Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm residenti fil-Young People’s Unit u l-etajiet rispettivi tagħhom? Hemm xi residenti f’din il-unit li fil-fatt m’għandhomx problemi ta’ nuqqas ta’ saħħa mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent fil-Young People’s Unit hemm 7 pazjenti. Fil-YPU hemm ukoll ħames subien u tifla li jinsabu on leave.It-tfal/adoloxxenti kollha li hemm f’din is-sala għandhom problemi ta’ saħħa mentali u jiġu rilaxxati mis-sala ġaladarba jkunu ċertifikati li l-kundizzjoni tagħhom tkun stabbilizzata.
Jista’ jkun hemm istanzi fejn il-pazjent jibqa’ jinżamm fil-YPU sakemm il-ġenituri jew l-aġenziji responsabbli mit-tfal/adoloxxenti jagħmlu l-arranġamenti neċessarji sabiex ikunu jistgħu jerġgħu jakkomodawhom.
L-Etajiet tal-inpatientsgħax-xahar ta’ Frar, 2019 fil-YPU huma ssegwenti:
Sess
Eta’
Maskili
9
Maskili
16
Maskili
15
Maskili
12
Feminili
12
Maskili
12
Maskili
15
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li tilfu l-impjieg tagħhom matul is-sena li għaddiet u liema xogħol kienu jagħmlu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, it-tagħrif dwar in-numru ta’ persuni li tilfu l-impjieg tagħhom matul l-2018 u f’liema kategorija ta’ xogħol kienu qegħdin jaħdmu huwa kif muri fit-tabella hawn taħt. Dawn in-numri m’humiex uniċi għaliex persuna tista’ tilfet ix-xogħol tagħha iktar minn darba fl-istess sena. In-numru ta’ persuni uniċi li tilfu x-xogħol fl-istess perjodu huwa ta’ 1,877.
Kategorija ta' xogħol - ISCO-08
Total
[1] Managers
221
[2] Professionals
293
[3] Technicians and Associate Professionals
261
[4] Clerks and support workers
221
[5] Services and sales workers
371
[6] Skilled Agricultural, fishery and forestry workers
19
[7] Craft and related trades workers
195
[8] Plant and machine operator and assemblers
104
[9] Elementary Occupations
309
Grand Total
1,994
Persuni li nqabbdu jaħdmu waqt li kienu qed jirreġistraw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li nqabdu jaħdmu waqt li kienu qed jirreġistraw f’dawn l-aħħar sentejn? X’passi ttieħdu kontra dawn il-persuni u dawk is-sidien li ħaddmu dawn in-nies?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-persuni li nqabdu jaħdmu waqt li kienu qed jirreġistraw f’dawn l-aħħar sentejn kienu 46 fl-2017 u 18 fl-2018.
Fost s-46 li nqabdu fl-2017, hemm 24 każ li ser jitressqu l-qorti, 20 każ li rregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom fl-istess ġurnata, każ wieħed li appella quddiem l-Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol, fejn il-każ intrebaħ mill-appellant u każ ieħor li deher quddiem il-Qorti ta’ Għawdex fejn dan inħeles.
Min-naħa l-oħra, it-18-il każ tal-2018 ser jitressqu l-qorti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni f’Malta u Għawdex li għandhom il-Karta r-Roża? Min huwa intitolat għall-Karta r-Roża?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, sabiex persuna tikkwalifika għall-Karta r-Roża, irid ikollha bżonn mediċini jew xi tip ta’ kura oħra u wara li tkun tissodisfa t-test tal-mezzi, kif stabbilit permezz tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali.
Persuni li jirċievu l-Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja, Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa u persuni li jirċievu l-Għajnuna Soċjali, huma awtomatikament eleġibbli għall-Karta r-Roża.
Persuni li qabel l-2012 kellhom u għad għandhom id-dijabete`, u li kien diġà kellhom il-karta r-roża u għażlu li jżommuha minflok jaqilbu fuq il-Kartuna s-Safra, ukoll għadhom jibbenifikaw.
L-ammont ta’ persuni li kellhom il-karta r-roża matul is-sena 2018 kien jammonta għal 16,634.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'safar bejn Jannar 2018 u Jannar 2019? Kemm-il safra għamel? Fejn kienet/kienu? X'kienet l-okkażjoni? Ma’ min kien akkumpanjat għal kull safra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt li tinġabar l-informazzjoni mitluba f’din il-mistoqsija mit-taqsima konċernata. S’issa m’għandix it-tagħrif mitlub. Għaldaqstant, it-tagħrif mitlub ikun jista’ jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tingħatali din l-informazzjoni.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid fejn waslu d-diskussjonijiet mal-Crisis Resolution Malta sabiex flimkien jaħdmu biex jitjiebu s-servizzi ta’ persuni b’riskju ta’ suwiċidju?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li riċentament saru diskussjonijiet mal-Crisis Resolution Malta anki bħala parti mir-rispons dwar l-istrateġija tas-saħħa mentali.
