Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi skema ta’ Live-in-Carer għall-persuni b’diżabilità sabiex jibqgħu jgħixu fil-komunità minflok ma jidħlu f’xi Dar Residenzjali? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm din l-iskema fil-futur?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Iskema ta’ Live-in-Carer offruta mid-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Kommunità, hija miftuħa għal dawk li għandhom 60 sena jew aktar u jinstabu li huma eleġibbli biex jibbenefikaw mill-iskema imsemmija.
Madanakollu, persuni b’diżabilià, irrispettivament mill-età tagħhom, jistgħu jirreferu għall-iskema
Personal Assistance Fund
, offruta mill-Aġenzija Sapport. Permezz ta’ din l-iskema, persuni b’diżabiltà jew il-qraba tagħhom, jistgħu jagħmlu talba għal sussidju sabiex jgħinhom jimpjegaw “
live-in-carer”
. Din l-iskema qiegħda tgħin lill-persuni b’diżabilità ikollhom ħajja aktar indipendenti u fl-istess ħin jibqgħu jgħixu fil-kommunità. Jekk persuna tkunx eleġibbli jew le għal dan is-sussidju, jiġi determinat minn bord professjonali.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2215, jista’ l-Ministru jindika wkoll kemm ġew irrapurtati każijiet ta’ abbuż fuq l-anzjani lill-pulizija fis-snin 2018 u l-2019 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fis-sistema kompjuterizzata tal-pulizija, il-kategoriji disponibbli huma bbażati fuq it-tip ta’ reat imwettaq. Fis-sistema, ir-reati kriminali li b’xi mod jinvolvu persuni ta’ sittin sena jew aktar u li huma rreġistrati bħala vittmi ta’ reati kriminali taħt il-kategoriji li jidhru fit-tabella t’hawn taħt, kienu fl-ammonti kif indikati fl-istess tabella. Din ma tirriflettix fin-numru ta’ vittmi minħabba li rapport wieħed jista’ jinkludi aktar minn persuna waħda u għalkemm persuna anzjana tkun imniżżla bħala vittma f’rapport, tista’ ma tkunx il-persuna prinċipali fil-mira tal-aggressur.
Rapporti li jinvolvu vittma/i ta’ età 60 sena jew aktar
Report type
2018
Jannar sa Settembru
2019
Feriti fuq il-persuni
112
69
Vjolenza domestika
143
122
Serq b’armi
3
3
Mugging
6
4
Snatch and grab
47
16
Total
311
214
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru profili ta’ familji vulnerabbli sal-lum u f’liema lokalità qegħdin jgħixu dawn il-familji? Kemm minn dan in-numru ta’ profili hemm imfassal pjan ta’ ħidma soċjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2019, is-Servizzi fil-Komunità tal-LEAP u tal-Aġenzija Appoġġ, ingħaqdu f’Aġenzija waħda terapewtika u komunitarja taħt il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Socjali (FSWS), flimkien mal-Home Based Therapeutic Services (HBTS). Kemm il-community mentors u l-ħaddiema soċjali li jaħdmu f’din l-Aġenzija jagħmlu assessments tal-klijenti li jirrikorru għas-servizzi offruti, filwaqt li jsir pjan individwali ta’ ħidma soċjali ma’ kull klijent jew familja.
Fis-sena 2019 (minn Jannar sa Ottubru), saru total ta’ 1032 assessment, liema assessments kollha kellhom pjan ta’ kura skont l-ħtiġijiet tal-klijent. Il-klijenti li sarilhom dan il-profil ġejjin mir-reġjuni kif indkat fit-tabella :
REĠJUN
Numru ta’
Assessments
Tramuntana
188
Xlokk
221
Majjistral
169
Punent
101
Nofsinhar
200
Għawdex
153
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi Djar tal-Anzjani li għandhom il-kapaċità li jieħdu anzjani bħala residenti imma l-Istat għadu mhux qed jagħmel użu mis-servizz ta’ dawn id-Djar anki meta dawn id-djar urew ix-xewqa li jridu joffru dan is-servizz lill-Gvern?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xiri ta’ sodod mid-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Kommunità, isir skont eżerċizzji studjati ta’ ppjanar.
