 1 u ċ-ċumnija tiegħu beda f’ Settembru li għadda u għaddej b’ritmu mgħaġġel, u mistenni li jkun lest sa’ Settembru li ġej.

Marsaxlokk u Bengħajsa – xogħlijiet ta’ trinek

Question

Peress li bħalissa għaddej xogħol ta' trinek bejn Marsaxlokk u Bengħajsa, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol jinkludix kisja tarmak fil-kanali biss jew fit-toroq kollha affetwati?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol qed isir b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra li għandhom bżonn iwettqu xogħlijiet simili fl-istess toroq, kif ukoll ma’ Transport Malta. Wara li jitlestew ix-xogħlijiet, it-toroq jinksew b’asphalt ġdid fejn ikunu saru t-trinek, jew minn ġenb sa ġenb, skont il-ħtieġa, jiddependi mill-istat tat-toroq bħalissa, mill-ammont ta’ tħaffir li ser isir fihom u kunsiderazzjonijiet oħra tal-entitajiet, kunsilli lokali u awtoritajiet konċernati. L-Enemalta plc ser tagħmel l-almu tagħha sabiex dan ix-xogħol jitwettaq bl-inqas inkonvenjent possibli u fl-iqsar żmien.

Marsaxlokk u Bengħajsa – xogħlijiet ta’ trinek

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta x-xogħol fuq it-trinek li qed isir bħalissa bejn Marsaxlokk u Bengħajsa se jitlesta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol indikat f’Marsaxlokk u Bengħajsa qed isir sabiex tissaħħaħ il-kapaċita’ tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fl-inħawi u fiż-żona industrijali ta’ Ħal Far, sabiex tilqa’ għaż-żieda fid-domanda minħabba diversi investimenti industrijali u kummerċjali ġodda. L-Enemalta plc ser tagħmel l-almu tagħha sabiex dan ix-xogħol jitwettaq bl-inqas inkonvenjent possibli u fl-iqsar żmien.

Birżebbuġa – Żona tal-Qajjenza – kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jew jinnega rapporti li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma mhux jaslu fil-ħin fiż-żona tal-Qajjenza f’Birżebbuġa?, Jista’ jgħid meta l-aħħar li ntbagħtu kontijiet fil-Qajjenza?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-aħħar kontijiet li ntbagħtu lir-residenti tal-Qajjenza f’Birżebbuġa kienu f’Settembru tal-2017 u kull xagħarejn fix-xhur ta’ qabel. Jekk l-Onor. Interpellant jaf b’xi każ partikolari kif qed jiġi allegat fil-Mistoqsija, nitolbu biex jagħti aktar dettalji ħalli dan jkun jista’ jiġi nvestigat mill-ARMS.