Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni bi bżonnijiet speċjali ta’ taħt is-16-il sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hawn tfal taħt is-16-il sena reġistrati bi bżonnijiet speċjali f'kull raħal u f’belt f'Malta u Għawdex separatament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Kummissjoni żżomm statistika fuq il-persuni kollha li tinħarġilhom identifikazzjoni, għall-finijiet tad-diżabbilta' tagħhom(Special ID u European Disability Card) u tippubblika statistika nazzjonali f'dan ir-rigward kull sena, fir-rapport annwali tagħha, li jitpogga wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward ta' statistika mqassma skont l-lokalita`, in-konsiderazzjoni tad-daqs ta' Malta u l-possibilita` ta' stigma li tista' titpoġġa fuq lokalita` partikolari, l-Kummissjoni hija tal-fehma li jekk tagħti tali statistika, hekk kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant, ikun qiegħed jinkiser Artiklu 5 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilita` (UN CRPD), illi jittratta l-Ugwaljanza u n-Non-Diskriminazzjoni. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni mhux f’pożizzjoni li tagħti tali statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant.

Birżebbuġa – Triq tal-Papa – Pjanijiet għal sit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għas-sit magħruf bħala r-Razzett ta’ Siettu fi Triq tal-Papa Birżebbuġa?

Response (BORG, IAN)

Kemm l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Awtorità tal-Artijiet qed jitolbu indikazzjoni iktar preċiza tas-sit msemmi mill-Onor. Interpellant.

Karozzi reġistrati f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm karozzi reġistrati f’Malta kull sena mill-2013 sal-lum?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella hawn taħt. Ammont ta' vetturi liċenzjati 2013 322,960 2014 335,249 2015 346,918 2016 358,947 2017 372,061 sal-aħħar ta' Settembru 2018 382,068

Karozzi skrepjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew scrapped karozzi kull sena, mill-2013 sal-lum?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella hawn taħt. Scrapped January February March April May June July August September October November December 2013 487 398 448 410 409 444 434 356 426 1,055 309 429 5,605 2014 348 501 260 339 272 192 163 148 197 233 200 271 3,124 2015 349 329 432 397 378 304 367 433 748 969 849 1621 7,176 2016 2,512 4,572 3,389 1,925 2,143 3,452 935 581 638 823 684 545 22,199 2017 715 733 764 692 754 558 729 580 582 665 635 556 7,963 2018 748 812 769 778 741 747 792 749 6,136

Importazzjoni ta’ karozzi second hand

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji għal kull sena mill-2013 sal-lum, kemm ġew importati karozzi second hand u minn fejn kienu importati sena sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella hawn taħt. Ammont ta vetturi Registrati s econd hand sena sena USED EU NON-EU 2013 6788 1848 2014 6612 4005 2015 5801 4787 2016 5638 2724 2017 8222 3589 2018 6595 3012

Ħruġ ta’ karozzi ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu karozzi ġodda kull sena, mill-2013 sal-lum?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella hawn taħt. Ammont ta' karozzi ġodda reġistrati kull sena 2013 7,171 2014 8,028 2015 9,394 2016 10,701 2017 10,928 Sal-aħħar ta' Settembru 2018 8,998

Impjant tal-Enemed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-impjant tal-Enemed f’Birżebbuġa magħruf bħala 31 ta’ Marzu, se jiżżarma kompletament?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjant tal-Enemed f’Birżebbuġia, magħruf bħala l-31 ta’ Marzu, se jieqaf jintuża mill-Enemed f’Diċembru 2019, meta huwa maħsub li l-impjant il-ġdid ta’ Ħas-Saptan ikun ‘fully operational’. Fl-istess żmien l-impjant jingħata lura lis-sidien tiegħu, jiġifieri l-Enemalta biex ikompli d-decommissioning tiegħu.

Impjant tal-Enemed – xogħlijiet għal żarmar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet marbuta maż-żarmar tal-impjant tal-Enemed 31 ta’ Marzu f’Birżebbuġa saru minn mindu l-Gvern ħabbar li se jiġi żarmat?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta l-Gvern ħabbar li ser jiġi żarmat l-impjant tal-Enemed f’Birżebbuġa, diġa żżarma wieħed mit-tankijiet u l-Head Office Buildings li ġew ukoll ippreparati biex ikunu jistgħu jitwaqqgħu meta jitlaq l-proġett ta’ decommissioning.

Applikanti – ħlas ta’ depożitu għal qabar

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm applikanti li s'issa ġew mitluba jħallsu depożitu għal qabar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s'issa hemm 1,338 applikant li ħallsu depożitu għall-xiri ta’ qabar fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata.

Applikanti – għotja ta’ qabar

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jingħataw qabar, dawk li ħallsu d-depożitu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt li l-konvenju iffirmat minn dawk li kienu interessati li jixtru qabar huwa validu sat-30 ta’ Novembru tal-2020, il-kuntratt sabiex jibda x-xogħol tal-estenzjoni tal-Addolorata hu mistenni li jiġi ffirmat fil-ġranet illi ġejjin.