Djar tal-Anzjani – multi minħabba servizzi mhux adegwati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Djar tal-Anzjani kemm tal-gvern kif ukoll tal-privat li weħlu multi minħabba servizzi mhux adegwati li qed joffru matul dawn l-aħħar tliet snin? Kemm kienet il-multa fuq kull każ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’Mejju 2018 ġiet imwaqqfa l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali (‘l-Awtorità’), skond l-Att Numru XV tal-2018. F’Jannar 2019, l-istess Awtorità,skont l-Avviż Legali numru 446 tal-2018 ġiet maħtura bħala l-entità li ser tħares is-settur tal-anzjani u tara li l-iStandards stabbiliti jiġu milħuqa. Matul l-aħħar 9 xhur ittieħdu diversi miżuri amministrattivi u regolatorji skont l-Att Numru XV tal-2018 kontra provdituri ta’ servizzi ta’ djar tal-anzjani. Kien hemm sitwazzjoni waħda biss fejn l-Awtorita` ħasset il-ħtieġa li tagħti multa skont l-istess Att. Din il-multa kienet ta’ €2,000 fil-konfront ta’ residenza mmexxija mis-settur privat.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' dawk l-iskejjel li qed jorganizzaw ‘Parental Skills Programmes’ għall-ġenituri?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-iskejjel li qed jorganizzaw tali laqgħat/programmi għall-ġenituri huma kif muri f’din it-tabella:
Maria Regina College
will be organised at Mosta A
St Theresa College
B'Kara Primary
San Ġorġ Preca College
Ħamrun GP
Valletta Primary
St Margaret College
Senglea Primary organised five sessions for parents. These were co-funded by the Erasmus+ Programme of the European Union - Schools as Community Learning Spaces programme.
Cospicua MS: Term 1 - Addictions IT, Energy Drinks, drugs, Alcohol etc..
Term 2 - Sexuality & prevention of STDs
Term 3 - Self Harm- Dares & challenges
Yearly - Unit Għożża programme
Mhux eskluż li jkunu organizzati laqgħat oħra matul din is-sena skolastika.
(Informazzjoni Addizzjonali - Ara dokument PL3953 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 256, nhar it-Tnejn 21 ta' Ottubru 2019)
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu rigward il-problema serja tal-gambling f’pajjiżna? Kemm hemm persuni li għandhom din il-problema?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interperlant illi permezz tal-Addictions Team, l-Aġenzija Sedqa fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Socjali (FSWS), toffri servizz lil dawk illi b’xi mod qed jissieltu mal-problema tal-logħob tal-azzard u l-konsegwenzi marbuta magħha. Toffri wkoll servizz ta’ sapport lill-qraba, anki jekk il-persuna li qed iġġor il-problema, għal xi raġuni tirrifjuta s-servizz.
Normalment il-proċess jibda billi tidħol talba għal assistenza mingħand il-persuna li tixtieq l-għajnuna jew xi professjonisti oħra li jkunu f’kuntatt mal-persuna. Il-professjonisti tal-Addictions Team ta’ Sedqa jissoktaw billi joffru appuntament mill-ewwel, fil-maġġoranza tal-każi fi żmien ġimgħa. L-iskop huwa li jiġi stabilit kuntatt mal-persuna kemm jista’ jkun malajr u anki jiġi assessjat fid-dettal x’inhuma l-bżonnijiet. Fejn meħtieġ, il-professjonisti jippruvaw mill-ewwel jidentifikaw sitwazzjonijiet ta’ kriżi u jfasslu pjan ta’ kura għalihom sa mill-ewwel darba.
Eventwalment il-każ jiġi allokat għand ħaddiem soċjali u jibda l-proċess ta’ għajnuna, li jista’ jinkludi wkoll terapija minn professjonisti oħra, dejjem fil-kuntest ta’ dak li jixtieq il-klijent.
