Legislature:
Category:
Reset
Active:

Viżti lill-pazjenti b’nuqqas ta’ saħħa mentali — programm tal-GPs

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9533, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk bediex jaħdem il-programm fejn tobba tal-familja mħarrġa jkunu jistgħu jinvistaw dawk il-pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali fil-komunità? Jekk iva, f’liema lokalitajiet qiegħed jingħata dan is-servizz?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma Iill-Onor. Interpellant illi llum stess tħabbret l-Istrateġija Nazzjonali għas-Saħħa Mentali li fost oħrajn, tagħmel enfasi fuq kura fil-komunità. Qiegħed inpoġġi kopja ta’ din l-istrateġija fuq il-Mejda tal-Kamra għad-dispożizzjoni tal-Onor. Interpellant.

Saħħa Mentali — Servizz ta’ appoġġ 24 siegħa kuljum

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk intlaħaqx ftehim fid-diskussjonijiet mal-Crisis Resolution Malta li ilhom għaddejjin minn Awwissu tas-sena l-oħra biex is-servizz ta’ appoġġ 24 siegħa kuljum jingħata lill-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali b’mod speċjali għall-persuni f’riskju ta’ suwiċidju li jkunu qed jgħixu fil-komunità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Filwaqt li Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Crisis Resolution Malta hija entita’ privata, nirreferih għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10880.

Support Line 179

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li għamlu użu mil-Linja tat-Telefon 179 fl-aħħar tnax-il xahar u fiex kienu jikkonsistu dawn it-telefonati u x’tip ta’ azzjoni ttieħdet mill-Aġenzija Appoġġ?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul l-aħħar tnax-il xahar, bejn Ġunju 2018 u Ġunju 2019, is-Supportline 179 irċieva 124 telefonata mingħand minuri. It-telefonati kienu jvarjaw minn bullying, problemi fl-iskejjel, abbuż fiżiku jew emozzjonali mill-ġenituri jew partners tal-ġenituri, tfal illi jiltaqgħu ma’ xi problemi fuq l-internet bħal sexting, cyberbullying, grooming etc... tfal illi qed jitħallew weħidhom id-dar għal tul ta' ħin, tfal illi huma mdejjqin jew inkwetati minħabba problemi fil-familja, bħal separazzjoni tal-ġenituri, minuri li għandhom xi diżgwid mal-ġenituri fuq kwistjonijiet bħal sa x’ħin jistgħu jdumu barra u għax il-ġenituri ma japprovawx il-boyfriend jew il-girlfriend tal-minuri. F'każijiet ta' abbuż fuq l-internet, it-tfal ġew riferuti lis-servizz tac-Childwebalert ġewwa l-Aġenzija Appoġġ, filwaqt li f'kazijiet ta' abbuż fiżiku u/jew emozzjonali jew traskuraġni it-tfal ġew riferuti lis-servizz għall-Ħarsien tat-Tfal fl-istess Aġenzija. F'każijiet fejn il-minuri kienu weħidhom id-dar ġew involuti kemm il-ħaddiema soċjali tas-servizz tal-emerġenza u kif ukoll il-pulizija li marru fuq il-post biex jinvestigaw ir-rapporti li jkunu daħlu. Rigward problemi u bullying fl-iskejjel, it-tfal ġew riferuti lis-psychosocial team tal-kulleġġ tagħhom u lis-servizz tal-anti-bullying fi ħdan id-dipartiment ta' l-edukazzjoni. Tfal illi kienu qed iħossuhom imdejjqin minħabba affarijiet fil-familja, iżda li ma kienx hemm abbuż fuqhom, ġew riferuti lill-counsellors ġewwa l-iskola rispettiva tagħhom u ġew mgħarrfa wkoll b’servizzi simli li jeżistu ġewwa pajjjiżna u li huma mmexxija minn NGOs.

Abbużi fuq l-Anzjani

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2215, jista’ l-Ministru kemm ġew irrapurtati każijiet ta’ abbuż fuq anzjani lill-pulizija mis-sena 2017 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni kif mitluba ma tinżammx.

Xogħol fil-komunità — sigħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sentenza ta’ sigħat xogħol fil-komunità ngħataw f’dawn l-aħħar tliet snin? X’tip ta’ xogħol wettqu l-akkużati u f’liema lokalità dan ix-xogħol sar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Probation u l-Parole rċieva dawn is-segwenti każijiet ta’ Ordni ta’ Servizz fil-Komunità: Fl-2016 inħarġu 58 każ b’total ta’ 6990 siegħa Fl-2017 inħarġu 37 każ b’total ta’ 6840 siegħa Fl-2018 inħarġu 31 każ b’total ta’ 4865 siegħa Saru diversi xogħlijiet fosthom xogħol: ta’ manutenzjoni ġenerali; klerikali; f’santwarji ta’ annimali; f’għaqdiet sportivi; f’entitajiet reliġjużi; f’għaqdiet li jieħdu ħsieb persuni vulnerabbli. Dawn l-entitajiet huma mifruxa madwar Malta u Għawdex.