Marsaskala – identifikar ta’ bankini bi problemi ta’ aċċessibilità
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8519, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm bankini identifikati fil-lokalità ta’ Marsaskala bi problemi ta’ aċċessibilità? Jista’ jgħid liema huma dawn it-toroq fejn kien hemm dawn il-bankini u jgħid jekk dawn il-bankini ġewx irranġati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Servizzi ta’ ħidma soċjali lill-persuni b’diżabilità
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8517, jista’ l-Ministru ġentilment jgħid fiex jikkonsistu s-Servizzi ta’ Ħidma Soċjali li qed jingħataw il-persuni b’diżabilità fil-komunità? Kemm hemm impjegati li qed jagħtu dan is-servizz tant importanti? Kemm ilhom jistennew il-143 benefiċjarji li huma fuq il-lista tas-stennija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Bil-flus li se jiffranka mit-toroq il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala, jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti għandu biex jimplimenta dan il-Kunsill Lokali għall-benefiċċju tar-residenti tiegħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li l-proġetti li l-kunsill għandu ppjanati biex jimplimenta għall-benefiċċju tar-residenti tiegħu huma:
1. Twettiq ta’ bosta proġetti ta' tisbih u manutenzjoni fil-Lokalità.
2. It-tlestija tal-proġett ta'
Żonqor P
layingfield
li se jiġi jiswa 'l fuq minn €160,000.
3. Fis-7 ta' Frar 2019 infetħu l-offerti għat-tisbiħ ta' Ġnien Sant'Anna, proġett li stmat li jiswa ‘l fuq minn €100,000.
4. Il-Kunsill Lokali għaddej bl-evalwazzjoni tas-sejħa għall-ewwel fażi tal-bini tal-uffiċini Amministrattivi. Il-bini huwa stmat li jiġi jiswa ‘l fuq minn €700,000.
5. Ser jitwettqu diversi xogħlijiet ta'
patching
hekk kif jiġi aġġudikat
it-tender
il-ġdid ta'
patching
u manutenzjoni ta' toroq. Dan sar peress li din is-sena, il-Gvern Ċentrali se jagħmel total ta' tlett toroq mil-ġdid.
6. Ser jitwettqu xogħlijiet ta'
patching
f'ħafna toroq fosthom Triq id-Daħla ta' San Tumas, La Sengle, Triq tal-Gardiel u bosta toroq oħra.
7. Il-Kunsill Lokali ser jwettaq ukoll proġett "Europe for Citizens" bil-fondi tal-Unjoni Ewropea.
Ta’ min isemmi li l-Kunsill Lokali ser jibqa’ xorta waħda responsabbli taż-żamma u l-manutenzjoni tat-toroq kollha. Għaldaqstant hu alloka l-istess ammont ta' fondi fuq manutenzjoni ta' toroq.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6154, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid kemm kien hemm sheltered hostels li nfetħu f’din il-Leġiżlatura sabiex jakkomodaw individwi bi problemi ta’ saħħa mentali? Fejn infetħu dawn il-hostels?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi taħt it-tmexxija tal-gvern eżistenti nfetħu 4 hostels għal individwi bi problemi ta’ saħħa mentali flimkien mal-NGOs Richmond Foundation u Fondazzjoni Suret Il-Bniedem. Richmond Foundation: Dar Il-Merill, Ħal Qormi u Villa Rubbery, Attard
Fondazzjoni Suret Il-Bniedem: Dar Franġisk, Marsa u Dar Imelda, Birkirkara.
Port Ħieles – investiment għal tnaqqis ta’ ħsejjes
Question
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm mill-€31 miljun li se jkunu investiti fil-Port Ħieles huma intiżi biex jitnaqqsu l-ħsejjes li qed jiġi ġenerat mill-istess kumpanija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mgħoddija mill-Malta Freeport Terminals, hu previst li 90% ta’ dan l-investiment huwa relatat ma’ makkinarju u titjib infrastrutturali li jnaqqsu l-istorbju ġġenerat mill-Port Ħieles. Dan l-investiment jinkludi:
· 15-il
crane
(RTGs) ġdid. L-RTGs il-ġodda huma mgħammra bl-aħħar teknologija. Fost oħrajn huma mgħammra b’
white noise alarms
li ma’ inżul ix-xemx awtomatikament jnaqqsu l-ħoss tagħhom għall-benefiċċju tar-residenti ta’ Birżebbuġa. Huma mgħammra wkoll b’teknoloġija ta’
stacked profiling
li permezz ta’ sistema ta’
lasers
se jiġi evitat impatt ma’ kontejners oħra. L-RTGs iħaddnu wkoll sistema ta’
automatic steering
.
· Madwar 67
tractor
u
trailor
li ġew ordnati din is-sena.
Ta’ min wieħed jinnota li apparti minn dan l-investiment, bħala Corporate Social Responsibility, il-Malta Freeport Terminals ser tkun qiegħdha tiffinanzja ġnien ġdid li ser isir f’Birżebbuġa ma’ ġenb Triq San Patrizju. Dan ser jieħu inkonsiderazzjoni pjanar biex jitnaqqsu l-ħsejjes iġġenerati mill-Freeport.
