Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #22322 Sitting 491 2021-10-04 Oral · Final From: HERMANN SCHIAVONE To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Studenti li telqu mill-iskola qabel l-età ta’ 16-il sena

Question

Tista’ l-Ministru tindika kemm kien hemm adoloxxenti li telqu l-iskola qabel l-età ta’ 16-il sena kull sena f’dawn l-aħħar tliet snin skolastiċi 2018/2019, 2019/2020 u 2020/2021?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella hawn taħt: Sena Studenti li telqu mill-iskola qabel 16-il sena 2018/19 20 2019/20 10 2020/21 5
Leg 13 PQ #22323 Sitting 491 2021-10-04 Oral · Final From: HERMANN SCHIAVONE To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ġenituri akkużati li ma bagħtux lil uliedhom l-iskola

Question

Tista’ l-Ministru tindika kemm kien hemm ġenituri li ġew akkużati li naqqsu li jibagħtu lil uliedhom l-iskola f’dawn l-aħħar tliet snin? X’passi ttieħdu kontra dawn il-ġenituri?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li f’dawn l-aħħar tliet snin kien hemm 1,756 ġenitur li ġew imsejħa biex jidhru quddiem it-Tribunal Lokali biex jirrispondu dwar il-fatt li ma bagħtux lil uliedhom l-iskola.
Leg 13 PQ #22324 Sitting 491 2021-10-04 Oral · Final From: HERMANN SCHIAVONE To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Servizzi biex jitnaqqas l-assentejiżmu fl-iskejjel

Question

Tista’ l-Ministru tindika x’servizzi hemm ippjanati sabiex jitnaqqas l-assentejiżmu fl-iskejjel?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qed ikompli joffri s-servizz ta’ ħidma soċjali, mogħti minn professjonisti varji, li jinkludi l-guidance teachers, counsellors u career advisors kif ukoll kollaborazzjoni ma’ diversi professjonisti u servizzi li huma offruti minn entitajiet u Ministeri oħra. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-istrateġiji fil-qasam Edukattiv, li ġew imnedija fl-aħħar ftit xhur, ser jgħinu biex jitnaqqas l-assentejiżmu fl-iskejjel.

Ġenituri akkużati li ma bagħtux lil uliedhom l-iskola

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 11140, jista’ l-Ministru jindika x’sentenzi/multi ngħataw lil dawk l-1,283 ġenitur misjuba ħatja li ma bagħtux lill-uliedhom l-iskola mingħar raġuni valida?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Trakka tal-karozzi — impatt

Question

Wara li tħabbar li se ssir trakka tal-karozzi f'Ħal Far, tista’ l-Ministru tgħid jekk sarx Impact Assessment tal-ħsejjes u l-kwalità tal-arja? Jekk iva tista’ tippubblika tali studju?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sit tat-trakka kien magħżul wara ħafna diskussjonijiet u kunsiderazzjonijiet. Kien għalhekk li kienu skartati proposti antiki li saru anke għal Ħal Far. Dan peress li kienu jieħdu ferm iktar art u setgħu kienu ta’ inkonvenjent għar-residenti għax kienu jersqu viċin tagħhom wisq. Illum, bis-sehem ta’ esperti internazzjonali, tfasslet trakka li ħadet l-inqas art possibbli u li se tkun tinkludi fiha anke miżuri ta’ mitigazzjoni li saħansitra huma maħsuba biex jindirizzaw l-attività li diġà hemm illum. L-applikant tat-trakka, li hija l-Malta Motorsport Federation, mistennija li tippreżenta rapporti bħala parti mill-proċess tal-Awtorità tal-Ippjanar hekk kif mitlub mill-awtoritajiet konċernati.

Port Ħieles – Proġett Ship to Shore Supply

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tax-ship to shore supply fil-Port Ħieles?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq it-tenders għaddej u huwa pjanat lit-tenders jiġu ppubblikati aktar tard din is-sena.