Jiġu offruti varjetà ta’ interventi li jibdew minn laqgħat ta’ kull ġimgħa mal-ħaddiem soċjali inkarigat mill-każ. Jiġi offrut ukoll servizz ta’ tabib u psikjatra u jekk ikun hemm bżonn anki servizz ta’ psikologu/a u terapista tal-familja. F’każijiet fejn il-problema tkun infirxet mhux ħażin, jiġi offrut servizz ta’ programm intensiv ta’ riabilitazzjoni residenzjali.
Bejn l-2010 u Ġunju 2019, il-professjonisti tal-Aġenzija Sedqa assistew medja ta’ 45 klijent fis-sena bi problemi relatati mal-logħob tal-ażżard.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li weħlu l-ħabs f’dawn l-aħħar tliet snin minħabba:
a. Vjolenza Domestika;
b. Serq;
c. Droga;
d. Kienu fil-pussess ta’ xi arma tan-nar; u
e. Għax użaw vjolenza fuq il-Pulizija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi kif ġej:
2017
2018
Jan–Sett 2019
a. Vjolenza Domestika
13
12
5
b. Serq
136
143
88
c. Droga;
92
70
46
d. Kienu fil-pussess ta’ xi arma tan-nar
0
4
2
e. Għax użaw vjolenza fuq il-Pulizija
16
17
13
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10924, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jindika f’liema lokalitajiet sejrin jiġu organizzati attivitajiet ta’ Programmi favur is-Saħħa matul is-sitt xhur li ġejjin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Il-lokalitajiet li dwarhom staqsa l-Onor. Interpellant huma Birkirkara, iż-Żejtun, il-Mosta, il-Furjana, Raħal il-Ġdid, Ħal Qormi, il-Mellieħa, il-Marsa, Ħal Safi, il-Gżira, Ħaż-Żebbuġ, Birżebbuġia, is-Siġġiewi, il-Belt Valletta, il-Buskett, il-Għargħur, Santa Venera u r-Rabat Għawdex.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10773, skont gazzetta lokali, il-proġett favur is-saħħa se jkun organizzat minn tim ta’ professjonisti mid-Dipartiment tal-Promozzjoni għas-Saħħa kif ukoll tim ta’ professjonisti mid-Dipartiment għall-Kura Primarja, għaldaqstant jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika fuqiex se jikkonsisti dan il-proġett?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena, il-Ministeru għas-Saħħa, żar diversi lokalitajiet fejn bi ftehim mal-kunsilli lokali tellgħu ġranet ta’ għarfien biex ngħixu aħjar.
Waqt dawn l-attivitajiet minbarra taħditiet edukattivi fuq pariri siewja għas-saħħa, sar ukoll eżerċizzju fiżiku kif ukoll testijiet żgħar mediċi bħal iċċekkjar tal-pressjoni u test taz-zokkor
Fost oħrajn dawn l-attivitajiet saru fil-Mellieħa, Raħal Ġdid, il-Marsa, il-Belt, il-Ħamrun u Santa Luċija. Wara waqfa fix-xhur tas-sajf dawn l-attivitajiet mistennija jerġgħu jibdew matul il-ġimgħat li ġejjin.