Port Ħieles – tnaqqis ta’ ħsejjes – timeline u miżuri
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' miżuri konkreti u timeline li se jnaqqsu l-ħsejjes mill-Port Ħieles?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern u l-Ministeru għat-Turiżmu permezz tal-Malta Freeport Corporation u l-ERA, b’mod kostanti baqa’ jagħmel moniteraġġ fuq il-Malta Freeport Terminal. Saru studji u rapporti li minnhom ħareġ x’miżuri trid taddotta l-Malta Freeport Terminals sabiex tiġi mitigata din il-problema. Dawn il-miżuri qed jitwettqu skont ir-rapport li kien ġiet ppreżentat fl-Environmental Monitoring Committee fejn fih kien hemm proposti fuq bażi short, medium u long term.
Tajjeb li l-Onor. Interpellant ikun jaf li:
· tnaqqas il-ħoss tas-sistemi tal-alarms mal-krejnijiet li jimxu bir-roti (RTG’s) skont l-istandard EN I20 7731;
· ġiet installata s-sistema
crane slow down feature
s’issa f’65% tal-Quay Cranes biex ma jkunx hemm tiżbita finali meta l-container jitniżżel fuq it-trakk;
· din is-sena inġabu 15-il krejn RTG ġodda li għandhom sistema ta’
white noise
biex b’hekk jonqsu l-ħsejjes waqt li jkunu qed jgħabbu jew iħottu l-containers;
· saru xogħlijiet fuq 107,000sqm ta’ toroq fiż-żona tal-Freeport;
· Għadu għaddej tibdil ta’ uċuħ tat-toroq li kienet magħmula minn
cobbled blocks
u li issa qed jingħataw it-tarmac. Inbidlet ukoll art li kienet miksija bil-pjanċi tal-ħadid fejn flokhom ingħata l-konkrit;
· Saret konsultazzjoni bejn Transport Malta u l-Malta Freeport Terminal dwar attivita ta’ refuelling ta’ vapuri sabiex ma jsirx daqq ta’ ħornijiet mill-vapuri;
· Saret konsultazzjoni bejn Transport Malta, Infrastructure Malta u l-Korporazzjoni sabiex is-South Road tingħata t-tarmak. Din it-triq jgħaddu madwar 310 vettura kuljum;
· Il-Malta Freeport Terminal kontinwament tagħmel
upgrades
fl-appart li tuża’ sabiex tnaqqas l-istorbju;
· Il-Malta Freeport Terminal intrabtet ukoll li tagħmel tisbieħ tal-ġnien ta’ Birżebbuġa maġenb Triq San Patrizju. Dan ser jieħu inkonsiderazzjoni pjanar biex jitnaqqsu l-ħsejjes iġġenerati mill-Freeport.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jonqos xi jsir u l-implimentazzjoni tal-miżuri tkompli.
Jista’ l-Ministru jgħid x'persentaġġ ta' ħsejjes s'issa naqqas l-Port Ħieles minn wara r-rapport tal-ħsejjes ikkumissjonat mill-istess kumpanija fl-2016?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8425, jista l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet short term u long term għal dan is-sit fil-Qajjenza?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li preżentament l-Enemalta qed tikkunsidra l-istokk tal-proprjetaijiet kollhu tagħha u qed jiġi studjat mod strateġiku biex jiġi massimiżżat l-użu ta’ faċilitajiet bħal dawn.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi msaħħan xi tip ta' fuel qabel jiġi mqassam fil-faċilità tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fil-Qajjenza?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kategorija ta’ fuels li jissejħu fuel oils, kollha jissaħnu biex jinħażnu u biex jiġu trasferuti.
Il-Qajjenza – kumpanija – sors ta’ duħħan u rwejjaħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu s-sors ta' duħħan u rwejjaħ li qed joħorġu mill-impjant li għandha l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fil-Qajjenza?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-faċilità tal-kumpanija msemmija, hemm diversi makkinarju, madankollu l-uniku makkinarju li l-ERA hi nfurmata dwaru li huwa mgħammar b’ċumnija u li jista’ jitfa’ dħaħen fl-arja, huwa l-boiler. F’dak li huma rwejjaħ, ix-xogħol li jsir f’din il-faċilità huwa propju li jsiru trasferimenti ta’ żjut minn tank għal ieħor jew inkella trasferimenti minn bastimenti għall-faċilità u viċi versa. Huwa possibbli li jinxtammu rwejjaħ waqt dan it-tip ta’ operat.
Birżebbuġa – studju fuq il-kwalità tal-arja — rapport
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta sar l-aħħar studju tal-kwalità tal-arja f'Birżebbuġa? Jista’ jagħmel dan ir-rapport pubbliku?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li f’Birżebbuġa, l-ERA tagħmel monitoraġġ tal-kwalità tal-arja billi jiġu mkejla l-livelli tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-“benzene” fuq bażi kontinwa. Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra id-data in kwistjoni.