Kunsill Lokali Marsaskala: Rivisti

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21331, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tar-rivisti maħruġa mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala fis-sena 2018 u l-2019?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Marsaskala: Triq il-Qaliet – speed cameras

Question

Jista’ l-Ministru, permezz ta’ Transport Malta, jindika jekk irċevietx xi talba sabiex jiġu installati speed cameras fit-Triq il-Qaliet, Marsaskala sabiex jiġu evitati aktar inċidenti tat-traffiku? Jekk iva, għaliex ma ittieħdet ebda azzjoni?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-Awtorita’ tat-Trasport ma rċiviet l-ebda applikazzjoni mill-Kunsill Lokali ta’ Marsascala jew inkella mingħand il-LESA sabiex tiġi nstallata speed camera kif indikat.

Ir-Riforma tal-Kunsilli Lokali

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 19659, jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu sabiex: 1. Iċ-Ċittadini jista’ jkun aktar involuti fil-proċess tal-Governanza Lokali; 2. Kif il-Kunsilli Lokali jistgħu jieħdu inizzjattivi sabiex isaħħu l-komunitajiet tagħhom; u 3. Li jitjiebu l-istandards li bihom joperaw il-Kunsilli Lokali sabiex joffru servizzi aktar professjonali?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat, li b’¿ieda mal-oġġettivi għall-2020 imsemmija fir-risposta għal PQ 19659, din is-sena ġiet imressqa green paper dwar Politika għall-Gvern Lokali 2021. Din il-green paper, li bħalissa tinsab fil-fażi ta’ konsultazzjoni pubblika, qed tibbaża l-politika għal Gvern Lokali fuq għaxar (10) pilastri. L-impenn taċ-ċittadin f’dan il-proċess hu element kruċjali sabiex jissaħħu l-metodi ta’ parteċipazzjoni u inklużjoni taċ-ċittadini fil-politika lokali. It-tisħieħ tal-komunitajiet jista’ jsir b’diversi modi, fosthom l-impenn f’kumitati tal-Kunsilli Lokali kif ukoll il-ħidma tal-Kunsillieri li bis-saħħa tar-riforma għandhom dekasteri kull wieħed. Dwar it-titjib fl-i standards qed jittieħdu diversi inizzjattivi fosthom it-tisħiħ tal-infrastruttura tal-IT tal-Kunsilli Lokali u moderizzar tal-apparat, kif ukoll qed jiġu indirizzati materji oħra elenkati fir-rapport tal-NAO dwar l-ICT fil-Kunsilli Lokali.

Kunsilli Lokali: Proġetti mill-Fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti relatati mal-Fondi tal-Unjoni Ewropea kien hemm fis-snin 2018, 2019 u s-sena l-oħra li bbenefikaw minnhom il-Kunsilli Lokali tat-Tielet, Raba’ u l-Ħames Distretti elettorali?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi b’żieda mat-tagħrif mgħoddi fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 17339, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali – Każijiet Pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm każijiet pendenti fil-preżent fil-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali mil-lista mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 10525?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni li qed jitlob tinġabar kull 6 xhur, u għadaqstant l-aħħar statistika, tkun disponibbli fix-xahar ta’ Lulju. Għaldaqstant, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnhu tingħata aktar ‘il quddiem.

Planning Authority – Awditur – lmenti minn ċittadini Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il awditur tal-Awtorità tal-Ippjanar kellu lmenti minn ċittadini Maltin u Għawdxin? Kemm ġew deċi¿i mill-2013 sal-2020? Kemm hemm pendenti?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Awditur tal-Awtorita tal-Ippjanar gie mahtur fl-2017. Sal-2020 dahlu 21 ilment mill-publiku li mhux bilfors kienu indirizzati direttament lill-Awditur. Minn dawn, 18 gew deciżi, filwaqt li 3 ghadhom pendenti.

Każijiet ta’ abbuż fuq tfal b’diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew irraportati każi ta’ abbuż fuq tfal b’diżabilità matul is-snin 2018, 2019 u s-sena l-oħra? X’tip ta’ abbuż kien u kemm tressqu persuni l-Qorti?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità irċeviet rapport ta’ każ ta’ abbuż fl-2018, tnejn fl-2019 u l-ebda wieħed fl-2020. Dawn kienu kollha każijiet ta’ telqa jew abbandun. F’żewġ każijiet, il-Kummissjoni ffaċilitat diskussjoni bejn l-entitajiet kollha kkonċernati sabiex il-ħtiġijiet tal-minuri jiġu ndukrati, u f’każ ieħor saret laqgħa mal-Aġenzija Appoġġ, peress li dan kien każ ta’ minuri li dik l-Aġenzija kienet diġa infurmata dwaru. Il-Kummissjoni m’hijex f’pożizzjoni li tgħid kemm tressqu persuni l-Qorti peress li hi tinvestiga każijiet ta’ diskriminazzjoni, filwaqt li dawk ta’ abbuż ma jaqgħux taħt il-kompetenza tagħha.

