Jista' l-Ministru jgħid meta se tkun lesta Triq Żaren Dalli f'Birżebbuġa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja bit-twettiq tal-investiment nazzjonali bla preċedent ta’ aktar minn €700 miljun sabiex ittejjeb l-effiċċjenza, il-kwalità, is-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna.
F’Jannar li għadda, din l-aġenzija bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra. Triq Żaren Dalli f’Birżebbuġa hija waħda mit-toroq li qegħdin isiru bħalissa.
L-investiment tal-Gvern f’dawn it-toroq residenzjali m’huwiex sempliċiment xogħol ta’ manutenzjoni iżda l-bini mill-ġdid ta’ kull triq li jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ eżistenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta’ servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini tal-bankini, skont il-ħtieġa. Il-wiċċ ġdid tat-triq b’diversi saffi ta’ asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi. It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta’ saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn.
Infrastructure Malta qiegħda tikkonsulta u tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta’ distribuzzjoni tal-ilma, tal-elettriku u tat-telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f’dawn it-toroq. Fil-fatt, ix-xogħlijiet fl-ewwel 31 triq biss li nbdew kienu jinkludu t-tqegħid ta’ 32 kilometru ta’ pajpijiet ġodda tal-ilma, cables tal-elettriku u trinek għas-servizzi tal-Internet u t-telekomunikazzjoni.
Ta’ min jinnota wkoll li fil-każ ta’ Triq Żaren Dalli f’Birżebbuġa s-servizzi ġodda li qegħdin isiru fiha kollha qed jiġu mgħoddijin minn taħt il-bankini, inkluż sistema ġdida tad-dwal li qiegħda ssir f’din it-triq. Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-Kunsilli Lokal biex ix-xogħlijiet jitlestew mill-aktar fis waqt li tesiġi li dawn isiru skont l-istandards stabbiliti ta’ kwalità u sigurtà. B’hekk jiġi żgurat li x-xogħlijiet fit-toroq residenzjali jsiru fl-inqas żmien possibbli, mingħajr ma jkunu kompromessi l-kwalità u s-sigurtà.
Marsaskala, Ħal Kirkop u Żurrieq – persuni li jibbenefikaw minn benefiċċji soċjali
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 989 tat-12-il leġislatura, jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm persuni li joqogħdu f’Marsaskala, Ħal Kirkop u ż-Żurrieq u li qed jibbenefikaw minn kull benefiċċju soċjali li jipprovdi l-Gvern?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba tirrikjedi ammont sostanzjali ta’ ħin u ġbir ta’ data. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9532, x’inhi r-raġuni li f’pajjiżna m’għandniex is-sistema ta’ sentencing guidelines bħalma għandhom pajjiżi oħra bħall-Ingilterra sabiex verament issir ġustizzja fl-għoti tas-sentenzi fil-Qrati tagħna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Membru li l-Gvern ma huwa bl-ebda mod kontra li jkun hemm ‘sentencing guidelines’ però li dan is-suġġett tradizzjonalment f’ Malta tqis li jista’ jinvolvi ndħil fl-indipendenza tal-ġudikatura u jidher illi huwa għalhekk illi Gvernijiet differenti dejjem eżerċitaw kawtela dwaru.
Madankollu jekk l-Oppożizzjoni hija disposta li jsir xi xogħol, għall-inqas, f’ dan l-istadju, esploratorju, fuq dan is-suġġett fil-forum addattat u bil-parteċipazzjoni tal-ġudikatura l-gvern huwa dispost li jieħu l-inizjattiva.
Servizzi mogħtija mill-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9531 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ stennija tas-servizzi kollha mogħtija mill-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitlub minnu.