Programm favur is-Saħħa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti aktar informazzjoni dwar il-proġett li se jiġi organizzat minn tim ta’ professjonisti favur is-saħħa? Fuqiex se jikkonsistu dawn il-laqgħat, min se jagħtihom u fejn se jsiru?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema proġett qed jirreferi.

Dementia Helpline

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-medja ta’ telefonati kuljum fuq is-Servizz Dementia Helpline? Fuqiex l-aktar kienu jikkonsistu dawn it-telefonati u kemm kien hemm telefonati li kienu klassifikati bħala emerġenza?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-medja ta’ telefonati li rċeviet id-Dimensja helpline, mill-1 ta’ Jannar sat-3 ta’ Lulju 2019, tammonta għall-2.3 telefonati kuljum, total ta’ 416-il telefonata. Il-maġġoranza assoluta, 79.1% ta’ dawn it-telefonati kienu sabiex wieħed jikseb xi tip ta’ informazzjoni, li tvarja minn informazzjoni dwar il-kundizzjoni ġenerali, pariri dwar kif wieħed għandu jieħu ħsieb jew iġib ruħu ma’ persuna li qegħda tgħix bil-kundizzjoni tad-dimensja, kif ukoll dwar servizzi provduti mill-gvern għall-persuni li għandhom il-kundizzjoni tad-dimensja u li għadhom jgħixu fil-komunita`. Rigward it-telefonati kkunsidrati bħala emerġenza, fl- 2019 il-helpline tad-dimensja rċeviet total ta’ 4 telefonati.

Għajnuna fid-Dar — Lista ta’ Stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ każijiet pendenti li hemm għas-servizz ta’ Għajnuna fid-Dar? Minn liema lokalitajiet ġejjin dawn il-benefiċjarji li għadhom jistennew dan is-servizz?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-informazzjoni kollha mitluba.

Persuni li qed jirċievu s-servizz psikjatriku f’pajjiżna

Question

Billi r-Richmond Foundation indikat li hawn mal-150,000 persuna f’Malta li jsofru minn problemi ta’ saħħa mentali, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’jaħseb li hi r-raġuni li bħalissa hawn biss total ta’ 5,690 persuna li qed jirċievu s-servizz tal-Outpatients tal-psikjatrija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru msemmi minnu huwa n-numru li qed jieħdu s-servizz fil-preżent u ma jinkludix dawk kollha li xi darba ħadu servizz simili fil-passat.

Servizz ta’ Respite

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10346, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika jekk il-Gvern għandux is-servizz ta’ respite bħalma għandhom ir-Richmond Foundation sabiex jiġu aktar megħjuna l-familjari ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għandu arranġamenti biex jingħata servizz ta' respite minn entitajiet bħal Dar il-Kaptan, sabiex aktar familjari ta' persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali jingħataw l-għajnuna meħtieġa.

Wied il-Għajn – Persuni mressqa l-Qorti mill-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jindika mis-sena l-oħra ‘l hawn: a. kemm-il serqa ġiet irrapportata lill-Pulizija f’Wied il-Għajn u kemm minnhom ġew solvuti; b. kemm-il persuna taħt l-età nqabdet f’xi diskoteka, bar jew postijiet oħra fejn huwa projbit; c. kemm-il persuna nqabdet tittraffika d-droga f’din il-lokalità; u d. kemm-il persuna nqabdet tpejjep f’postijiet ipprojbiti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.

Ilmenti li rċieva l-Kummissarju tas-Saħħa Mentali

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10350, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jitlob lill-Kummissarju għas-Saħħa Mentali jidentifika x’kienu l-ilmenti u/jew talbiet li jikkonċernaw materji koperti mill-Att dwar is-Saħħa Mentali hekk kif indikati f’din ir-risposta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dwar ilmenti u/jew talbiet li rċieva l-Kummissarju tas-Saħħa Mentali dwar materji koperti mill-Att dwar is-Saħħa Mentali, ninsab infurmat li l-kontenut kien jikkonċerna diversità ta’ materji li kienu jinkludu mistoqsijiet dwar kura, is-sehem ta’ għaqdiet volontarji, ir-rilaxx ta’ pazjenti bi problema ta’ abbuż ta’ droga u d-dħul b’mod involontarju f’istituzzjoni ta’ saħħa mentali liċenzjata.