Ċentri tal-Marsa u ta’ Ħal Far – immigranti residenti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji, xahar b’xahar minn Jannar 2017 sal-lum, tan-numru ta’ immigranti residenti f’kull ċentru tal-Marsa u ta’ Ħal Far rispettivament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Velenu għall-ġrieden — budget

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien il-budget tal-velenu għall-ġrieden sena b'sena mill-2013 sal-2018?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-budget allokat għal Pest Control mis-sena 2013 sal-2018 u n-nefqa kull sena għall-velenu tal-ġrieden huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Sena: 2013 2014 2015 2016 2017 2018 Budget : €28,000 €28,000 €28,000 €28,000 €28,000 €28,000 Nefqa : €14,160 €14,144 €14,147 €14,124 €11,743 €10,960 Din is-sena hemm ukoll konsenja oħra ta’ velenu li għad trid tasal u li n-nefqa tagħha hija ta’ €5,640, liema total għad mhux miżjud mat-total tan-nefqa ta’ velenu għas-sena 2018 kif jidher fit-tabella.

Ħal Kirkop –– magna tal-X-ray fil-klinika l-ġdida

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk fil-klinika l-ġdida ta' Ħal Kirkop hemmx magna tal-X-ray?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal-Kirkop m’għandux il-faċilità ta’ X Ray fuq is-sit minħabba li ma kienx ikun ekonomikament vijabbli meta wieħed jikkunsidra d-domanda limitata. Madankollu, dan is-servizz dejjem ikun jista’ jingħata minn ċentri tas-saħħa oħrajn.

Wied Fulija – Pjanti tal-Proġett

Question

B'referenza għar-rapport li deher fil-ġurnal “The Malta Independent” tad-29 ta’ Awwissu 2018 rigward ir-rijabilitazzjoni ta' Wied Fulija, jista’ l-Ministru jagħti dettalji u pjanti tal-proġett propost?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanti u d-dettalji tal-proġett propost għal Wied Fulija huma dawk kif preżentati fl-applikazzjoni PA 10374/17 mal-Awtorità tal-Ippjanar. L-applikazzjoni u d-dettalji tagħha huma pubbliċi.

Wied Fulija – konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq

Question

B'referenza għar-rapport li deher fil-ġurnal “The Malta Independent” tad-29 ta’ Awwissu 2018 rigward ir-rijabilitazzjoni ta' Wied Fulija, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq rigward l-istess proġett?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Wasteserv Malta Ltd. iltaqgħet darbtejn mal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq fl-uffiċċju tagħhom nhar l-20 ta’ Settembru 2017 u 8 ta’ Frar 2018. Apparti minnhekk hemm proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali u entitajiet oħra bħala parti mill-applikazzjoni tal-iżvilupp PA 10374/17.

Wied Fulija – proġett — landfill

Question

B'referenza għar-rapport li deher fil-ġurnal “The Malta Independent” tad-29 ta’ Awwissu 2018 rigward ir-rijabilitazzjoni ta' Wied Fulija, jista’ l-Ministru jagħti garanzija li l-proġett propost mhux se jkun jinkludi landfill?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett propost huwa rijabilitazzjoni ta’ Landfill antika li tinsab magħluqa. Ix-xogħlijiet jinvolvu fost l-oħrajn re-profiling tal-materjal eżistenti sabiex jitbiegħed mit-tarf tal-irdum u sabiex ikun aktar stabbli, kif ukoll capping b’materjal inert.

Wied Fulija – proġett – amministrazzjoni

Question

B'referenza għar-rapport li deher fil-ġurnal “The Malta Independent” tad-29 ta’ Awwissu 2018 rigward ir-rijabilitazzjoni ta' Wied Fulija, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proġett propost hux se jkun amministrat mill-privat jew mill-Gvern?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt li qed jiġi evalwat jinkludi 3 snin żmien ta’ manutenzjoni mill-kuntrattur li ser ikun qed jagħmel ix-xogħlijiet.

Wied Fulija – tlestija tal-proġett – data approssimattiva

Question

B'referenza għar-rapport li deher fil-ġurnal “The Malta Independent” tad-29 ta’ Awwissu 2018 rigward ir-rijabilitazzjoni ta' Wied Fulija, jista’ l-Ministru jagħti data approssimattiva meta tali proġett se jkun lest?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett għadu fil-fażi tal-applikazzjoni għall-iżvilupp u sadanittant ħarġet ukoll is-sejħa għall-offerti li bħalissa qed tiġi aġġudikata. Ix-xogħlijiet mistennija jieħdu sentejn minn meta jibdew, jiġifieri il-proġett mistenni li jitlesta għall-ewwel nofs tas-sena 2021.