Jista’ l-Ministru jindika kemm irnexxielu jiġbor flus il-Gvern minn arretrati dovuti lilu s-sena l-oħra? Kemm baqa’ arretrati mis-sena l-oħra li l-Gvern għadu ma ġabarx (a) mill-Inland Revenue (b) mid-Dwana; u (ċ) mit-Teżor?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li:
a) L-Inland Revenue għadha ma ppubblikatx il-“
CfR 2018 Arrears of Revenue Report
”, peress li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar;
b) Id-Dwana ġabret is-somma ta’ €6,240,040 matul is-sena 2018. Arretrati mis-sena l-oħra li l-Gvern għadu ma ġabarx sal-aħħar ta’ Jannar 2019 jammontaw għas-somma ta’ €8,693,353;
c) It-Teżor ma kellux arretrati x’jinġabru.
Persuni li ddaħħlu l-Emerġenza minħabba sustanzi eċċessivi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jindika kemm kien hemm persuni li ddaħħlu l-Emerġenza minħabba sustanzi eċċessivi ta’ droga jew alkoħol f’dawn l-aħħar tliet snin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ attendenzi ġewwa d-Dipartiment tal-Emerġenza fis-sena 2018 fejn kien irreġistrat fil-Presenting Complaint jew fit-Triage Notes li kien hemm Overdose jew abbuż ta’ xi tip ta’ droga (jew mediċina), sew jekk seħħet jew jekk kien hemm suspett li ġrat, ammontaw għal 475 filwaqt li n-numru ta’ attendenzi minħabba abbuż ta’ alkoħol fl-2018 kien 1,811.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi arresti kif ukoll ġew ipproċessati xi individwi b'rabta mar-rapporti ta' serq f'Birżebbuġa mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li kif diġà ġie aċċennat fi tweġiba għall-mistoqsija preċedenti fuq dan is-suġġett, kien hemm xi arresti kif ukoll ġew ipproċessati xi individwi b'rabta mar-rapporti ta' serq f'Birżebbuġa fil-perjodu msemmmi filwaqt li l-investigazzjonijiet dwar ir-reati mill-istess post qed ikomplu.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8832, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Karta ta’ Servizz ta’ Kwalità li għandhom il-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta, il-Mosta kif ukoll Ħal Għargħur?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li organizzaw klassijiet/laqgħat sabiex wieħed jiġġieled l-illiteriżm matul din il-Leġiżlatura?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni miġbura jirriżulta li matul din il-Leġiżlatura kien hawn b’kollox 18 –il Kunsill Lokali li organizzaw klassijiet/laqgħat sabiex wieħed jiġġieled l-illiteriżmu. Dawn kienu l-Kunsilli Lokali tas-Siġġiewi, Iż-Żejtun, Ħad-Dingli, Il-Gudja, Ħal Għaxaq, Ħal Kirkop, L-Imġarr, Tal-Pietà, Ir-Rabat (Malta), Ix-Xgħajra.
Il-Kunsill Lokali ta’ Bormla, Ħal Qormi, Ħaż-Żabbar, Il-Ħamrun, In-Naxxar, Santa Luċija, Santa Venera u Tas-Sliema organizzaw il-klassijiet/laqgħat flimkien mad-Direttorat għat-Tagħlim tul-il-Ħajja (Life Long Learning).
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex mhux il-ġudikatura kollha għandhom sentencing guidelines li jridu jsegwu fid-deċiżjonijiet tagħhom speċjalment f’każijiet bħal vjolenza domestika, stupru u abbużi fuq anzjani jew persuni b’diżabilità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Membru li f’ Malta qatt ma eżistiet sistema ta’ sentencing guidelines. Għandu jingħad ukoll li ġeneralment is-sentenzi tal-Qrati jipprovdu, però, gwida.