Servizzi ta’ ħidma soċjali lill-persuni b’diżabilità
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8741, jista’ l-Ministru issa jagħti risposta ta’ din il-mistoqsija dwar is-Servizzi ta’ Ħidma Soċjali tal-Aġenzija Sapport?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Servizzi ta’ Ħidma Soċjali fi ħdan l-Aġenzija Sapport, huwa l-ewwel kuntatt li jsir mal-Aġenzija minn persuna b’diżabilità u l-familja. L-ewwel pass huwa li klijent prospettiv jiltaqa’ ma’ Ħaddiem Soċjali sabiex jiġu assessjati l-bżonnijiet tal-persuna u jkun riferut lejn is-servizzi meħtieġa, kemm fi ħdan l-Aġenzija kif ukoll dawk provduti minn entitajiet oħra. Minbarra dan, l-Ħaddiema Soċjali jsegwu wkoll persuni b’diżabilità li jkunu qed jibbenefikaw mis-servizzi tal-Aġenzija, jekk ikun hemm il-ħtieġa, kif ukoll imexxu workshops u support groups għal ġenituri u aħwa ta’ persuni b’diżabilità, kif ukoll attivitajiet soċjali permezz tas-servizz Sharing Lives.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8944, jista’ l-Ministru jindika min huma l-persuni responsabbli f’din il-lista u x’email address għandhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn aktar x’inżid mal-informazzjoni kollha mgħotija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8944.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti magħrufa bħala ‘każijiet soċjali’ u li bħalissa qegħdin fl-Isptar Mater Dei? X’azzjoni qed tittieħed sabiex dawn il-pazjenti jiġu rikoverati f’postijiet oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sat-30 ta’ Settembru ta’ din is-sena kien hemm 70 pazjenti magħrufa bħala ‘każijiet soċjali’ u li bħalissa qegħdin fl-Isptar Mater Dei.
Peress li mhux l-istituzzjonijiet kollha jistgħu jilqgħu pazjenti li ghandhom l-istess ħtiġijiet, l-isptar Mater Dei dejjem jipprova jsib il-post adattat fejn dawn il-pazjenti jkomplu jistaw jieħdu l-kura meħtieġa.
Persuni li tilfu l-impjieg tagħhom matul is-sena 2018
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9124, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-persuni li tilfu l-impjieg tagħhom, huma persuni b’diżabilità?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn 1,877 persuni uniċi li tilfu x-xogħol matul is-sena 2018, 11-il persuna kienu persuni b’diżabilità. Peress li persuna tista’ titlef ix-xogħol tagħha aktar minn darba fl-istess sena, mit-total ta’ 1,994 impjiegi mitlufa matul is-sena li għaddiet kien hemm 14-il persuna b’diżabilità.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari W444 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għamlu użu mill-postijiet tal-gambling matul is-snin 2016, 2017 u 2018? Kemm minnhom kienu Maltin u kemm minnhom kienu barranin?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati reati kriminali lill-Pulizija f’Marsaskala? X’tip ta’ reati kienu rrapurtati għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2018 sal-lum xahar b'xahar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ reati kriminali rrapurtati lill-Pulizija fil-lokalità ta’ Marsaskala bejn l-1 ta’ Jannar 2018 u t-30 ta’ Ġunju 2019 kien jammonta għal ħames mija u ħamsa u tletin (535). Statistika dettaljata dwar it-tip ta’ reati rapportati tinsab fit-tabella t’hawn taħt :