Social Workers: Leap Cottonera Community Service

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10373, jista’ l-Ministru jgħid fid-dettal x’inhuwa l-irwol tas-social workers tal-Cottonera Community Service u f’liema lokalitajiet qegħdin jaħdmu? X’għandha tagħmel persuna sabiex tagħmel użu mis-servizz tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Social Workers

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8624, bid-data tal-1 ta’ Frar 2019, u jgħid fejn huma allokati l-254 social worker li bħalissa qed jaħdmu mal-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interperlant li fil-preżent hemm 246 social worker, ingaġġati mal-Fondazzjoni għas-Servizzi għall-Ħarsien Soċjali, imqassma kif ġej: Unit Section Sub Total Total APPOĠĠ Active Ageing 3 Birkirkara /Bormla Health 1 Sir Anthony Mamo 8 BeSmartOnline 1 Correctional Services Division 3 Child Protection 23 Domestic Violence 14 Employee Support Programme 3 Għabex Shelter 3 Gozo General Hospital 2 Gozo Services 6 Housing 2 High Support Services 4 Intake Family Support Services 18 Managing Abusive Behaviour 2 Mount Carmen Hospital 5 Mater Dei Hospital 13 Paulo Frere Institute 2 Proġett Ulied Darna 4 Qormi Health Services 2 Siblings 3 Seconded to Other Services 2 On Unpaid Leave 3 Support Line - 179 2 St Vincent De Paul 4 Youth In Focus 14 GDPR 1 APPOGG Total 148 FSWS2 HR 1 Service Audit 1 FSWS2 Total 2 LEAP Birkirkara Community Service 6 Cottonera Community Service 6 Home Based Therapeutic Service 7 Qawra Community Service 6 Valletta Community Service 3 LEAP Total 28 SEDQA Alcohol Community Team 6 Assessment Stabilisation Unit 1 Drugs Community Team 10 Detox 2 Prevention Service 2 Unpaid Leave 1 Zernieq 1 SEDQA Total 23 TFAL Adolescent Day Programme 8 Courts 9 Fostering 9 Looked after Children 19 TFAL Total 45 Grand Total 246 L-irwol tas- social workers li jaħdmu fir-Residenza San Vinċenz, jikkonsisti; · F’ħidma ma’ resident illi għandhom problemi soċjali; · Għajnuna fir-rigward ta’ aċċess ta pensjonijiet, pagamenti pendenti illi jkollhom meta kienu jgħixu fil-komunita’, il-bżonn illi jkun hekk ‘Guardianship’ jew Kuratur biex tkun jew ikun jista’ jieħu ħsieb ċertu bżonnijiet, sitwazzjonijiet legali, allegazzjoni ta’ abbuż, problemi f’relazzjonijiet ma’ qraba jew bejn ir-residenti stess, abbuż ta’ sustanza, immaniġjar ta’ flus, jew għajnuna biex jiġu rilokati gewwwa dar tal-anzjani oħra. · ‘Initial assessment’ ma’ kull resident ġdid illi jidħol ġewwa ir-residenza San Vincenz De Paul sabiex jekk ikun hemm xi sitwazzjonijiet partikolari jew xi problemi dawn jiġu milħuqa mill-bidu; · Ħidma ma’ persuni li jkunu daħlu ‘respite’ billi jaraw xi bżonnijiet għandhom u jaħdmu mal-persuna li qed tagħmel użu mis-servizz u mal-qraba tagħhom; · Jagħtu għajnuna ta’ informazzjoni fuq servizzi soċjali eżisteni illi l-persuni jew qraba tagħhom jistgħu jagħmlu użu minnhom; · Jagħmlu ‘referrals’ lil servizzi oħra fejn ikun hemm bżonn; · Jippjanaw u jipparteċipaw fi programmi biex jikkrejaw ‘awareness’ fuq il-bżonnjiiet tal-persuni anzjani. · Jattendu laqgħat fejn meħtieg ma’ professjonisti oħra sabiex jaraw kif jistghu jgħinu aktar lir-residenti.