Skema dwar Saħħa mentali — Ħlas lill-GPs meta jinvistaw pazjenti fil-komunità bi problema ta’ saħħa metali
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6432 bid-data tad-19 ta' Ġunju, 2018, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti informazzjoni ddettaljata dwar l-iskema li qed tiġi segwita, fejn tobba tal-familja fil-privat jinvistaw pazjenti b’nuqqas ta’ saħħa mentali fil-komunità?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara proġett pilota fejn tobba tal-familja fil-privat ġew imħarrġa fi problemi ta’ saħħa mentali u bdew jipprovdu servizz lill-pazjenti tagħhom, Dan il-programm issa ġie evalwat biex jiddaħħal għall-pajjiż. Saru diversi laqgħat pożittivi bejn l-entitajiet konċernati. Issa wasslu biex jikkonkludu arranġamenti biex pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali serji, illi jattendu fit-tul is-Psychiatric Outpatients, u huma stabbli, minbarra l-appuntamenti li jkollhom mal-psikjatra, jibdew jiġu mħarrsa u ttrattati minn tobba tal-familja fil-komunita’ bi ħlas mill-gvern wara żmien ta’ taħriġ għall-istess tobba. Dan hu mistenni illi jibda f’qasir żmien.
Jista' l-Ministru jagħti lista xahar b'xahar minn Jannar 2018 sal-lum kemm ġew irrappurtati serqiet f'Birżebbuġa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ serqiet li ġew irrapurtati f’Birżebbuġa xahar b'xahar bejn Jannar 2018 sat-13 ta’ Marzu 2019 kien, kif jidher hawn taħt:
Sena 2018
Jannar
9
Frar
11
Marzu
10
April
12
Mejju
16
Ġunju
10
Lulju
18
Awissu
19
Settembru
17
Ottubru
12
Novembru
11
Diċembru
11
Total
156
Sena 2019
Jannar
17
Frar
20
Marzu
3 sal-lum
Total
40
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il serqa ġiet irrappurtata f’Birżebbuġa mill-bidu ta’ din is-sena sal-lum? Kien hemm xi arresti b'rabta ma' dawn ir-rapporti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi mill-bidu ta’ din is-sena sal-lum kien hemm erbgħa u tletin (34) każ ta’ serq f’Birżebbuġa. Inkonnessjoni ma’ dan is-serq kien hemm xi arresti, però l-investigazzjonijiet biex jinstabu l-ħatja għadhom għaddejjin.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid meta ser jitqassmu l-oqbra fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif jidher fil-kuntratt iffirmat bejn CampoSanto u l-Gvern, il-massimu żmien li jista' jittieħed sabiex jitlestew l-oqbra fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata huwa ta’ sitta u tletin xahar. Hekk kif ikun hemm oqbra lesti u ma jkunx hemm perikuli għal min ikun qed jattendi xi funeral u/jew ikun preżenti fiċ-ċimiterju, jibda t-tqassim.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — safar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'safar bejn Jannar 2018 u Jannar 2019? Kemm-il safra għamel? Fejn kienet/kienu? X'kienet l-okkażjoni? Ma’ min kien akkumpanjat għal kull safra?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet in-nefqa f'safar bejn Jannar 2018 u Jannar 2019? Kemm-il safra għamel? Fejn kienet/kienu? X'kienet l-okkażjoni? Ma’ min kien akkumpanjat għal kull safra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba minnu.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — safar
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa f'safar bejn Jannar 2018 u Jannar 2019? Kemm-il safra għamlet? Fejn kienet/kienu? X'kienet l-okkażjoni? Ma’ min kienet akkumpanjata għal kull safra?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-lista ta’ stennija għall-persuni li qed jistennew biex jagħmlu operazzjoni tal-katarretti? Kemm ilhom jistennew dawn il-persuni? X’passi qiegħed jieħu biex inaqqas din l-istennija għal din l-operazzjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ pazjenti li qegħdin jistennew għall-operazzjoni tal-katarretti jammontaw għal 2271. Iż-żmien ta’ stennija huwa ta’ medja ta’ 5 xhur.
Nfakkar lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar sena ta’ Gvern Nazzjonalista persuna kienet iddum madwar tlett snin fuq il-lista ta’ stennija biex tagħmel din l-istess operazzjoni,