Aġenzija Sapport: Ħidma

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’ħidma twettqet mill-Aġenzija Sapport fis-sena 2019 u s-sena l-oħra?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħidma ta’ Aġenzija Sapport matul il-perjodu msemmi qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra. Dawn l-proġetti huma apparti proġetti u programmi li jitwettqu fil-ħidma tal-Aġenzija b’mod regolari direttament mal-klijenti u l-familjari tagħhom.

Tfal taħt Care Order

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm tfal li ttieħdu lill-ġenituri għall-kura mill-istat fi snin 2018, 2019 u s-sena l-oħra? Kemm minn dawn it-tfal irritornaw lura għand il-ġenituri tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub minnhu huwa kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. Sena Ordni tal-Ħarsien Tfal li rritornaw lura mal-familja bijoloġika bil-kustodja tiġi rritonata lura għand il-familja Tfal li rritornaw lura mal-familja bijoloġika bil-kustodja għadha miżmuma mill-istat u segwiti mill-qrib 2018 50 4 5 2019 39 0 2 2020 15* 1 0 *12-il Ordni tal-Ħarsien saru qabel Lulju ta’ 2020. Tlett (3) Ordnijiet oħra saru mad-dħul fis-seħħ tal-Liġi Protezzjoni Minuri (Kura Alternativa).

Marsaskala: Prijoritajiet biex tiġi stimulata l-ekonomija f’din il-lokalità

Question

Jista’ l-Ministru jindika xi prijoritajiet twettqu s-sena l-oħra f’Marsaskala sabiex tiġi stimulata l-ekonomija f’din il-lokalità li hija ¿ona turistika? Xi prijoritajiet se jitwetqu din is-sena?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Ono. Interpellant li apparti l-interventi ta’ manteniment li jsiru mill-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi, fix-xhur li ġejjin se nkunu qed inniedu Design Contest bil-għan li jitfassal Pjan Ħolistiku għar-Riġenerazzjoni ta’ żona turistika f’Wied il-Għajn. F’din l-istess l-lokalità, l-Awtorità Maltja għat-Turiżmu bħalissa għaddejja tirrestawra it-Torri ta’ San Tumas fejn dan eventwalment se jinbidel f’Mużew. Dan il-proġett mistenni jkun lest fix-xhur li ġejjin. Apparti minn hekk, numru ta’ faċilitajiet riservati għad-diving madwar Malta għadhom kif ġew irranġati billi ittejjeb l-aċċess għall-għaddasa, twaħħlu CCTVs, u ġew imwaħħla slielem u għamara oħra neċessarja. Is-sit riżervat għall-għaddasa f’Wied il-Għajn, kien parti minn dan il-proġett ukoll.

Studji dwar ir-rilokazzjoni tat-Tankijiet mill-Kalkara għal Marsa

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, studji li saru dwar ir-rilokazzjoni tat-tankijiet ġewwa Ricasoli fil-Kalkara għal Marsa u ma’ liema entitajiet saret il-konsultazzjoni pubblika?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif se jingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità tal-Ippjanar – annual report

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta kopja tal-annual report tal-Awtorità tal-Ippjanar tas-sena 2020 fuq il-Mejda tal-Kamra, kif ukoll l-estimi finanzjarji tal-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li kopja tal-annual report tal-Awtorità tal-Ippjanar tas-sena 2020, kif ukoll l-estimi finanzjarji tal-Awtorità tal-Ippjanar ser jiġu preżentati fuq il-Mejda tal-Kamra fil-ġimgħat li ġejjin hekk kif stabbilit mill-Att dwar l-Ippjanar tal-Izvilupp, Kap 552.