Persuni b’Nuqqas ta’ Saħħa Mentali — għajnuna

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika fid-dettall l-għajnuna li qed jingħataw f’din il-Leġiżlatura lill-familjari ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali? Saru xi laqgħat ma’ dawn il-qraba/carers, u jekk iva, meta saru dawn il-laqgħat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qegħda tingħata għajnuna lill-familjari ta’ persuni b’nuqqas ta’ Saħħa Mentali b’permezz ta’sapport grupp jismu Reaching Out. Dan is-support group twaqqaf bil-għan li joffri support lill-familjari ta’ persuni b’nuqqas ta’ Saħħa Mentali kemm dawk li qegħdin jiġu rikoverati ġewwa l-isptar Monte Karmeli u kif ukoll oħrajn li qegħdin jieħdu xi servizz fil-komunita’. Waqt dawn il-laqgħat il-professjonisti jitkellmu mal-familjari fuq diversi suġġetti bħal Stigma, kif wieħed għandu jġib ruħu ma persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali, x’wieħed jistenna waqt il-proċess ta’ recovery, kundizzjonijiet ta’ Saħħa Mentali inġenerali, kif wieħed jieħu ħsieb tiegħu innifsu (self care), informazzjoni dwar il-mediċini u l-effett tagħhom, tagħrif dwar NGOs li jaħdmu ma familjari ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali, coping skills li l-familjari għandhom b¿onn biex jgħinuhom fil-ħajja ta’ kuljum waqt li qegħdin jgħixu ma persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali u kif wieħed għandu jaġixxi wara li jkun ingħata id-dijanjo¿i li xi qarib tagħhom qiegħed ibati minn xi nuqqas ta’ saħħa mentali. Dawn il-laqgħat ta’ għajnuna jiġu offruti ġewwa ċ-Ċentru Tommaso Chetcuti fl-isptar Monte Karmeli u saru f’dawn id dati: · 21/4/18 · 26/5/18 · 30/6/18 · 8/9/18 · 28/10/18 · 17/11/18 · 26/01/19 · 10/02/19 · 17/03/19 Il-laqgħa li jmiss ippjanata għall-aħħar ta’ Ġunju. L-attendenza kienet dejjem inkoraġġanti. Il-professjonisti dejjem jistaqsu lill-familjari dwar x’suġġett li jixtiequ li jiġi diskuss. Barra mir-Reaching Out service baqa’ jiġi offrut ukoll l-Acute Response Team Service, b'kollaborazzjoni mal-Counselling Department tal-Universita’ ta’ Malta. L-Acute Response Team (ART) ġie varat fi Frar tal-2017 bl-għan li joffri sostenn emozzjonali u psikoloġiku (counselling service) lill-qraba u carers ta' persuni li jbatu bi problemi ta' saħħa mentali. Għas-servizz ART minn Jannar sa Diċembru tal-2018 saru 289 sessjonijiet ma 32 familji/qraba kif ukoll 234 sessjoni li kienu ta' family therapy. Minn Jannar sa Mejju tal-2019 saru 164 sessjonijiet ma 31 familji/qraba kif ukoll 69 sessjoni li kienu ta' family therapy.

Fondazzjoni għas-Servizz ta’ Ħarsien Soċjali — ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru ilmenti minn klijenti/residenti li jirċievu s-servizzi tal-Fondazzjoni għas-Servizz ta’ Ħarsien Soċjali f’dawn l-aħħar tliet snin? Dwar liema servizzi kien hemm dawn l-ilmenti u jekk dawn l-ilmenti ġewx riżolti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li; Numru ta’ Ilmenti Dwar liema Servizzi Jekk humiex Riżolti jew Le Minn Lulju 2016 17 4 Courts and Sav's 3 CPS 2 LAC 1 Progett Ulied Darna 1 DVS 1 Youth in Focus 4 Drugs Community Team 1 Zerniq Sedqa Riżolti 2017 5 2 LAC 1 Courts and SAV's 1 Dar l-Impenn 1Żerniq Sedqa Riżolti 2018 0 No complaints Riżolti 2019 sal-aħħar ta’ Mejju 1 1 Żerniq Sedqa Riżolt

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9568, jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għadhom mhux aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Djar Residenzjali Persuni b’Diżabilità – aċċessibilità għall-persuni bis-siġġu tar-roti

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 32036 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx xi Djar Residenzjali għal Persuni b’Diżabilità li mhumiex attrezzati biex jilqgħu fihom persuni li jużaw is-siġġu tar-roti? Jekk iva, liema huma dawn id-Djar Residenzjali u kemm hemm residenti jgħixu fihom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Aġenzija Sapport topera 4 residenzi li mhumiex kompletament attrezzati sabiex jilqgħu fihom persuni li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti. F’dawn ir-residenzi, l-persuni kollha b’diżabilità li jgħixu fihom, m’għandhomx diffikultajiet ta’ mobilità. Dawn ir-residenzi huma ; Lokalità Persuni b’di żabilit à li fil-pre żent jgħixu f’ din ir-residenza Siġġiewi 2 Bormla 6 B’Buġia 3 Kirkop 3
Leg 13 PQ #10261 Sitting 230 2019-06-03 Oral · Final From: HERMANN SCHIAVONE To: Ministeru għat-Turiżmu

Ġnien Laparelli — lift

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10227 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid meta se jerġa’ jibda jaħdem il-lift li hemm fi Ġnien Laparelli taħt Bieb il-Belt?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat li l-lift ser jerġa’ jibda jitħaddem fi ftit tal-ġranet oħra wara li titlesta t-tiswija fuq is-sistema elettronika tal-lift u jerġa’ jiġi ċċertifikat tajjeb għal użu tal-pubbliku.