Year
Crime category
Sub-category
2018
ARSON
VEHICLES
ATTEMPTED OFFENCES
THEFT - BUILDING SITES
THEFT - RESIDENCE
BODILY HARM
GBH BY PHYSICAL FORCE
SBH BY PHYSICAL FORCE
SBH WITH ARMS IMPROPER
SBH WITH ARMS PROPER
COMPUTER MISUSE
PASSWORD DISCLOSURE
UNAUTHORISED ACCESS
UNAUTHORISED COPYING OF DATA
UNAUTHORISED DISCLOSURE - DATA
USE OF OTHER PERSONS EMAIL
DAMAGE
INV DAMAGE BY HIT AND RUN
INV. DAMAGE BY HIT AND RUN
INVOLUNTARY DAMAGE BY OTHER
WILFUL DAMAGE BY OTHER
WILFUL DAMAGE HIT AND RUN
DOMESTIC VIOLENCE
GBH WITH PHYSICAL FORCE
PSYCHOLOGICAL HARM
SBH BY ARMS IMPROPER
SBH WITH PHYSICAL FORCE
DRUGS
POSSESSION
TRAFFICKING
FORGERY
PUBLIC DOCUMENTS
FRAUD
FRAUDULENT GAINS
MISAPPROPRIATION
ABANDON OF CHILD
PRETENDED RIGHTS
SEXUAL OFFENCE
DEFILEMENT OF MINORS
INDECENT EXPOSURE
THEFT
ARMED ROBBERY
BAR RESTAURANT - CUSTOMERS
BAR RESTAURANT - PREMISES
BUILDING SITES
OTHER THEFT
PICK-POCKETING
RESIDENCE - EXTERIOR
RESIDENCE - OCCUPIED
RESIDENCE - VACANT
RETAIL OUTLETS - CUSTOMERS
RETAIL OUTLETS - PREMISES
RETAIL OUTLETS - SHOP LIFTING
SNATCH AND GRAB
STREETS AND PUBLIC AREAS
THEFT FROM BEACHES
THEFT FROM SEACRAFT
THEFT FROM VEHICLE - EXTERIOR
THEFT FROM VEHICLE - INTERIOR
THEFT OF SEA CRAFT
THEFT OF VEHICLE
THREATS AND PRIVATE VIOLENCE
BLACKMAIL
DEFAMATION
HARASSMENT
VIOLENCE AGAINST PUB OFFICER
2019
ARSON
PRIVATE BUILDINGS
VEHICLES
ATTEMPTED OFFENCES
THEFT - BARS/RESTUARANTS
THEFT - BUILDING SITES
THEFT – OTHER
THEFT – RESIDENCE
BODILY HARM
GBH BY PHYSICAL FORCE
SBH BY PHYSICAL FORCE
SBH WITH ARMS IMPROPER
COMPUTER MISUSE
UNAUTHORISED ACCESS
UNAUTHORISED COPYING OF DATA
DAMAGE
INV DAMAGE BY HIT AND RUN
WILFUL DAMAGE BY OTHER
DOMESTIC VIOLENCE
GBH WITH PHYSICAL FORCE
PSYCHOLOGICAL HARM
SBH BY ARMS IMPROPER
SBH BY ARMS PROPER
SBH WITH PHYSICAL FORCE
DRUGS
POSSESSION
FRAUD
FRAUDULENT GAINS
MISAPPROPRIATION
PORNOGRAPHY
CHILD RELATED
PRETENDED RIGHTS
SEXUAL OFFENCE
DEFILEMENT OF MINORS
THEFT
BAR RESTAURANT CUSTOMERS
BAR RESTAURANT - PREMISES
BUILDING SITES
FACTORIES - PREMISES
OTHER THEFT
RESIDENCE - EXTERIOR
RESIDENCE - OCCUPIED
RESIDENCE - VACANT
RETAIL OUTLETS - CUSTOMERS
RETAIL OUTLETS - PREMISES
RETAIL OUTLETS - SHOP LIFTING
STREETS AND PUBLIC AREAS
THEFT FROM BEACHES
THEFT FROM VEHICLE - EXTERIOR
THEFT FROM VEHICLE - INTERIOR
THEFT OF SEA CRAFT
THEFT OF VEHICLE
THREATS AND PRIVATE VIOLENCE
BLACKMAIL
CAUSING FEAR OF VIOLENCE
HARASSMENT
VIOLENCE AGAINST PUB OFFICER
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fl-aħħar sena skolastika li għamlu użu mis-servizz tal-Breakfast Club? Kemm kienet in-nefqa tal-Gvern għal kull student biex ġie provdut dan is-servizz?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għas-sena skolastika 2018-2019 kien hemm 6,636 tifel/tifla reġistrati għas-servizz tal-Breakfast Club. L-ispiża allokata għax-xiri ta’ prodotti għall-kolazzjon kienet ta’ €497,957.20. Dan l-ammont hu maħdum fuq il-medja ta' tfal li attendew għal dan is-servizz (3,406 kuljum) matul is-sena skolastika li għaddiet (172 jum), bl-ammont stipulat għal kull student huwa ta' 85 ċenteżmu ta' ewro.